|
Il-Maltin
li jgħixu barra minn Malta speċjalment dawk
li marru lejn il- kontinent ta’ l-Awstralja
baqgħu jżommu rabta’ żonqrija ma’ Malta.
Fil-maġġoranza tagħhom baqgħu Maltin. Dawk
li minn żmien għal ieħor jiġu minn Malta
jagħtuni daqqa t’għajn, kemm politiċi,
akkademiċi, sportivi u oħrajn, kemm-il darba
tgħidulna li bqajna Maltin iktar mill-Maltin
ta’ Malta.
Kull min ħalla pajjiżu biex mar igħix għal
żmien twil f’naħat oħra tad-dinja dan jista’
jivverifikah. Kontra dak li jgħid il-qawl
Malti mhux dejjem hu veru li ‘l bogħod
mill-għajn bogħod mill-qalb, anzi
l- kuntrarju, bogħod mill-għajn, il-qalb
tħabbat ferm aktar.
Tul l-istorja ta’ l-emigrazzjoni kellna nies
li qajjmu mal-Gvernijiet ta’ Malta għadd ta’
anomaliji li nqalgħu minn żmien għal żmien u
li b’xi mod setgħu poġġew lill-Maltin li
jgħixu barra fi żvantaġġ. Iċ- ċittadinanza
kienet bla dubju l-ikbar taqtigħa li
l-emigrant kellu mal- Gvernijiet ta’ Malta.
Illum għadna ċittadinanza doppja li tinfirex
mal- ġenerazzjonijiet jekk inżommu ma’ xulxin
il-ħoloq taċ-ċirku.
Meta dan l-aħħar kien fl-Awstralja l-Prim
Ministru Dr Lawrence Gonzi u ftit xhur qablu d-Deputat Prim Ministru Dr Tonio Borg indunaw, |
|
 |
|
Lawrence Dimech |
|