|
Fredu
l-Bamboccu twieled Haz-Zabbar fis-19 ta' April 1944
u kien makkjista, ghannej, u fuq kollox kien gawra
tal-folklor Malti. Wisq aktar minn hekk il-Bamboccu
sa kien u jibqa' bhala legenda.
Huma hafna dawk it-tifkiriet li Fredu l-Bamboccu
halla warajh, u li ghalkemm issa miet tifkirietu sa
tibqa' hajja ghall kull generazzjoni.
Il-Bamboccu hu maghruf mhux biss ghall l-ghana
Malti, mal-Maltin u l-Ghawdxin ta' Malta u Ghawdex,
imma maghruf ukoll ma' hafna emigranti minn kull
rokna tad-dinja.
Barra li kien maghruf ghall l-ghana spirtu pront,
Fredu kien sar aktar maghruf ghal makkjetti meta
hareg ma' Gorg Azzoprdi (il-Makk) id-diska "Taxi
Mary", li ghamlet success kbir u baqghat tin-daq sal-gurnata
tal-lum.
Fredu l-Bamboccu tista tghid li m'hawnx ghannej li
ma kienx ghanna mieghu. Fost l-ghannejja li zgur
ghanna maghhom kienu dawn:
Zaren ta' Vestru , Zeppi ta' Sika , Fredu iz-Zejtuni,
Pawlu l-Ghannej, Mikiel il-Bambinu, Zaren il-Fulfoll,
Frans ta' Vestru, Kelinu is-Superstar, Pawlu
il-Bies, Frans il-Budaj taz-Zejtun, Ninu il-Kalora,
Jesmond tal-Kalora, Salvu is-Sulari, Leli il-Bugazz,
Nenu il-Brazz, Ganni il-Laus, Zaru l-Ghaxqi, Salvu
l-Gwardarobbi, Joe il-Buzu, Karmenu il-Bahri, Karmnu
in-Namru, Ganni il-Qamar, Cikku tal-Fjuri, Mabbli
il-Bozen, Ninu ir-Rajsu, Frans il-Budaj tas-Siggiewi,
Zeppi il-Fellusu, Joe l-Ghasfur, zijjuh Salvu
ir-Rugel, Leli il-Moni, Gorg iz-Zghajr, Zaren il-Bukkac,
Gorg in-Nofs il-Lejl, Salvu il-Kalora, Skalambja,
Patrick il-Germaniz, Joe ta' Rahal Gdid, Jason in-Nekus,
Mario iz-Zebbugi, Mario il-Gravina, Danny il-Kalcidon,
Steve il-Furkett, Karmnu l-Handrulla, Gamri Amletu,
iz-Zinzla, Fredu tal-Marsa maghruf bhala id-Dimonju,
Mikiel in-Negli, Loretu l-Ghawdxi .... u hafna
w'hafna ferm aktar minn hekk.
Il-Bamboccu sa jibqa' haj , u ma' jintesa qatt ghall
bravuri li kien kapaci johloq. Kellu spirtu pront
mhux biss ta' l-ghana, imma anke biex iwiddeb u ma'
kienx jiddejjaq biex jghidlek kelma.
L-ahhar
darba li ghanna f'hanut fejn isiru l-ghana fih, kien
fil-Klabb tal-Bocci tal-Pieta, li hu immexxi minn
Charlie iz-Zubina, u dak inhar kienu ghannew bejn
erba', fejn l-ghana kien iddedikat lill Gorg in-Nofs
il-Lejl ta' l-Awstralja u lill shabu. L-ghannejja
kienu hekk imqassmin, - Charlie iz-Zubina, Joe
il-Buzu , Fredu il-Bamboccu, u Fredu l-Indjan.
Sa gimgha qabel ma' miet, Il-Bamboccu kien qed
jipprepara biex jirrekordja ftit makkjetti godda
mal-habib tieghu Joe Demicoli. Dawn it-tnejn kienu
diga hadmu fl-imkien fuq il-programm "Wipeout"
li kien jixxandar fuq is-Super1 TV.
Fredu Abela "il-Bamboccu" miet l-isptar, fit-3.15
ta' wara nofs inhar, nhar 9 ta' Novembru 2003 fl-età
ta' 59.
Halla jibkuh il-mara tieghu Annie u tlett uliedu,
Frans, Silvio u Manwel.
Nhar il-Hadd 8 ta' Frar, tlett xhur nieqes gurnata
wara l-mewt ta' Fredu l-Bamboccu hadna l-ahbar
hazina li t-tifel iz-zghir tieghu Manwel Abela, wara
marda twila u kiefra tal-kancer miet go l-Isptar ta'
Boffa l-Furjana. Manwel Abela kellu 28 sena. |