The Home of Maltese Għana

 

Front Page | Intro Page | What is Maltese Għana? | History of Għana | Għana in Theatre | Photo Album
 Folksingers Listing | Guitarists Listing | Hall of Fame | Fatti u Poeżiji | Artikli bil-Malti | Articles in English | Scrapbook

 B'tifkira ghaziza ta' Fredu Abela l-Bamboccu

 kitba ta'
Charlie Mangion "Iz-Zubina"

 

Fredu l- Bamboccu kien jemmen fil-mitologija, ghax hekk intqal u hekk qed jghinad. Iva' kull bidu hu mitmum.

Kienu l'allat tal-mitologija rumana li kienu gemgha ta' allat mill-aktar maghrufin, li f'decizjonijiet ta' importanza kbira kienu jiltaqghu biex jaghtu parir lil Guppiter qabel ma Guppiter jaqta s-sentenza darba ghal dejjem, Guppiter kellu kull dritt ghall ahhar kelma, u l'konsulturi tieghu kienu tnax.

Imma mhux hekk gara fil-kas ta' sehibna l-ghaziz minn tal-qalb, Fredu Abela l-Bamboccu.

Il-hallieq divin, ma' kellu l-ebda senat u cioe' ma ghandu b'zonn ta' l-ebda konsulturi, il-Mulej ghazel u gharaf min hu qaddej gust, u onest u fuq kollox sincier, - jghinad li il-Mulej qatt ma' kellu ghalfejn jistudja l-mitologija.

Ghax il-Mulej minn dak li kellu ghad baqalu,- u hekk rega sehh ghax hekk gara, Fredu l-Bamboccu li kien jemmen bis-shieh fil-mitologija, kien ukoll jemmen fis-saltna ta' dejjem.

Fredu Abela l-Bamboccu' kien wiehed mill- aktar hbieb li wiehed jista jghid li jien qatt kelli, kien ragel ta' zaqqu f'ommu, kien ragel li taf fejn int mieghu, kien ragel li kont tiehu gost titkellem mieghu, kienu ragel b'kliem vast, u fuq kollox ta' ezempju.

Jien il-lum aktar min qatt qabel inhosni kburi, li Fredu hu gbini, il-lum aktar min qatt qabel inhosni kburi, li mhux l-ewwel darba li tlabtu xi' parir, u ma' jien sa ninsa qatt ir-rabta u l-ghaqda familjari li kienet u ghada tezisti bejnietna.

Li titwiled u tmut hi xi' haga li jafa kull uman mohluq, imma ghiduli min kien hawn, jew min hawn li jixtieq li jsehh dan. Li hemm tajjeb hu fiz-zgur, u li din hi ghall kulhadd. Il-mewt ghalkemm tinhas u tidher , kera u krudilha, hi onesta, sinciera, u genwina, ma' kulhadd.

Onesta - sinciera - u genwina. Kif qatt jista jkun dan? Iva .. ghax ma' tafx thobb, ma' tafx tahfer, ghaliha kulhadd hati, ghaliha mhemmx filosofija - mhemmx mitologija - mhemmx fqir u sinjur - ikrah u sabieh - zghajr jew kbir.

Ilkoll f'keffa wahda, tiskantawx bil-kobor tal-keffa ghall dawn il miljuni ta' popli, iva ilkoll tesghana, tiskantawx bil-memorja li ghandha il-mewt, tiskantawx b'dak li tisimaw, tiskantawx b'dak li taraw.

Skantaw li kieku tinsa jew jaqbzilha xi' hadd - skantaw li kieku tmut hi listess mewt - iva skantaw, jekk qatt xi' darba jigri dan, imma jien li jien hlejqa komuni bhal kull min hu komuni, nghid li ma' intom sa' tiskantaw qatt, ghax dan ma' hu sa jsehh qatt qatt u qatt.

Top - Fuq        Back - Lura