|
Bastian
Micallef magħruf bħala "ir-Rabti" twieled fil-21 ta'
Jannar 1936, ir-Rabat Malta. Huwa kien it-tieni fost
tlett aħwa, wlied Carmela..nee Sammut, u Christian
Micallef. Missier Bastian kien jaħdem bħala stone
cutter u wara dan ix-xogħol daħal bħala
watch-man mal-militari f'ta' Qali. Oħtu li kienet
ikbar minnu, jisimha Josephine u din toqgħod
il-Kanada. Huh li kien iż-żgħir minn Bastian, kien
jismhu Christian u miet f'Tasmania, l-Awstralja.
Bħal ħafna Maltin u Għawdxin oħra f'dawk iż-żminijiet
li kienu qed jemigraw, fl-1954 Bastian tħajjar li
jsiefer, u fuq il-vapur "Castel Verde" baħħar lejn
Sydney l-Awstralja, fejn hemmhekk wara xi żmien iż-żewweġ
u kellu żewġ it-tfal, Christian u Julie.
Wara li għadda xi żmien ieħor mar joqgħod Melbourne
fejn wara xi xogħol li kellu hemm mar jaħdem
fil-manjieri tal-iron ore f'West Australia.
Ħadem ukoll f'South Australia però qalbu kienet
marbuta ma' Melbourne għax hemm kellu l-ħbieb tiegħu
Maltin, u hemm ukoll kien hemm l-għana, li tant kien
iħobb jisma'.
Fejn kien ikun hemm l-għana kont issib lil Bastian
jisma' u wara xi żmien beda' jitħajjar jgħanni xi
għanja wkoll. Fi ftit żmien l-għana tiegħu bdiet
titjieb u sar magħruf mad-dilettanti ta' l-għana
bħala wieħed li dejjem jiċċajta w qatt ma' jaqla'
jew jidħol fl-inkwiet. Dejjem kien joqgħod għassa
għal xi żball fit-tqabbila ta' l-għana u kont tarah
jidħaqlek biex juri li nduna li dak li jkun kien
għamel xi żball. Meta kien jieħu xi żball hu, kien
iħalli lill dak li jkun qed jgħanni miegħu jagħtih
mil-għar u kien dejjem jeħodha biċ-ċajt. |
|
Bastian
kien maħbub ma' dawk kollha li kienu jafuh u qatt
ma' kien nieqes mil-ħbieb għax kellu karattru li
kien jiġbdek u tieħu grazzja miegħu bla ma' trid.
Kien bniedem li jmur fit-tarf tad-dinja biex
jagħqdik f'dak kollu li jkollok bżonn.
Wara żmien fl-Awstralja reġa' rritorna Malta fejn
barra li issa beda jgħanni ma' kull klassi ta'
għannejja ha l-fama wkoll bħala wieħed li kien
jagħmel rekordjar tajjeb ta' l-għana, kemm fuq iż-żigarelli
kif ukoll fuq il-Videos m'billi kellu l-aqwa apparat
għal dan ix-xogħol. Ħafna mir-rekordjar li għadhom
fl-idejn sal-ġurnata tal-lum, kienu ġew irrekordjati
minnu.
Fl-1989 Bastian mar għal-vaganza l-Kanada fejn ġie
mitlub biex jgħanni fil-klabbs tal-Maltin go Toronto
u anki wkoll go Detroit Michigan, l-Amerika. Hawn
kien ha pjaċir ħafna u ħadu pjaċir ukoll dawk kollha
li ltaqaw miegħu u semgħuh jgħanni.
Wara perjodu ta 14-il-sena li dam go Malta tilef
lil-Ommu u lil-kuġinuh u qisu għalih issa f'Malta
ma' kienx hemm interess iktar li jibqa' jgħix
hemm. Moħħu reġa' dar għal-Awstralja fejn hemm
kellu ħafna ħbieb li issa
|
|
kien
ilu ma' jara għal dawn is-snin kollha li kien
joqgħod Malta.
Fil-millennju reġa' rritorna lura lejn Melbourne,
l-Awstralja fejn baqa’ skantat u ha pjaċir bis-suċċessi
li kienu saru fiż-żewġ klabbijiet ta għana. Kien
kburi li issa l-Maltin ta' l-Awstralja kellhom klabb
ta' l-għana li veru jistgħu isejjħulu tagħhom.
Daħal membru mil-ewwel u kien dejjem ikun ferħan
meta jmur fil-klabb imdawwar mal-ħbieb tiegħu, imma
miskin ma' tantx gawdihom għax wara sena u nofs beda
jimrad.
Bastian kien iħobb ħafna ukoll il-pokies li kien
imur jilgħab kull nhar ta' ħadd, il-biċċa l-kbira
mal-ħabib tiegħu Ninu Attard "il-Bukaċċ". Dawn kienu
ilhom ħbieb għal ħafna snin u kienu saru kunfidenti,
bla mistħija u dejjem lesti biex jgħinu jew jagħtu
pariri lil xulxin.
Ninu Attard kiteb fatt fuq Bastian bl-isem ta’
"L-Aħħar Momenti ma' Ħabibi" li jirrakkonta l-aħħar
żminijiet li dawn iż-żewg ħbieb għamlu flimkien. Dan
il-fatt jinsab fuq din il-website.
Wara marda qasira Bastian Micallef miet nhar l-10
ta' April 2002 fl-età ta' 66 sena. |