|
Gammari Spiteri "Amletu"
1907 - 1962 |
|
kitba ta' Joe
Julian Farrugia
It-TORCA - Il-Hadd, 2nd February 2003 |
| |
|
L-incidenti
fuq il-post tax-xoghol ma humiex xi haga ta’ llum
biss. U meta x-xoghol ikun minnu nnifsu ta’ natura
perikoluza, aktar dan ikun possibbli. U ma’
l-incident li se nsemmi llum, mhux biss kien intilef
ragel tal-familja, izda ntilef ukoll ghannej prim
fl-aqwa tal-karriera tieghu. Gammarì Spiteri maghruf
bhala Amletu kien tilef hajtu fuq il-lant tax-xoghol
ta’ bennej li kien. Il-mewt tieghu hasdet lil
kulhadd u d-difna tieghu kienet partikolari wkoll
kif se naraw aktar ’il quddiem.
Gammarì Spiteri twieled f’Hal-Qormi nhar it-3 ta’
Dicembru 1907. Il-genituri tieghu, Karmenu u
Katerina mwielda Cutajar it-tnejn minn Hal Qormi,
kellhom b’kollox 24 ulied li minnhom ghexu biss
disgha u Gammarì kien it-tieni wiehed.
Il-familja Spiteri kienet maghrufa bhala Tal-Gerrej
minhabba li n-nannu ta’ Gammarì kien ihobb jigri
fit-toroq ta’ Hal-Qormi biz-ziemel tieghu. Gammarì
kien imur l-Iskola Primarja ta’ Hal-Qormi. Xoghlu
kien fil-bini. Kien jahdem ta’ bennej ghal rasu u
bena hafna binjiet, fosthom kellu sehem anke
fil-pedamenti tal-Knisja Parrokkjali ta’ San Bastjan
f’Hal-Qormi.
Hemm zewg verzjonijiet kif Gammarì gie mlaqqam bhala
Amletu. Hemm min jghid li darba, meta kien zghir,
kien ha sehem fid-dramm ta’ Shakespeare fil-parti
ta’ Hamlet u l-laqam gie minn hemm. Hemm ukoll min
jghid, izda, li darba Gammarì kien qieghed jahdem
ghand it-Tabib Federik li semghu jghanni waqt
ix-xoghol u laqqmu hekk.
Gammarì kien ghannej maghruf u kien imur jghanni
kullimkien. Kien jghanni f’hafna hwienet Qriema kif
ukoll ghand Karmni ta’ Wistin fil-Marsa kif ukoll
ghand Karmnu Darmanin f’Haz-Zabbar, hu Salvu r-Rugel,
ghannej iehor li kien habib tal-qalb ta’ Gammarì u
kienu jingiebu hafna. Kien jghanni wkoll fuq
ir-Rediffusion u l-bicca l-kbira meta kienu jghidulu
biex jaghmel prova, biex jippruvaw is-sound, kien
ihobb jghanni din li gejja:
|
|
L-ajru frisk u l-art miblula.
Hafja ma rridekx timxili,
Irridek biz-zarbun bhali
Biex taghti gost u pjacir lili. |
|
|
Amletu kien jghanni hafna specjalment spirtu pront,
ghalkemm ma tantx kien ghannej tal-botta u risposta.
Kien jghanni b’mod pulit u kien ihobb iqabbel billi
juza hafna idjomi u proverbji tradizzjonali Maltin.
|
|
Il-bidwi jibda jipprepara
Qabel l-ghalqa tieghu jahrat.
Sew jghidilna il-proverbju:
Izra’ tajjeb halli ssib x’tahsad. |
|
|
Gammarì kellu vuci partikolari hafna. Kellu lehnu
sabih u kien jghanni f’nota gholja. Lehnu tant kien
bellezza li gieli kienu jqabbluhulu ma’ dak ta’
sirena. Kien ihobb jghanni b’kisra f’lehnu f’nofs
il-versi u t-taqbila kien ikaxkarha, xi haga li kien
maghruf sew ghaliha.
|
|
Jien lilek fhimtek mill-ewwel
U bla ma qghadt lejk inhares.
Sejjer jigrilek bhal-lupu.
Ma lhaqtx l-gheneb u ghidtlu qares. |
|
|
Bhal hafna ghannejja, kien jiehu sehem ukoll
fix-xalati maghrufin ghall-ghana bhalma huma
l-Imnarja fil-Buskett, San Girgor f’Marsaxlokk,
il-Vitorja fil-Mellieha, Hadd in-Nies f’Haz-Zabbar u
x-Xghajra nhar Lapsi. Dan naturalment minbarra l-Qajjenza
kull nhar ta’ Hadd wara nofsinhar fil-jiem tas-sajf.
|
|
Fuq li tghidli inhobb noqghod
ghalkemm gieli qatt ma bsartha.
Naghmlu kif in-nies jghidulna.
Dum ifrex siegha w orqod kwarta. |
|
|
Gammarì kien bniedem li jhobb isajjar hafna,
specjalment ikel li jahraq, bil-bzar ahmar. Kien
isajjar id-dar ghall-familja jew anke f’xi hanut
fejn kien imur jghanni. L-aktar li kien isajjar kien
il-gaxin. Din il-kelma hija wzata s-soltu meta
nirreferu ghall-ikel li kien jifdal minn abbord
il-vapuri Inglizi, izda meta kienu jghidu li se
jsajru l-gaxin, kienu jsajjru hafna tipi ta’ laham u
jhalltuhom f’daqqa, b’xi zalza pikkanti.
|
|
Hawn gejna bit-trallallila
U mmorru bit-trallalle
Dhalna hawnhekk ghal naqra zokkor
Biex ma niehduhx morr il-kafè. |
|
|
Gammarì kien mizzewweg darbtejn u dejjem kien
residenti f’Hal-Qormi. L-ewwel zwieg tieghu kien ma’
Maria Carmela mwielda Mamo minn Hal-Qormi wkoll u
minn dak iz-zwieg kellhom zewgt ulied. Karmenu u
Guzeppi. Wara l-mewt ta’ Maria Carmela, Gammarì kien
izzewweg lil Angela mwielda Taliana minn Haz-Zebbug
u kellhom sitt ulied li minnhom ghexu erbgha, Gorg,
Phyliss, Emma u Marthese. Hadd minn ulied Gammarì ma
hareg ghannej bhalu. Hawn ta’ min jghid li minhabba
li Angela kienet digà mizzewga qabel, uliedha
mill-ewwel zwieg kienu jghixu wkoll mal-familja ta’
Gammarì. Dawn kienu Carmen, Joe, Freddie u Regin.
Kull nhar ta’ Hadd filghodu, minhabba li fuq
ir-Rediffusion kien ikun hemm l-ghana, fid-dar
kulhadd kien ikun irid jiskot biex Gammarì jkun
jista’ jisma’ dak il-programm, anke meta ma kienx
ikun qieghed jghanni hu.
Bhala karattru, Gammarì kien bniedem kwiet, cajtier
u ferriehi. Kien pacenzjuz hafna, ghalkemm kollox
ghandu l-limitu tieghu. Huwa kien qalbu tajba hafna
u ma kienx jiddejjaq jghin fejn ikun hemm bzonn.
Kien ihobb hafna jilbes il-kappell u meta kien ikun
f’xi hanut, ix-xorb favorit tieghu kien ir-rum.
Bhala passatemp, Gammarì kien ihobb hafna jaqra
l-gazzetta u kien attivist fil-Partit Laburista.
Kien gieli wkoll idoqq il-kitarra u ma tantx kien
dilettant ta’ l-isport, ghalkemm kien ihobb jara
z-zwiemel.
Kien dilettant hafna, izda, tal-festa ta’ San Gorg
f’Hal-Qormi u qatt ma kien jiddejjaq imur jghin meta
kien ikun hemm bzonn xi xoghol, anke tal-bini,
fil-knisja. Kien jiehu sehem ukoll regolari
fil-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira, daqqa kien
jerfa’ xi bandalora u daqqa f’xi vara. Kien ihobb
hafna jisma’ l-marci, kemm dawk brijuzi kif ukoll
funebri.
Gammarì Spiteri maghruf bhala Amletu kellu jiltaqa’
mad-destin meta darba kien qieghed jahdem f’post ta’
wiehed maghruf bhala l-Fox. Dan is-sid kien ilu
jigri hafna warajh biex ifittex jahdimlu. Meta mar
fuq il-lant, Gammarì kien qieghed jaghmel xi xoghol
fuq bdil ta’ parti minn saqaf. Wara li rama xi armar
biex ikun jista’ jahdem fuqu, tela’ fuq is-saqaf
izda dan ceda bih. Huwa gie fuq travu tal-hadid u
ntradam taht kollox. Mieghu kien qieghed jahdem
ukoll huh Zeppi li wara li ghenu, mar jaghti l-bxara
hazina lil familtu.
Gammarì ttiehed l-isptar u miet jumejn u nofs wara,
nhar it-3 ta’ Gunju 1962. Minhabba t-twemmin
politiku tieghu fi zmien l-eqqel tal-glieda politiko
religjuza, Gammarì ndifen fil-mizbla.
Neputih, Lino Spiteri, kien kiteb il-grajja tal-mewta
ta’ Gammarì fil-ktieb tieghu Rivoluzzjoni in Do
Minore. Il-mewta tal-karattru principali tal-ktieb
hija ezatt kif miet Amletu.
F’rahal twelidu, Hal Qormi, ssemmiet triq ghalih
biex jibqa’ miftakar bhala ghannej, haddiem li safa
vittma tax-xoghol, u bniedem li bata anke f’mewtu
minhabba t-twemmin tieghu.
|
|
|