|
Manwel Mifsud "Is-Surgent"
1921 - 1983 |
|
kitba ta' Joe
Julian Farrugia
It-TORCA - Il-Hadd, 16 ta’ Frar, 2003. |
| |
|
Is-servizz
fil-Korp tal-Pulizija igib mieghu certi obbligi.
Fost ohrajn, membru fil-Korp, ghallinqas lejn nofs
is-seklu li ghadda, ma setghax jghanni fil-pubbliku.
Manwel Mifsud kellu jibda l-karriera tieghu wara
hamsa u ghoxrin sena servizz. Minhabba f’hekk huwa
beda meta digà kien kbir fl-età, izda xorta wahda
sar fost l-aktar ghannejja maghrufa ta’ zmienu.
Manwel Mifsud “is-Surgent” twieled fir-Rabat, Malta
nhar l-24 ta’ Dicembru 1921. Huwa kien it-tielet
minn hamsa, ulied Vince u Tereza mwielda Vella,
t-tnejn mir-Rabat. Il-familja taghhom kienet
maghrufa mar-Rabtin bhala “tac-Cucca”.
Manwel kien imur l-iskola fl-Imdina. Fil-gwerra
dahal suldat u kien stazzjonat go Fort Campbell
fil-Mosta. Wara l-gwerra, bhal hafna ohrajn, bidel
is-servizz minn suldat ghal pulizija. Fil-Korp,
Manwel kien ghamel zmien mas-sezzjoni tat-traffiku
minbarra li kien stazzjonat ukoll fl-ghases
tar-Rabat, Tas-Sliema u l-Hamrun fost ohrajn.
In-numru tieghu fil-Pulizija kien PS526.
L-ghana tidher li kienet fil-familja Mifsud ghaliex
zitu, maghrufa bhala Pawla “l-Maghluba” kienet
tghanni, kif kien jaghmel ukoll kuginuh Karmnu
“l-Kunduttur”. Izda, minhabba s-servizz, Manwel kien
jghanni biss fid-djar bejn il-hbieb. Ma kienx jahrab
okkazjoni, però, li jmur jisma’ lil shabu jghannu, u
mhux l-ewwel darba mar bl-uniformi.
|
|
La s-Surgent lili tghiduli,
Nahtafha din l-okkazjoni.
Min minnkom mhux se jobdini,
Se naghmillu citazzjoni. |
|
|
Izda wara li spicca mill-Korp, hareg fil-pubbliku u
kien imfittex sewwa. Fil-ghana spirtu pront tieghu,
ma kienx jiddejjaq isemmi li kien fis-servizz.
|
|
Is-Surgent lili jghiduli
Fl-irhula w anke fl-ibliet.
Imma issa hrigt bil-pensjoni
U m’ghadnix bil-penzijiet. |
|
|
Manwel kien ihobb imur jghanni fil-hwienet fosthom
ghand “Ta’ Wistin” fir-Rabat stess, ghand Karmni ta’
Wistin fil-Marsa kif ukoll ghand “Ta’ Menu” fiz-Zejtun.
Manwel kien ukoll jakkumpanja bil-kitarra.
|
|
Il-lejla ltqajna ghand Menu,
ghal biex nghannu erba’ ghanjiet.
Min lis-Surgent ser ikellem,
Irid joqghod ghall-ordnijiet. |
|
|
Huwa kien jghanni wkoll fin-night clubs u
ristoranti. Fost ohrajn kien jghanni fin-Nigret
Night Club fir-Rabat waqt serati bl-isem ta’
“Il-Lejla Nghannu”, li kienu jkunu organizzati ghall-emigranti
li jkunu qeghdin izuru Malta. Kien jghanni wkoll
fil-programmi ta’ l-ghana fuq ir-Rediffusion
nhar ta’ Hadd fit-tmienja ta’ filghodu. Kemm-il
darba deher ukoll fuq it-televixin specjalment fi
programmi pprezentati minn Charles Coleiro.
Manwel kien ha sehem fil-ghanja li kienet saret
fil-Buskett bil-versi ta’ “Il-Fidwa tal-Bdiewa” ta’
Ninu Cremona. Kien anke jattendi x-xalati li kienu
jsiru ghall-ghannejja u d-dilettanti nhar Lapsi,
fil-Vitorja, l-Imnarja fil-Buskett u San Girgor
f’Marsaxlokk.
|
|
Fl-Imnarja kemm inhobb nghanni,
Illi ssir gewwa l-Buskett.
Min irid, lili jkellimni,
W anke jaghzel is-suggett.
Illum San Girgor inzilna.
In-nies maghna migburin.
Nghanni ma’ Fredu l-Bamboccu,
Pawlu u Salvu Darmanin. |
|
|
U propju “Ix-Xalati ta’ l-ghannejja” kien l-isem ta’
wahda mid-diski li hareg Manwel is-Surgent. Minbarra
din, kien hareg aktar diski fosthom “Il-Kunjata
ghandha d-Duda”, “Fahhru ’l Malta Kullimkien” u
“Fejn Tarawni Tkellmunix” ma’ John Laus u Ninu l-Kalora,
liema ghana kien jikteb Manwel stess.
Ma’ John Laus, Manwel kien anke mar l-Awstralja
jghanni ghall-emigranti hemmhekk.
|
|
Ghadni gej min go l-Awstralja.
Hemmhekk kemm kont sodisfatt.
L-ghannejja l’hemm go l-Awstralja
Bghatu jsellu ghal kulhadd. |
|
|
Huwa kien jikteb u jghanni wkoll l-ghana tal-fatt,
fosthom zewg fatti dwar tragedji fil-familja.
“Il-Fatt ta’ Randu” kien jirrakkonta meta zijuh
Randu kien niezel flimkien ma’ ohrajn fix-xelter
waqt air-raid fil-gwerra. Huwa u diehel fix-xelter,
waqghet bomba u splodiet fil-bokka tax-xelter u
Randu kien wiehed mill-vittmi.
Ghanja ohra hija “Il-Fatt ta’ l-Ajruplan tar-Rabat”.
Din tirrakkonta meta f’April tas-sena 1946 kien
tela’ ajruplan mill-mitjar ta’ Hal Luqa u ftit hin
biss wara ggarraf qrib l-iskola tar-Rabat, fuq
id-dar ta’ hu Manwel, Peter. F’dik it-tragedja kienu
mietu Peter u martu Marija u ndifnu fl-istess tebut.
Manwel kien mizzewweg lil Karmena mwielda Vella mir-Rabat
stess. Huma kellhom hames ulied li huma Vince,
Emelda, Peter, Lino u Joe. Huma dejjem kienu
residenti f’Hal Bajada fir-Rabat. Minn uliedu,
Manwel kien ihobb jiehu l-aktar lil Peter kulfejn
kien jghanni, izda huwa Lino li hareg jghanni bhal
missieru. Lino huwa llum residenti fl-Awstralja u
ghandu ibnu prim kitarrist ukoll.
Bhala karattru, Manwel kien bniedem iddixxiplinat
hafna, kif jixraq lil bniedem tas-servizz. Kien
ragel ferriehi u dejjem ihobb iferrah lil kulhadd.
Kultant kien ikun xi ftit nervuz u kien jinsisti
hafna fuq uliedu biex jitghallmu l-iskola. Huwa kien
jaghti hafna kas x’jilbes. Kien ihobb imur jghanni
bl-ingravata, izda haga li rari naqset minn fuqu
kien il-kappell.
Darba kellu incident meta kien ghaddej b’mutur tas-servizz
mill-Marsa, qasamlu gurdien u kkraxxja. Huwa kellu
jittiehed l-isptar ghax kien wegga’ sew.
Bhala passatempi, Manwel kien ihobb hafna l-kacca u
l-insib specjalment lejn l-inhawi tal-Wardija. Bhala
sport huwa kien izomm ma’ l-Inglizi jew jara
z-zwiemel fil-Marsa. Meta kien ikun id-dar kien
ihobb jara t-televixin, idoqq id-diski ta’ l-ghana
jew jikteb il-fatti.
Wiehed mill-passatempi favoriti tieghu kien is-sajd.
Huwa kellu luzzu li kien hadem ghand Guzeppi
“l-Pittur” minn Marsaxlokk u kien jorbtu l-Gnejna.
|
|
Sa ddumu ftit ma tarawni.
Forsi naghmel ftit gimghat.
Ghaliex l-istagun wasalli.
W ghal-lampuki mmur nistad. |
|
|
Manwel Mifsud is-Surgent miet nhar l-24 ta’ April
1983 fl-età ta’ 61 sena. Id-diski li halla flimkien
mat-tifkiriet li ghandhom tieghu d-dilettanti ta’
l-ghana jibqghu l-isbah wirt li halla lill-kultura
Maltija. |
|
|
|
|