The Home of Maltese Għana

 

Front Page | Intro Page | What is Maltese Għana? | History of Għana | Għana in Theatre | Photo Album
 Folksingers Listing | Guitarists Listing | Hall of Fame | Fatti u Poeżiji | Artikli bil-Malti | Articles in English | Scrapbook

Guzeppi Barbara "Il-Fukli"
1924 - 1991

kitba ta' Joe Julian Farrugia
It-TORCA - Il-Hadd, 1 t'Awissu, 2004.

 

Meta twaqqfet il-Banda Birzebbuga fl-1990, is-Socjetà kellha kazin zghir fejn qabel kien hemm il-Morning Star Bar fil-Bajja ta’ San Gorg. Fost l-ewwel membri f’din l-ghaqda gdida kien hemm Zeppi Barbara maghruf bhala “l-Fukli”, ghannej popolari li kien ukoll fost l-ewwel persuni li mietu bhala membri fl-istess Banda.
 
Guzeppi Barbara twieled nhar it-13 ta’ Frar 1924 fiz-Zejtun. Huwa kien it-tielet wild fost sebgha ta’ Zaren u Maria Consiglia mwielda Galea. Kien jattendi l-Iskola Primarja taz-Zejtun u wara kien jaghmel xi xoghol fir-raba’ jew fil-kostruzzjoni.
 
Fil-gwerra nqabad bil-lieva u wara kien dahal mas-Civil Engineers. Kien stazzjonat Ta’ Qali, Delimara, Xrobb l-Ghagin, Tas-Silg u Tignè. Fis-servizz dam sa l-1958 u wara xi zmien qieghed kien dahal fil-Korp ta’ l-Emergenza bhala haddied f’Sant’Iermu u wara spicca labourer mal-Gvern.
 
Missieru kien jakkumpanja lill-ghannejja fuq il-kitarra u Zeppi beda jghanni ta’ 22 sena. Kien jghanni ghand “tal-Fahhari”, “ta’ Menu” u Golina tar-rahal t’isfel.
 
Fis-servizz iltaqa’ ma’ Jimmy “tal-Fjur” u flimkien kienu jmorru jghannu fi triq f’Hal Qormi. Maghhom kien ikun hemm ghannejja ohrajn bhal Salvu Darmanin “ir-Rugel”, Gammari Spiteri “Amletu” u Leli l-Moni. Kienu jdoqqulhom “il-Pupa” u “l-Buxx”.
 

Konna nkunu jien u Jimmy.
Anke l-Moni ghanna mieghi.
Kelli hamsa w ghoxrin sena.
Dan kollu rikordju tieghi.

 
F’Hal Qormi kienu jigbdu n-nies li drawhom dejjem fl-istess triq iqabblu sat-tard.
 

Kont inkun maghhom nghanni.
Bl-ghana qalbi kont inhollha.
Konna ninzlu go Hal Qormi.
Kienu jifthu t-twieqi kollha

 
Zeppi kellu lehen partikolari. Minbarra spirtu pront gieli ghanna ‘la Bormliza’ wkoll u minkejja li kellu l-kitarri tieghu, qatt ma daqq. Fl-ispirtu pront kien jippreferi ghana umoristika u allegruza milli t-tghajjir. Hafna minn dawk li kienu jsegwuh kienu jfittxuh biex inisslilhom tbissima bit-taqbiliet tieghu.
 
Minkejja li l-Imnarja dejjem kienet marbuta ma’ l-ghana, fl-1953 kienet saret l-ewwel kompetizzjoni organizzata bir-rebh tat-tazzi. Dakinhar, minbarra Zeppi, kienu ghannew Salvu “r-Rugel”, li kien rebah, Mikiel “il-Bambinu”, Pawlu “l-Ghannej”, Guzeppi “l-Fenka” u Leli azzopardi “l-Bugazz”. Dak iz-zmien kien hemm qishom zewg timijiet ta’ ghannejja, wiehed ta’ Cikku “tal-Fjuri” u l-iehor ta’ Pawlu Seychell “l-Ghannej”, l-aktar ghaz-Zwieten, li maghhom kien hemm ukoll Zeppi.
 
Wara kien ghamel zmien dejjem jigri u jghanni mal-Bambinu. Mikiel kien jafdah u kull meta kien jikteb xi ghanja gdida kien jiddiskutiha mieghu. Maghhom kienu jkunu wkoll “il-Fenka”, “l-Bies” u Pawlu “l-Ghannej” iduru x-xalati u l-hwienet jghannu u jiddevertu lid-dilettanti.
 
Zeppi kien jghanni fuq ir-Rediffusion b’mod regolari. Fost l-ghanjiet li baqghu miftakra kien hemm l-okkazjoni meta tliet ghannejja ghannew dwar tliet daqqaqa maghrufa. “Il-Bies” kien ghanna dwar Toni l-kitarrist, il-Bambinu kien qabbel dwar ic-Canca x-xih u Zeppi dwar ic-Canca l-iben.
 
Mal-Bambinu, Zeppi kien ha sehem ukoll f’films ghat-televixin bil-ghana. Wahda minnhom kienet dwar glieda boxing bejn Amerikan u Malti. Il-Fenka kien l-Amerikan, il-Fukli l-Malti u l-Bambinu r-referee. Film iehor bil-ghana kien dwar il-leggenda ta’ Ghar Hasan. Kien ghanna wkoll fuq diska mal-Bambinu dwar loghba futbol bejn l-Inglizi u t-Taljani fl-1968.
 
Zeppi kien mizzewweg lil Clara mwielda Bonnici minn Marsaxlokk. Kienu marru joqoghdu fi Triq San Mikiel f’Birzebbuga. Zeppi kien ihobb iqattaghha l-Bajja ta’ San Gorg u gieli ghanna fil-hanut “tar-Ratal”. Wara xi zmien kienu ghalqu hafna mill-hwienet madwar il-bajja sakemm fetah il-kazin tal-banda.
 
Clara u Zeppi kellhom disat ulied, Ninu, Charlie, Freddie, Guza, Tarcisju, Frans, Lorrie, Raymond u Rita. Hadd minn uliedu ma hareg jghanni jew idoqq il-kitarra, lanqas Lorrie u Raymond li kien johodhom mieghu meta kien jghanni. Izda l-muzika xorta donnha baqghet fil-familja minhabba li mart Lorrie, Doris u t-tliet uliedhom Stephanie, Claire u Francesco jdoqqu mal-Banda Birzebbuga.
 
Fl-1987, meta mietet Clara, Zeppi ghamel zmien wieqaf mill-ghana, izda wara xi zmien kien rega’ beda jghanni ghand “it-Tobi” f’Bormla.
 

Dejjem nigi ghand it-Tobi.
Jekk nonqos isemmuni.
Bejn tlieta qeghdin nghannu.
Jien se noqghod kif qeghduni.

 
Zeppi kellu karattru pacenzjuz, dhuli u cajtier. Cajta kien jiekolha specjalment waqt l-ghana. Darba kien qed jghanni l-Qajjenza l-Hadd wara nofsinhar fis-sajf. Kien hemm hafna nies u mieghu kien qed jghanni “l-Fenka”. Dan ta’ l-ahhar kellu habta meta jghanni jpoggi idu wara widnejh u jissossa fuq saqajh. Zeppi kien qieghed ipejjep u s-sigarett kien wasallu fl-ahhar. Poggielu l-ahhar bicca sigarett bejn il-karkur u saqajh u malli hass il-hruq, “il-Fenka” qata’ l-ghanja. In-nies dak li riedu, tghidx kemm dahku, u maghhom dahak “il-Fenka” wkoll.
 
Bhala passatempi kellu hafna, ewlenin fosthom l-insib u l-kacca. Kellu bicctejn art mikrijin ghal dan il-ghan, wahda l-Hofra vicin Xrobb l-Ghagin u l-ohra x-Xerrieki, taht il-Palma tal-Marnisi f’Marsaxlokk. Kull darba li kien imur f’xi wiehed minn dawn iz-zewg kirjiet, dejjem kien jghaddi jara lill-Bambinu u lil Zaren “ta’ Vestru”. L-insib kien ilu jipprattikah minn meta kien zaghzugh u kien anke jonsob bil-mohbi fil-fortizza meta kien ikun suldat ghassa. Id-dar kellu ruxxmata gabjetti b’mijiet ta’ ghasafar ta’ l-ghana.
 
Kien dilettant kbir ukoll tal-muturi bis-side car. Arah dejjem jirranga u jillostra l-muturi, gieli kellu hamsa, izda l-favorit kien wiehed Norton BSA. Kien ihobb jisma l-muzika Naplitana u kien ihobb jizfen. Meta kien ghadu gharus kien imur ma’ Clara jitghallem l-iskola taz-zfin.
 
Kien ihobb ukoll il-bhejjem u dejjem kien irabbi xi hmara. It-tlielaq tal-bhejjem kien isegwihom, izda qatt ma tellaq.
 
Is-sajd bil-qasba kien ihobbu wkoll. Kien jghabbi lil kulhadd fuq il-mutur u jmorru l-Morra, vicin il-Hofra u ghall-hut li jaqbad kien haffer toqba fil-blat biex ihallihom fl-ilma. Matul harga bhal dik kien jahseb ghall-ikel ukoll. Kien imur lejn Xrobb l-Ghagin qabel kien hemm l-arbli, jiehu mieghu is-senter taz-zewg u jgib xi zewgt ifniek slavag biex jissajru.
 
L-ahhar li ghanna kien ghand Pawlu “Ganbabu” gewwa Bubaqra z-Zurrieq, erba’ xhur qabel halla din id-dinja.
Mieghu kienu ghannew sitt ghannejja u nieqes kien il-Bambinu li kien digà l-isptar ftit qabel halliena wkoll.
 
Zeppi Barbara “l-Fukli” miet nhar l-14 ta’ Mejju 1991 fl-età ta’ 67 sena. Hallielna tifkiriet ta’ karattru ferriehi u cajtier, elementi li kien jaf jghaddi lil haddiehor anke waqt l-ghana li tant kien ihobb. Dwaru kien ghanna ghanja fuq ir-radju Leli Abela “l-Fenka” li fiha semma l-karriera twila ta’ Zeppi.
 

Kulhadd kien jiccajta mieghu,
kemm bl-ghana u bid-diskors,
ghax kellu karattru helu,
igeghlek ticcajta bilfors.

 

Top - Fuq        Back - Lura