The Home of Maltese Għana

 

Front Page | Intro Page | What is Maltese Għana? | History of Għana | Għana in Theatre | Photo Album
 Folksingers Listing | Guitarists Listing | Hall of Fame | Fatti u Poeżiji | Artikli bil-Malti | Articles in English | Scrapbook

Mafkar f'ġieh il-Budaj

Kitba ta' Alfred Grech

 

Nhar is-Sibt, 21 ta' Ġunju, eżattament f'għeluq is-sentejn mill-mewt tiegħu, ġie inawgurat mafkar f'ġieh l-għannej, poeta u artist Malti, Frans Baldacchino, il-Budaj.
 
Il-mafkar, statwa tal-bronż ta' Frans b'mikrofonu f'idu u ħdejh hemm kitarra, ġie maħdum mill-iskultur Malti, Prof Anton Agius.
 
Il-program tmexxa minn Charles Coleiro u kien hemm diskors mir-Rev Prof. Peter Serracino Inglott, qari ta' Poeżiji ta' Frans Baldacchino minn Charles Abela Mizzi u kelmtejn minn Joe Bartolo, President tal-Għaqda Filantropika Talent Mosti fuq il-ħbiberija li kellu l-Budaj mar-Razzett tal-Markiż fil-Mosta.
 
Waqt il-programm ġie mogħti ġieh lil Frans b'kadenzi ta' għana mill-għannejja u membri tal-kumitat Organizzativ, Ġużeppi Spagnol, Fredu Abela, Fredu Grima u Kelinu Cutajar li ġew akkompanjati bil-kitarra minn Kevin Spagnol (Prim), Janice u Ġużeppi Spagnol.
 
Ġiet murija wkoll preżentazzjoni ta' filmati: "X'kellu f'moħħu il-Budaj", preżentazzjoni bil-kordinazzjoni ta' Charles Mangion iż-Żubina. Sfortunatament kien hemm xi problemi tekniċi waqt il-preżentazzjoni, però xorta waħda rajna biċċa tajba mill-preżentazzjoni li kienet waħda sabiħa mmens u poġġuta professjonalment minn Charles Mangion.
 
Tkellem ukoll is-Sindku taż-Żejtun, Joe Attard fejn wara,, is-Sinjura Pawla Baldacchino, l-armla ta' Frans kixfet il-Mafkar kbir u sabiħ li issa qiegħed iżejjen il-Ġnien San Girgor, Żejtun. Waqt iċ-ċerimonja tal-kxif tal-monument, Salvu Tanti u Johnny Grima daqqew il-kitarri fl-isfond.
 
Wara nżammu ftit minuti silenzju bħala ġieh lil Frans Baldacchino, il-Budaj, bniedem li jibqa' fil-qlub mhux biss taż-Żwieten imma fil-qlub tal-Maltin u Għawdxin kollha.
 
Prosit kbir u grazzi jmorru għal Charles Mangion, iż-Żubina, li kien hu li organizza l-ġbir għal dan il-mafkar. Grazzi ukoll lil John J Cassar talli permezz tal-website tiegħu, www.allmalta.com ppubblika din il-ġabra u għen biex li sforz  ta'  Charles  Mangion jitwettaq.  Prosit u grazzi wkoll lil Alan Desira tat-

 

Il-Mafkar ta' Frans Baldacchino,
il-Budaj

"Twilight" għall-kontribuzzjonijiet tiegħu u tas-sound system li pprovda għall- okkażjoni.
 
Jiddispjaċini li ma nafx minn huma l-oħrajn li taw sehemhom però, lil dawn ukoll, prosit u grazzi għax bis-saħħa tagħkom ilkoll, Frans Baldacchino issa għandu mafkar permanenti fir-raħal fejn twieled.
 
Nagħlaq bil-kelmiet li għalqet bihom il-mara tiegħi, Choy Hong (Jasmine) Grech, fi tribut li kienet kitbitlu fuq it-Times, Malta: "I salute Frans Baldacchino, il-Budaj, for upholding his cultural and traditional values and proudly presenting Maltese folkloristic għana at local and international festivals.
 
Therefore, I would like to address him as a national treasure. His departure is a great loss to us but his għana, poems and art – not forgetting his good nature and the joy he brought to us – will remain in our hearts and will live forever".

 
  Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar din il-paġna.  

Dawn huma kopji tal-paġni tal-fuljett li tqassam waqt iċ-ċerimonja tal-kxif tal-monument.

Agħfas fuq ir-ritratt tan-nofs biex tkabbar din il-paġna.

 

Agħfas hawn biex tiftaħ il-paġni tar-ritratti taċ-ċerimonja tal-kxif tal-monument.

 
 

Top - Fuq        Back - Lura