The Home of Maltese Għana

 

Front Page | Intro Page | What is Maltese Għana? | History of Għana | Għana in Theatre | Photo Album
 Folksingers Listing | Guitarists Listing | Hall of Fame | Fatti u Poeżiji | Artikli bil-Malti | Articles in English | Scrapbook

KITARRI TAL-ĠEBEL

minn John J. Cassar

 

Raymond Bugeja u Raymond Frendo qed jipproduċu xogħol veru sabiħ ta' kitarri maħdumin mill-ġebla Maltija li jinżammu bħala dekorazzjoni. Dawn il-kitarri huma kbar daqs il-kitarri ta' veru u irfinati b'disinji mil-isbah, kompluti bil-kordi.
 
Kull waħda min dawn il-kitarri tal-ġebel tieħu ħafna xogħol ta' finezza, li wara siegħat u anki ġranet ta' xogħol, bi żball wieħed tista' tikkaġuna li l-ġebla tinqasam u jkollhom jerġgħu jibdew mill-ġdid.
 
Dawn il-kitarri tal-ġebel qed jiġu ordnati kemm min Malta kif ukoll min Maltin li joqgħodu barra min Malta, bħal-Awstralja fejn diġà gew esportati żewġ kitarri.
 
Il-prezz ta' dawn il-kitarri tal-ġebel huwa Lm150. Għal min irid iktar informazzjoni fuq dawn il-kitarri tal-ġebel għandu jċempel lil Raymond fuq 99447020.
 

Top - Fuq        Back - Lura