The Home of Maltese Għana

 

Front Page | Intro Page | What is Maltese Għana? | History of Għana | Għana in Theatre | Photo Album
 Folksingers Listing | Guitarists Listing | Hall of Fame | Fatti u Poeżiji | Artikli bil-Malti | Articles in English | Scrapbook

Pawlu Seychell "l-Għannej"
1907 - 1992

kitba ta'
Charles Mangion "Iż-Żubina"

 

Pawlu kellu karriera twila fis-settur ta' l-għana Malti fejn miegħu jintiżżeġ l- għana Spirtu Pront, l-għana tal-Fatt, u l-għana la' Bormliża. Kien u sa' issa hu is-sinonimu ta' l-għana Malti. Kull raġuni titlob spjega, imma rigward dan mhux żgur hemm għalfejn, għax kull minn hu midħla ta' l-għana Malti, jaf li Pawlu kien li żamm l-għana Malti ħaj. Fuq Pawlu hemm ħafna x’wieħed jgħid rigward l-għana sabiħa li kien jgħanni, rigward is-saħħa fil-gerżuma li kellu, u kemm b’dawn id-doni kien ipaxxi lill kull minn jisimgħu.
 
Pawlu Seychell twieled iż-Żejtun nhar l-10 ta’ Frar 1907.
 
Kienu ħafna dawk l-għannejja li għannew miegħu u daqsxejn diffiċli biex wieħed isemihom kollha, u għalhekk dawn li se nsemmi huma ftit minn dawk l-għannejja li għanna magħhom, bħal Salvu "ir-Ruġel", Żaru "ta' hal- Għaxaq", Żeppi "ta' Sika", Ninu "l-Kalora" li tista’ tgħid bejn dawn it-tnejn inħolqot ġerarkija ta' Għana li nitkellmu fuqhom aktar il-quddiem, Fredu "l- Kampjun", Fredu "iż-Żejtuni", Fredu "tal-Marsa", Joe "l-Għasfur", Żeppi "il- Fenka", Karmnu "Ċirkes", Frans "il-Budaj taż-Żejtun", Żaren "ta' Vestru", Pawlu  "l-Biez",  Kelinu  "s-Superstar",  Salvu "l-Kalora",  Mikiel "il-Bambinu",

 

Pawlu Seychell "l-Ghannej"

Salvu "Sulari", Leli "l-Bugazz", Leli "l-Moni", Fredu "l-Bamboċċu", Gamri "Amletu", Indrin "iż-Żinzla", Ċikku "tal- Fjuri", Karmnu "l-Ħandrulla", u ħafna għannejja oħra, għax kien hemm ħafna li għannew miegħu f’xi okkazjoni li dawn kienu jqishuwa bhala cikka li tkun għannejt ma' Pawlu. Kienu ukoll xi għannejja li jgħixu barra minn xtutna li kellhom l-opportunità li għannew ma' Pawlu "l-għannej taż-Żejtun".

Mhux sa' nonqos billi nsemmi l-ħanut ta' Karmni " ta’ Wistin tal-Marsa", fejn hemm kienet il-bidu tal-karriera ta’ Ninu "l-Kalora" ma' Pawlu "l-għannej" li bejniethom saru ħafna w ħafna żigarelli, u kienu huma li ġerrew l- aktar dilettanti warajhom. Fost l-aktar għannej li kien il-favorit ta’ Pawlu ma' kien ħadd ħlief, Ninu "l-Kalora" u Kelinu "s-Superstar".

Pawlu kellu l-ħanut Għannejja Bar, ħdejn l-Għajn tal-Hasselin, l-Imsida. Dan l-istess lokal ġera wara Pawlu billi ha l-għaqam minnu, li tant hu hekk, kien kulltant jiġi riferut bħala Pawlu ta' l-Imsida meta u mentri Pawlu kien miż-Żejtun.

Għalkemm li Pawlu kellu l-ħanut tiegħu, Pawlu qatt ma' nqafel ġewwa ħanutu, anzi l-kontra għax huma ħafna dawk il ħwienet li gawdew il-vuċi vivvaċi li kellu. Ma' tistax tonqos meta wieħed jiffoka fuq Pawlu u ma' jissemmiex Salvu "ir-Ruġel" li tant kien u għadu jissemma l-mument tas-siegħa li inħolqot bejniethom "tas-sittin u kwart", li sal-lum għadu jiġi mistoqsi "min minnhom kellu raġun?". Minn jissimpatizza ma' wieħed minnhom u jgħid li hu għandu raġun, u minn ma’ l-ieħor, imma meta darba fost l-oħrajn tressqet din il- polemika quddiem avukat, li fil-fatt ma jaf lill ħadd minnhom wieġeb b'dan il mod, "trid tkun int li qed toħloq dan il kapulavur ta’ kliem, biex tispjega wara, imma jien bħala avukat għandi l-obbligu li nistħarreġ u nistudja dan il "manif" ta' kliem - u ma nistax nagħti risposta issa."

L-istorja ta’ ħajjiet Pawlu tant hi twila u hemm wieħed xi jgħid dwar għana li apparagun, meta tiġi mkejla hi itwal minn ħajtu. Pawlu rigward l-għana kellu ħafna bagħatti bekki, haġa li ma tistax tonqos f'karriera ta' 70 sena għana. Tista’ tgħid li kull siegħa għana, minnu kien fiha storja. L-aktar kompluti li jibqgħu imsemmija huma dawk li saru bejnu u bejn Salvu "l-Kalora", ("tal-gidja"), ta' bejnu u bejn Frans il-Budaj taż-Żejtun, ("tal-landa taż-żibel"). Kien hemm ukoll mumenti bejnu u bejn Fredu taż-Żejtun fejn l-aktar li tisboq, is- siegħa ("tal-liżar"). Bejn Pawlu u Salvu "ir-Ruġel" ("ta' Tork u in-nanu"), u ħafna u ħafna oħrajn.

Għal Pawlu kien jista’ ma jissemma ħadd, basta kont is-semmilu lill Ninu "l-Kalora" u tant ieħor hu hekk għall Ninu.  Ghadek tista’  tmur  tkellmu fejn iż-żuntir tal-knisja tan-Naxxar, u jekk ma jsemmilekx lill Pawlu, għid li

 Il-mafkar ta' Pawlu Seychell "l-Ghannej"

 

Ninu mhux qed sewwa il-lum, għax go moħħ u qalb Ninu "l-Kalora", barra l-familja tiegħu għad hemm Pawlu Seychell. "Il-Kalora" kien qofol għal Pawlu. Jekk wieħed jipprova jiġbor l-għana kollu ta' Pawlu u ta' Ninu, għandu jsib li tant kienu jaqbdu ma' xulxin li kont taħsibhom li sa jiġġieldu, imma ma kien xejn minn dan għax daqs kemm kienu jinħabbu u qrib xulxin, dawn iż-żewġt blajjet ta' l-għana Malti, ftit tista’ issib fil-ġerarkija ta' dan is-settur...
 
L-Istejjer fuq Pawlu huma twal u fosthom issib l-għedud li darba għamel jumejn u lejl jgħanni ġewwa l-buskett, xi ħaġa li għadu ma għamilha ħadd.
 
Fredu "tal-Minoċċ" li jiġi hu Kelinu "s-Superstar" gab l-attenzjoni li waqt it-tikxif tal-monument ta’ Pawlu "l-Biez" fost l-għana Pawlu għanna din li ġejja:
 

Sen'ilu miet Pawlu l-biezlu
Ftit warajh Konċetta Borg,
Nirringrazzja l'ħanin Alla
Li hdejhom għadni ma mortċ.

 
Barra din hawn xi għana ieħor li Pawlu qalu, qabel ma miet, tista’ tgħid ftit xhur qabel ħalla is-saparju jinżel fuq wiċċu, għanna lill sieħbu Ninu "l-Kalora".
 

Għidli rbaħtli għaxar snin ilu
X'gidba ħoxna x'waħda din.
Sitt snin ilu jien ħarriġtek
Għand Karmena ta' Wistin.

 

Din l-għanja Pawlu kien għannejja lill Ninu "l-Kalora", 24 sena qabel ma Pawlu miet. Jekk wieħed jaħdem ftit din is- somma jaqbel ma dan li qed jingħad:- Pawlu twieled  10-02-1907, miet fl-età ta’ 85 sena, 14 il-sena ilu mejjet, u s-sitt snin li semma’ Pawlu jiġu 45 sena minn meta beda il-karriera Ninu "l-Kalora". "Il-Kalora" beda jgħanni ta’ 45 sena. Pawlu jingħad li beda jgħanni fl-età ta’ 7 snin.
 
Il-mafkar ta' Pawlu Seychell jinsab f'San Girgor, fejn iċ-ċimiterju taż-Żejtun.
 
Dwar Pawlu jien minn dan li naf ofrejt imma jien nitlob biex jekk hawn minn jaf aktar jiġbor dak li jaf u jgħaddih lill JJ. Cassar fuq jjcassar@allmalta.com

Top - Fuq        Back - Lura