The Home of Maltese Għana

 

Front Page | Intro Page | What is Maltese Għana? | History of Għana | Għana in Theatre | Photo Album
 Folksingers Listing | Guitarists Listing | Hall of Fame | Fatti u Poeżiji | Artikli bil-Malti | Articles in English | Scrapbook

Guzeppi Camilleri "il-Jimmy tal-Fjur"
1917 - 1994

kitba ta'
Manuel Casha

 

Guzeppi Camilleri twieled f'Hal Luqa fit-23 ta' Jannar 1917. Ommu Antonia u missieru Pawlu, kellhom tlett itfal, zewgt ibniet u tifel. Guzeppi kien il-fustani. Meta fl-età ta' sentejn mietet ommu Antonia, missierhom hadhom jghixu man-nanna taghhom Marie, li Guzeppi kien ihobbha daqs li kieku kienet it-tieni ommu. Wara sentejn mill-mewt ta' ommu, missieru Pawlu rega' zzewweg u ha lit-tfal l-ohra jghixu mieghu, imma Guzeppi baqa' jghix ma nanntu. Nanntu Marie kienet tiehu hsiebu u tiehdu l-iskola sakemm ta' tlettax il-sena halla l-iskola u mar jahdem.

Meta kellu tmintax-il sena sab impjieg man-Navy Ingliza fil-Marsa. Tliet snin wara dahal fl-Army mar-Royal Malta Artillery fejn ghamel 24 sena sakemm irtira bir-rank ta' surgent. Kien involut fid-difiza tal-gzejjer Maltin bhala bombardier fuq il-kanuni.

Serva f'bosta fortizzi bhal Sant' Iermu, Benghiza, Santu Rokku, u r-Rikasli. F'dan ta' l-ahhar Guzeppi Camilleri kien wiehed mis-suldati nvoluti f'azzjoni kontra l-E-Boats Taljani meta ppruvaw jidhlu fil-Port il-Kbir f'Lulju ta' l-1941 u fl-azzjoni garrfu partu mill-Breakwater.

Fl-1 ta' Awissu 1942 huwa zzewweg lil Pawla u marru joqoghdu Birzebbuga. Kellhom hamest it-tfal: Tony, Leli, Joey, Georgina u tifla ohra li mietet fit-twelid.

Meta spicca mill-Army iddecieda li jfittex futur gdid ghalih u ghall-familja tieghu. Fit-23 ta' Awissu emigra lejn l-Awstralja ma' ibnu Leli. Erba' xhur wara baghat ghal mara tieghu Pawla u t-tfal Tony, Joey u Georgina. Guzeppi Camilleri kien bniedem li jigbed in-nies lejh permezz tal-personalità ferrieha, attitudni pozittiva u dispozizzjoni allegra. Kien umoristiku u c-cajt tieghu baqa' jissemma ma' dawk li kienu jafuh mill-qrib.

Xena komuni f'hajtu kienet dik li kien ikun imdawwar bin-nies jirrakkonta u jiccajta u jferrah lil ta' madwaru. Guzeppi kien aktar maghruf b' "Jimmy" milli b'ismu propju. Infatti tista' tghid li barra minn tal-familja kien esklussivament maghruf b'dan l-isem ta' "Jimmy"

Huwa kien patrijott mhux biss ghall-ghaziza art twelidu, imma wkoll rahaltu, li dejjem semma bl-akbar imhabba, qima u nostalgija. F'zoghzitu ghamel zmien jilghab il-futboll mat-team ta' Hal Luqa. F'intervista li ghamillu l-mibki Dr. Joe Abela fuq ir-radju SEA, Jimmy irrakkonta is-sehem tieghu u ta' shabu fid-difiza tal-Port il-Kbira kontra fl-attakk tal-"E-boats" Taljani fit-Tieni Gwerra Dinjija.

Imma Jimmy kien ukoll ghannej b'reputazzjoni tajba kemm fl-Awstralja u anki f'Malta. Huwa kien maghdud bhala ghannej tal-quccata nett. L-ghannejja li zaru Melbourne kienu jfettxuh biex jghannu mieghu. Kiteb u ghanna l-fatt klassiku tad-Dizgrazzja tax-xelter ta' Hal-Luqa. Barra li kien ghannej f'Melbourne xi tletin sena ilu, dan kien rega' gie pprezentat fuq il-PBS Radio f'Malta, mill-famuz ghannej Qormi, Cikku Degiorgio "Tal-Fjur", u wara xxandar fuq ir-radio 3ZZZ f'Melbourne.

Dan il-fatt kien gie ippublikat f'gurnal f'St. Albans fejn kien joqghod. Il-fatt jirrakkonta tragedja li grat fHal-Luqa meta bomba garrfet xelter u qatlet hafna nies fi zmien it-Tieni Gwerra Dinjija. Bil-kitba tieghu Jimmy jaghti stampa cara tal-periklu u tbatija li sofrew il-Hal-Luqin fit-Tieni Gwerra Dinjija. Dak in-nhar tad-disgrazzja tax-xelter, Jimmy kien hemm fuq il-post jghin biex johorgu il-feruti u l-mejtin.

Jimmy, li kien jikteb u jaqra sewwa, kien is-suffragu ta' hafna emigranti, li kien jfittxu l-ghajnuna tieghu biex jiktbilhom l-ittri ghall-gheziez taghhom li hallew warajhom f'Malta. Kien ukoll jaghti pariri u jghinhom fil-mieli ta' formoli ghas-servizzi socjali. Hafna minn dawn kienu Hal-Luqin li kienu jfittxuh bil-kunfidenza.

Jimmy kien l-ewwel president ta' l-ghaqda tal-ghana f'Melbourne, li kien jisimha Melita, fejn ghall-ewwel darba l-ghana beda jsir fis-swali pubblici biex igawdih kulhadd. Kien wiehed mill-ghannejja li ghenu biex l-ghana ssir parti mill-Festival, fic-Centru Malti, permezz tal-kooperazzjoni u l-participazzjoni tieghu. Jimmy kien wiehed mill-ewwel ghannejja li nstemghu fuq il-programm Malti fuq Radio SEA.

Kien ghen fit-twaqqif ta' ghaqda ta' Sant Andrija, f'Melbourne li llum tigbor il-Hal-Luqin kollha li jghixu Melbourne u anki jiccelebraw il-festa ta' Sant Andrija. Jimmy kien ambaxxatur ghal Hal-Luqa w ismu kien u jibqa' sinonimu hawnhekk, ma' rahal twelidu, ta' Hal-Luqa. Jimmy dejjem stqarr li waqt li kien ferhan u azzettat fil-kontinent Awstraljan kien kburi li hu Malti u lejali dejjem ghal rahal twelidu Hal-Luqa.

Jimmy miet fil-21 ta' Settembru 1994 fl-età ta' 77 sena u halla jikbuh il-familja flimkien mal-komunità Maltija, partikularment tal-ghana Malti, li ghadhom sa llum ihossu l-vojt li halla wara warajh.

 

Jimmy mal-mara tieghu Pawla

Mix-xellug ghal lemin: Mark Micallef, Sharon Penza, Racheal Camilleri, (Jimmy Camilleri Tal- Fjur) Rebekah Penza, Melissa Camilleri.

 

Inawgurazzjoni ta' monument f'Hal-Luqa

kitba ta' Manuel Casha

 

Fid-29 ta' Gunju f'Hal-Luqa gie inawgurat monument bhala mafkar lil Guzeppi Camilleri maghruf bhala "Jimmy tal-Fjur". Ic-ceremonja infethet mis-Sur Bartholomew Debono li introduca lil dawk prezenti, fosthom it-tfal ta' Guzeppi, Joe, Tony, u t-tfal taghhom Melissa u Rachael, li gew Malta mill-Awstralja apposta ghal din ic-ceremonja.

Huwa fakkar li kien bhal dan iz-zmien sena li Joe Camilleri, t-tifel ta' Guzeppi Camilleri, kien mar Malta ghall-vaganzi u wera x-xewqa tal-familja tieghu flimkien ma' l-ghaqda ta' Sant'Andrija fl-Awstralja u xi hbieb minn Malta li jinbena mafkar ghal Guzeppi Camilleri.

Il-hidma biex titwettaq din ix-xewqa bdiet minnufih b'laqgha mal-Kunsill Lokali ta' Hal-Luqa u s-Sindku ta' dak iz-zmien, is-Sur Michael Cachia. Dawn mill-ewwel laqghu t-talba u sabu dan is-sit fejn illum jinsab il-monument.

L-ispiza kollha biex isir il-monument saret minn fondi li ngabru minn attivitajiet li saru fl-Awstralja u mill-familja Camilleri.

Is-Sur Bartholomew Debono spicca id-diskors tieghu billi ta hajr ghall-appogg li ta l-ex Sindku ta' Hal Luqa, u rringrazzja wkoll lis-Sindku attwali is-Sur John Schembri u l-Kunsillieri tal-lokal talli baqghu jappoggjaw lill-progett biex seta' jsehh.

Ic-ceremonja kompliet b'diskors mit-tfajjel Daniel Debono li rrakkonta b'mod helu t-tifkiriet li ghandu ta' Jimmy Camillieri. Meta kellu sentejn, Daniel, li twieled l-Awstralja, kien jigri ma' saqajn il-Jimmy u anki kien jghidlu "nannu". Tkellem ukoll it-tifel ta' Jimmy, Joe Camilleri.

Fi tmiem id-diskorsi ta' l-okkazzjoni, il-Kappillan ta' Hal Luqa bierek il-monument. Frans Baldacchino "Il-Budaj" qara poezija li kiteb ghall-okkazjoni u c-ceremonja ntemmet bl-ghannejja prezenti jaghtu zewg kadenzi kull wiehed iddedikati lil Jimmy. Hadu sehem Fredu Abela "Il-Bamboccu", Fredu Abela "Iz-Zejtuni", Frans Baldacchino "Il-Budaj", Cikku Degiorgio "Tal-Fjur", George Degiorgio "It-tifel tal-Fjur", Salvu Cassar "Il-Hamra", Joe Busutil "Il-Buzu", Ramon Psaila "Ta' l-Ghasli" u Frans Cassar "Il-Bloqq".

Diskors ta' Joe Camilleri

"L-okkazzjoni ta' llum hija wahda tassew ta' gieh ghalija u ghall-huti u ghall-familja taghna. Ta' min jghid li ghal din ic-ceremonja gejna apposta mill-Awstralja, jiena u tifla tieghi Melissa, hija Tony u t-tifla Rachael.

Kien f'Awissu ta' l-1962 li missieri - Guzeppi Camilleri jew kif kontu ssibuh hawn f'Hal-Luqa "il-Jimmy tal-Fjur" emigra lejn l-Awstralja. Minn dak in-nhar ghaddew 36 sena u allura nahseb li ftit huma dawk li kienu jafu dwaru.

Illum grazzi ghac-ckejken Daniel Debono nghatajna hafna taghrif dwaru w allura jien jibqghali li nghid biss li Guzeppi Camilleri kien jiftahar bir-rahal ta' Hal-Luqa u kien ihossu fortunat li kien twieled f'Hal-Luqa. lzda fuq kollox huwa gab unur lil Malta u lill-Maltin kollha fil-pajjiz barrani li emigra fih.

ll-monument f'gieh missieri qatt ma kien jasal biex isir kieku ma kienx ghax-xoghol u l-ghajnuna ta' diversi persuni. Nixtieq niehu l-opportunita' biex inrodd hajr lil dawk kollha li b'xi mod taw is-sehem taghhom f'dan il-progett.

Nibda biex nirringrazzja lill-hbieb li kellu missieri ghall-ghajnuna u r-rispett li wrew lejna. Nirringrazzja lil Joe Vella "il-Boxer" li organizza serata ta' ghana f Sydney fejn saret l-ewwel gabra ta' fondi biex dan il-monument ikun jista jsir.

Inrodd hajr ukoll lil Salvu Brincat "il-Hibru" u Salvu "il-Kalora" ta' l-Albion Club fil-Victoria. Lil George Aquilina "iz-Zghir", Leli Sultana "il-Moni" tal-Club ta' l-ghannejja ta' St Albans fil-Victoria. Ringrazzjament iehor imur ghal Joe Camilleri "ta' Gannina", il-president tas-Sodal Club ta' Sant Andrija fil-Victoria u ghall-membri kollha ta' dan il-Club.

Wiehed minn ta' l-ewwel li hareg bl-idea li jsir dan il-mafkar hu Jonah Caruana "tat-Tobi" u lilu wkoll nixtieq nirringrazzja kemm ghall-idea kit ukoll ghall-hidma tieghu.

Grazzi wkoll lill-ghannejja u l-kitarristi u d-dilettanti kollha li hadu sehem biex jingabru l-fondi ghal dan il-monument.

F'dan il-mument ma nistax nonqos li nsemmi lil Manwel Casha ta' l-SBS Radio Melbourne li nista' nghid li sibtu ta' ghajnuna kbira.

ll-hajr taghna jmur ukoll lejn il-kugina tieghi Joyce Debono u lir-ragel taghha Robbie ghax-xoghol li ghamlu biex jasal dan il-jum u ghall-pacenzja li qed jiehdu bina hawn Malta.

Prosit lill-iskultur Ganni Bonnici li minn hawn u ftit iehor tkunu tistghu tapprezzaw l-artistrija tieghu u nirringrazzja bil-quddiem lil Fredu Abela "il-Bamboccu" u lil Cikku Degiorgio "tal-Fjur" ghall-organizazzjoni taghhom il-lejla biex din ic-cerimonja taghlaq bi-ghana, kit jixraq meta qed insellmu lil wiehed mill-aqwa ghannejja li kellha Malta.

Fl-ahharnett, ghalkemm zgur mhux b'inqas nirringrazzja lis-Sindki, tal-passat u tal-prezent u lill-kunsillieri ta' Hal-Luqa u lilkorn Sinjuri li onorajtuna bil-prezenza taghkom il-lejla biex taghtu gieh lil-missieri."

 
 

Mix-xellug: George Degiorgio "It-tifel tal-Fjuri", Fredu Abela "Iz-Zejtuni", Ramon Psaila "Ta' l-Ghasli", Frans Baldacchino "Il-Budaj",
Joe Busuttil "Il-Buzu", Fredu Abela "Il-Bamboccu", Frans Cassar "Il-Bloqq", Cikku Degiorgio "Tal-Fjuri".

Top - Fuq        Back - Lura