|
Il-kitarrista Joseph Xerri magħruf bħala
"is-Surġent" twieled fit-12 ta’ Novembru
1930, f’Birkirkara Malta. Huwa kien l- ikbar
fost fost sitt aħwa, wlied Carmen nee
Spiteri minn St. Julians u Dominic Xerri
minn Għawdex li kien mar joqgħod Malta u
kien jaħdem bħala bennej.
Oħt Joseph Xerri, Maria, it-tieni
fil-familja mietet fiż-żmien il-gwerra bi
splużjoni ta’ bomba li kienet waqat
fir-raħal ta’ Birkirkara. Huh Tony joqgħodu
l-Awstralja u t-tewmin Annie u Nancy
joqgħodu Malta. Oħtu z-żgħira li jisimha
Vicky toqgħod ukoll fl-Awstralja.
Meta kien Malta, Joseph Xerri daħal jaħdem
bħala pulizija u fl-1955 iżżewweġ lill
Censina nee Suda u marru joqgħodu tas-Sliema.
Fl-1956 kellhom l-ewwel tarbija fost seba’
tit-tfal li semmew Maria. It-tfal l-oħra ta’
Joseph u Censina huma Albert, Ivan, Paul,
Michael, Elaine, u Simon.
|
|
 |
|
Joseph Xerri "Is-Surgent" |
|