|
Fredu Abela "l-Bamboccu"
1944-2003 |
|
kitba ta' Joe
Julian Farrugia
TORCA - Il-Hadd, 4 ta' Jannar 2004 |
| |
|
Il-laqam
ta’ Bamboccu huwa marbut ma’ l-ghana. Fredu Abela li
kellu dan il-laqam ghamel isem ghalih fil-ghana,
kellu karriera twila ta’ kull tip ta’ ghana u
makkjetti, u sar leggenda ta’ dan il-folklor
tradizzjonali wara mewtu.
Fredu Abela twieled nhar id-19 ta’ April 1944
f’Haz-Zabbar. Huwa kien it-tmien wild minn tlettax
ta’ Manwel, suldat, u Salvina mwielda Darmanin.
Wara li attenda l-iskola ta’ Haz-Zabbar, Fredu kien
dahal kunduttur ma’ tal-linja fuq il-venda ta’
Haz-Zabbar. Ghamel xi erba’ snin kunduttur u parti
minn dak iz-zmien kien ghaddieh ma’ huh Anglu li
kien xufier. Fil-venda kien hemm wiehed Ganni d-despatcher
li minhabba li Fredu dejjem kien daqsxejn qawwi,
kien qalaghielu Bamboccu, laqam li baqa’ mieghu sa
l-ahhar.
Il-karriera ta’ l-ghana bdiet meta kellu xi
hmistax-il sena jew inqas. Iz-ziju tieghu, Salvu
Darmanin ir-Rugel, kien ghannej prim u kien jiehdu
mieghu kull fejn imur jghanni. Darba dan Salvu kien
qieghed jixtri kitarra u wara li kkurdaha, Fredu
qallu biex jghanni wahda. Salvu qallu, “Nghanni ma’
min?” Fredu wiegbu, “Nghanni mieghek jien!” Ghannew
flimkien u z-ziju nduna kemm Fredu kien iqabbel
tajjeb. Inkoraggih u dik kienet il-bidu ta’ karriera
twila. Anke ma’ shabu tal-linja kien jghanni sakemm
ikun imisshom il-vjagg.
Fredu kien beda anke jakkumpanja fuq il-kitarra u
kompla jiffrekwenta l-hwienet ma’ zijuh, biex kull
meta kien ikun hemm cans, jghanni hu wkoll. Kien
jghanni l-aktar spirtu pront u beda jindara
fil-hwienet ta’ l-ghana. Kien jghaddi sieghat twal
jghanni. Arah jinzel f’xis-sigha ta’ wara nofsinhar
ghand Karmni ta’ Wistin fil-Marsa jghanni. F’xis-sitta
jigu l-ghannejja stabbiliti fosthom zijuh Salvu u
jghanni maghhom ukoll. Wara, ghal xid-disgha kienu
jmorru ghand Lucy tal-Belt il-Gdida jkomplu l-ghana
sat-tard.
Kienu jzuru hwienet ohrajn jghannu fosthom ghand ta’
Haqpina l-misrah ta’ Haz-Zabbar, ghand il-Geremexx
il-Marsa, Ta’ Coqq fejn illum hemm il-Malta
Shipbuilding, ghand Gamri ta’ Xafrin hdejn il-cold
store u ghand Pawlu tal-Pitrolju hdejn il-Fossa
l-Belt.
Fredu beda jsir aktar popolari fil-ghana. Beda
jghanni regolari fil-hwienet u fix- xalati ta’
l-ghannejja li kienu f’Hadd in-Nies f’Haz-Zabbar,
San Girgor f’Marsaxlokk, l-Imnarja fil-Buskett,
Lapsi fix-Xghajra u l-Vitorja fil-Mellieha. Huwa
beda jmur jghanni r-Rediffusion u l-ewwel darba kien
ghanna ma’ zijuh Salvu Darmanin, Pawlu Degabriele
l-Bies u Zeppi Buttigieg in-Nice.
Il-mewt ta’ zijuh Salvu, il-bniedem li qabbdu
l-karriera, kien hassha wisq…
|
|
Ergajna gejna biex nghannu,
ejjew ma nahlux aktar hin.
Illum bix-xieraq nghannu dwaru,
iz-ziju Salvu Darmanin. |
|
|
Wara li spicca minn kunduttur, Fredu dahal fin-navy
u kien stazzjonat f’Sant Anglu. Dam tlettax-il sena,
serva fuq diversi vapuri navali u dar hafna pajjizi.
Matul iz-zmien tieghu fin-navy, Fredu hareg l-ewwel
diska tieghu, il-makkjetta Taxi Mary, li bidlet ghal
kollox l-ghamla ta’ l-ghana u kif iharsu n-nies lejn
l-ghannejja. Din bdiet billi Fredu kien jigbor lil
shabu f’Sant Anglu u joqghod iqabblilhom. Kien hemm
Gorg Azzopardi l-Makk li kien joqghod isemmilu
l-postijiet madwar Malta u Fredu jqabbillu maghhom,
dejjem bit-tama li jsib xi tfajla ahjar. Fredu gietu
l-idea li din jiktbuha biex johorguha diska. Gorg u
Fredu rrekordjaw Taxi Mary ghand Damato tal-Belt,
intlaqghet hafna u bieghet madwar 10,000 kopja
f’Malta minbarra 20,000 fl-Awstralja. F’xi partijiet
mill-Italja kienet popolari wkoll u nbieghet mhux
hazin.
|
|
Tridx naqbdu it-Taxi Mary,
Bambocc naghmlu bhall-Inglizi.
Iva, Makk, se nisma’ minnek,
u nduru dawra l-pajjizi. |
|
|
Din id-diska tant kienet irnexxiet li Fredu gie
mistieden ghall-ewwel darba fl-Awstralja. Huwa hareg
makkjetti ohrajn bhal World Cup u It-Tliet
Ghazzenin.
Meta ghalaq 25 sena, fid-19 ta’ April 1969, Fredu
kien izzewweg lil Annie mwielda Briffa minn
Haz-Zabbar. It-tieg kienet ghamlitulu Karmni ta’
Wistin. Fredu u Annie kellhom tliet subien, Frans u
Silvio li huma tewmin, u Manwel. Ta’ min jghid li
wliedu kollha kellhom ghannejja maghrufa bhala
parrini, Frans kellu lill-Budaj, Leli l-Lovegirls
kien parrinu ta’ Silvio, filwaqt li Manwel kellu lil
Zaren ta’ Vestru. Minkejja dan hadd minn uliedu ma
hareg jghanni u l-uniku ghannej qarib ta’ Fredu
baqa’ biss huh Renald.
Wara n-navy, Fredu kien beda fuq ix-xoghol tal-gebel.
Kellu l-lavranti mieghu u darba ghal ftit ma rax
il-mewt fuq ix-xoghol. Kien qieghed isaqqaf post
bit-travi u l-bricks fil-Fgura u kif mar jissikka l-gakk,
intradam kollox fuqu. Qam wahdu mill-irdim u ghadda
kollox b’wicc il-gid.
Meta refa’ mill-gebel, Fredu kien fetah hanut f’Wied
il-Ghajn bl-isem ta’ Bamboccu Station. Hemmhekk
kienu jingabru l-ghannejja kull nhar ta’ Hadd
filghodu jew il-Gimgha filghaxija.
Barra minn hekk, Fredu kien ikun mistieden f’hafna
ljieli Maltin u anke Ghawdxin. Kien mar jghanni
wkoll fil-Kantina, hanut tal-Maltin f’Londra,
fil-Kanada, fl-Amerika u anke fl-Awstralja, mhux
biss fi zmien it-Taxi Mary.
Meta kellu jaghlaq il-hanut minhabba sahhtu, xtaq
izomm xi mkien fejn ikun jista’ jilqa’ l-ghannejja
emigrati meta jigu f’Malta. Ghalhekk kien ha l-bar
tal-kazin tal-futbol tal-Fgura li kien sar ic-centru
ta’ l-ghannejja u d-dilettanti.
Fredu kellu karattru jaghmel minn kollox biex
jghinek. Arah johrog anke minn triqtu biex jaqdi lil
dak li jkun. Kien jiftakar hafna dwar l-ghana ta’
l-imghoddi u kif issemmilu xi ghannejja tal-passat,
jimmemorizzalek ghanjiet li kienu jghannu minkejja
li jkunu ghaddew snin twal. Huwa kien ragel ferriehi
u jhobb izomm burdata tajba madwaru.
Darba kien qieghed isuq u dam ma nduna b’karozza
ohra quddiemu. Kif intebah ha brejk kbir u waqaf
ezatt ezatt kemm ma messx il-vettura l-ohra, kemm
tghaddi karta bejn iz-zewg karozzi. Is-sewwieq
l-iehor hareg imberghen jghajjat, “Int hekk taghmel?
Ghal ftit ma kissirtnix! Ara kif waqaft ezatt!”
Fredu baqa’ kalm bil-qeghda u wiegbu, “Issa mbilli
qieghed tghajjat! Taf taghmilha kif ghamiltha jien?”
L-akbar passatempi li kellu kien it-tisjir. Kien
isajjar ghal shabu fin-navy u anke meta kellu
l-hanut. Barra minn hekk, kellu forn fl-ghelieqi tal-familja
f’San Anard u kien jiltaqa’ mal-hbieb isajru, jieklu
u jghannu. Id-dar kien isajjar ukoll u favoriti
kienu l-qarnit bil-bebbux, il-fenek u l-laham taz-ziemel.
Minbarra l-ghana, Fredu kien ihobb il-country u
l-favorit tieghu kien Kenny Rogers. Vuci tajba kien
jaghrafha u kien jammira hafna lil Whitney Houston.
Meta jisma’ diska taghha, kien isikket lil kulhadd
biex joqghod jismaghha. Fil-futbol kien ihobb
lill-Brazil, filwaqt li fl-Ewropa kien izomm ma’
l-Inglizi u ma’ Manchester United. Kien isegwi wkoll
lil Mike Tyson fil-boxing.
Bhala cinema kien ihobb films ta’ artisti bhal Al
Pacino, Robert de Niro, Sharon Stone jew ohrajn
western. Huwa kien jinsisti hafna fuq kliem Malti
pur. Kien jiddejjaq min ikellmu bi kliem misluf minn
ilsna ohrajn. Ghalkemm ma kienx wisq ta’ skola,
kelma miktuba zbaljata kien jinduna biha.
L-ahhar darba li ghanna kien ftit jiem biss qabel
halliena fil-Klabb tal-Bocci f’Tal-Pietà ghand
iz-Zubina. Ta’ min jghid li Fredu kien moghti tazza
ta’ rikonoxximent ghall-karriera minghand is-Sindku
u l-Kunsill Lokali tal-Fgura.
Fredu Abela l-Bamboccu miet nhar id-9 ta’ Novembru
2003 fl-età ta’ 59 sena. Fil-quddiesa funebri kienu
ghannewlu u l-prezenza ta’ hafna ghannejja,
dilettanti u hbieb kienet turi r-rispett li dan
il-bniedem rawwem matul hajtu.
|
|
Kulhadd jaf min jiehu l-hajja,
tigi l-mewt lilu tirrombla,
miet iz-ziju u lhaqt jiena,
immut jien, l-ghana jitkompla. |
|
| |
|
e-mail:
joe_julian_farrugia@hotmail.com |
|
|