|
 |
|
|
|
Kif żviluppa l-kunċett
taċ-ċittadinanza |
| |
|
Saru
riformi kbar mill-Indipendenza sallum |
| |
|
Jikteb Lawrence Dimech |
|
|
|
 |
|
| |
|
Il-kunċett taċ-ċittadinanza
doppja dan l-aħħar donnu qiegħed jikkonfondi lil xi Maltin
li żammew Malta bħala r-residenza tagħhom.
Hemm min qiegħed iqajjem dubju jew anke wkoll ibeżża’. Hemm
min qiegħed jippriedka li ċ-ċittadinanza li l-Gvern ta’
Malta, wara ħafna snin ta’ stennija għoġbu jestendi lit-tfal
ta’ l-emigranti u iktar riċentement lil dawk ukoll li jġibu
provi li jkunu dixxendenti fil-linja diretta ma’ persuni
mwielda Malta minn ġenituri li kienu wkoll imwielda Malta,
se toħloq xi diffikultajiet.
Fis-sittinijiet u s-sebgħinijiet, il-politiċi Maltin kienu
wkoll beżgħana li jekk jagħtu ċ-ċittadinanza doppja
lill-emigranti kienu se jinfetħu l-bibien u eluf ta’
emigranti jew uliedhom kienu ġejjin joqgħodu lura Malta.
Statistika turina li dan ma kienx minnu. |
|
Dawk li għadhom sallum jilmentaw li se
jkollna ruxxmata ta’ emigranti ġejjin lura
lejn Malta llum għandhom quddiemhom li
fil-fatt huma l-membri ta’ l-Unjoni Ewropea
u r-refuġjati li, ferm iktar mill-emigranti
Maltin li qed imorru jgħixu u jaħdmu Malta.
Tieqa lejn l-Ewropa?
Il-kruċjata biex il-Maltin li emigraw, li
fil-maġġoranza tagħhom telqu minn Malta għax
ġew sfurzati minn kundizzjonijiet orribli
ta’ sejba ta’ xogħol diċenti, ilha sejra
għal dawn l-aħħar 35 sena shah. Ħafna qabel
mis-sena 2004 meta Malta saret membru sħiħa
fl-Unjoni Ewropea. Għalhekk mhux preċiż li
ntennu li l-emigranti u wliedhom riedu
ċ-ċittadinanza doppja biex ikollna tieqa
lejn l-Ewropa.
Iċ-ċittadinanza hija kunċett li dejjem
tizvolġi skont il-bżonnijiet u għalhekk aħna
fl-Awstralja, mis-sebgħinijiet komplejna
kruċjata intensiva biex nikkonvinċu
lill-Gvernijiet Maltin biex jikkonsidraw
t-talba tagħna. Illum jidher li t-talbiet
tagħna saru realtà. Minn żmien għal żmien,
dejjem jinqalgħu xi ntoppi iżda b’rieda
tajba nkunu nistgħu insolvu wkoll. Quddiem
tant dibattu dwar iċ-ċittadinanza, tajjeb li
nagħtu ħarsa storika lejn kif żviluppat
iċ-ċittadinanza.
|
|
|
|
|
|
25 sena mingħajr riforma
Iċ-ċittadinanza Maltija
ġiet stabbilita meta Malta saret Indipendenti fil-21 ta’
Settembru 1964 iżda ma kien hemm ebda provizzjoni dwar
ċittadinanza doppja. Wara l-Indipendenza, persuni mwielda
Malta saru ċittadini mit-twelid iżda dwar dan kien hemm xi
tibdil fil-31 ta’ Lulju 1989. Il-Maltese Citizenship Act Cap
188, daħal fis-seħħ fis-sena 1965 iżda għal madwar 25 sena
shah wara l-Indipendenza ftit jew xejn sar tibdil għalkemm
kienet diġà bidet il-kruċjati għat-tibdil minn naħa ta’
l-emigranti fl-Awstralja.
Il-liġi taċ-ċittadinanza Maltija kellha ton paternalistiku.
Iċ-ċittadinanza kienet tintiret mill-missier. Ċittadinanza
doppja kienet miftuħa għal dawk biss sa l-eta ta’19-il sena.
Kien hemm bżonn li jiċħdu ċittadinanzi oħra li seta’
jkollhom biex iżommu l-Maltija.
Il-bidliet radikali fil-liġi taċ-ċittadinanza mill-kunċett
prinċiparju taċ-ċittadinanza bdew fl-1989 u mbagħad komplew
fis-sena 2000 u iktar riċentement bil-leġislazzjoni li
daħlet fl-ewwel ta’ Awissu 2007.
X’ġara fl-1989?
Qabel din id-data, dawk li kellhom ċittadinanza Maltija
kienu jitilfuha hekk kif japplikaw għall-ċittadinanza
barranija. Fl-Awstralja, hekk kif kont tapplika għaċ-ċittadinanza
Awstraljan kienu joħdulek il-passaport Malti. Il-Gvern Malti
ħareġ bil-famuża klawsola li jikkonsidra lil dawk li saru
Awstraljani eċċ bħallikieku qatt ma tilfuha.
Fl-emendi ta’ Awissu 1989 kien hemm żviluppi oħra. In-nisa
mwielda Malta setgħu mill-ewwel ta’ Awissu 1989 jittrażmettu
lill-uliedhom iċ-ċittadinanza. Ir-raġel
ta’ ċittadina Maltija jkollu wkoll id-dritt li japplika għaċ- |
 |
|
ċittadinanza
Maltija u ma baqax imperattiv li tkun twieled Malta biex
takkwista ċittadinanza.
Kienet is-sena meta l-Gvern Malti sejjaħ il-Konferenza
għall-Maltin ta’ Barra li saret f’Dar l-Emigrant il-Belt u
postijiet oħra. Aħna ta’ l-Awstralja, bla dubju, konna
l- iktar ippreparati u kontinġent li kellu impatt qawwi fuq
dak li sar fil-konferenza. Iżda inkuraġġiti mill-emendi
tal-1989 u ħafna qabel il-konferenza. l-Maltin ta’
l- Awstralja intensifikaw il-kruċjata tagħhom biex il-Gvern
Malti jabbanduna il-kunċett ta’ single nationality.
Il- Gvern tal-1996 fil-fatt ħareġ għad-diskussjoni
white paper dwar iċ-ċittadinanza.
Fis-sena 2000 il-Gvern Malti ressaq emenda li tagħti d- dritt għaċ-ċittadinanza
lil persuna mwielda barra minn |
|
|
Malta minn
ġenituri Maltin. Din bla dubju kienet l-iktar emenda
avvanzata u fetħet beraħ il-kunċett taċ-ċittadinanza. Fuq
kollox resqet viċin dak li għal snin kbar kienu ilhom
jitolbu l-emigranti Maltin imxerrda mad-dinja iżda l-iktar
dawk fl-Awstralja.
Fl-2000 kien hemm emenda oħra I mportanti. Niftakar sewwa li
konna għamilna pressjoni qawwija waqt il-Konferenza u tlabna
biex tiġi mħabbra kif fil-fatt sar. Għalhekk issa
ċittadinanza ġiet mgħotija wkoll lil dawk it-tfal minn
ommijiet Maltin li kienu twieldu bejn il-perjodu tal-21 ta’
Settembru 1964 u 31 ta’ Lulju 1989.
Iktar tard il-Gvern ħass il-ħtieġa li jemenda l-liġi
minħabba għadd ta’ żwiġijiet ta’ konvenjenza u raġel jew
mara ta’ ċittadin Malti seta biss japplika għaċ-ċittadinanza
wara ħames snin u jekk il-koppja tkun għadha flimkien.
L-aħħar emendi
Naraw minn dan kollu, kemm l-affarijiet imxew b’ritmu xejn
mgħaġġel iżda deher ċar li l-Gvern Malti kien qiegħed jgħati
attenzjoni għal mod kif is-sitwazzjoni kienet qed tinbidel,
il-mod storiku ta’ kemm il-Maltin li emigraw baqgħu b’rabta
żonqrija ma’ Malta u kemm kienet ta’ vantaġġ f’ħafna sferi
li l-poplu Malti jgħix fejn jgħix fid-dinja jżomm rabta ma’
pajjiż missirijiet.
L-aħħar emendi jneħħu kważi kull ambigwità li kien hemm.
Bir-reformi li semmejna, issa l-emigranti u t-tfal tagħhom,
qed igawdu ċ-ċittadinanza Maltija waqt li setgħu iżommu dik
ta’ l-Awstralja. L-emendi ta’ l-ewwel ta’ Awissu 2007 jagħtu
l-opportunità permess ta’ proċedura sempliċi, lil dawk
kollha dixxendenti fil-linja diretta ta’ dixxendenti mwielda
Malta minn ġenituri bl-istess mod imwielda, anke jekk ikunu
jgħixu barra minn Malta.
L-akkwist taċ-ċittadinanza Maltija fil-konformi ta’ din
il-liġi tispiċċa jekk il-persuna li tipprovdi din il-linja
ma tkunx akkwistat ċittadinanza Maltija. L-emenda ukoll
tikkonsidra l-każijiet ta’ dawk li jmutu fl-ewwel tlett snin
ta’ din il-liġi.
L-aħħar emendi jagħtu wkoll id-dritt lil dawk imwielda minn
ommijiet Maltin qabel il-21 ta’ Settembru 1964 li jkunu
jistgħu jirreġistraw għaċ-ċittadinanza Maltija. Dan kollu
juri kemm kienet bżonnjuża l-kruċjata biex il-liġijiet taċ-ċittadinanza
jiġu aggoranti skond il-bżonnijiet li jġibu magħhom
iż-żmenijiet.
Lil dawk kollha, huma fejn huma fid-dinja li b’xi mod jew
ieħor irsistew biex isiru dawn ir-riformi nsellmilhom u
nirringrazzhom. Kienet kruċjata twila u f’ħafna drabi tqila
u ta’ frustrazzjoni iżda l-aħħar riżultat juri li kienet
kruċjata ġusta.
|
|
|
|
Dawn ir-ritratti huma ta'
Maltin li marru jaħdmu fil-belt ta' Canberra kmieni fis-snin
ħamsin bis-sengħa ta' mastrudaxxa,
meta Canberra kienet
għadha qed tinbena. |
|