General Section

 

Front Page | Maltese Għana | Maltese Folklore | General Section | Malta Related Links | JJC Software

Passaport biz-zalza

 
Ittra lill-editur
Dehret fuq il-gazzetta "l-Orizzont"
20 ta’ Ottubru 2010
minn QARIB, Mosta

Sur Editur,
 

Il-Gvern Malti biex ikun konformi mal-liġijiet tal-Unjoni Ewropea u bl-insistenza tal- Amerikani ddeċieda li jdaħħal il-‘biometric passport’, jiġifieri li meta għandek bżonn passaport Malti ġdid jew jekk trid iġġeddu trid bilfors tmur personalment f’xi ambaxxata jew kummissjoni għolja jekk tkun ċittadin Malti u ma tgħix f’Malta.
 
Tista’ taħseb xi problemi kbar qegħdin jiffaċċjaw iċ-ċittadini Maltin li jgħixu per eżempju fl-Ingilterra, l-Amerika, il-Kanada u l-Awstralja, fejn l-uffiċċji tar- rappreżentanti tal-Gvern Malti jistgħu jkunu mal-500 mil ’il bogħod jew aktar. Għalkemm din is-sistema issa ilha ftit taż-żmien li ddaħħlet, il-Gvern Malti għadu ma sabx soluzzjoni kif se jnaqqas din l-inkonvenjenza assoluta li ħoloq, partikularment lill-Maltin  ta’  barra.  Kif  se  jnaqqas  il-problemi  kbar  ta’  dawk  li  jkunu  jridu jġeddu l-passaport, problemi ta’ ħafna skariġġ u spejjez?
 
Nixtieq nagħti eżempju ta’ ħabib tiegħi li joqgħod fl-Iskozja li biex iġedded il- passaport   Malti  ried  bilfors  imur  personalment  Londra.  Seta’  jmur  bl-ajru,  bil-

ferrovija, bil-kowċ jew  bil-karozza  tiegħu.  Għażel  li jmur bil-karozza tiegħu, jiġifieri kellu jsuq lejn Londra fi vjaġġ ta’ tmien sigħat ’l hemm u tmien sigħat lura.
 
Telaq mal-mara minn Glasgow fit-8.30 a.m. u wasal Londra fil-5.00 p.m. F’Londra ried sintendi jibbukkja lukanda, fost l-oħrajn. Spiża li meta tqis tal-vjaġġ, lukanda, passaporti u aktar, ġietu kważi Ł650 (€739). Meta għamel osservazzjoni mal-Malta House f’Londra, qalulu li bħalu hemm mijiet oħrajn li jridu jivvjaġġaw minn aktar ’il bogħod. Ikkonsla ħabib!
 
Tista’ taħseb kemm qegħdin ikollhom diffikultajiet il-Maltin li jgħixu f’pajjiżi ferm akbar mill-Ingilterra jew f’kontinenti kbar bħall-Amerika u l-Awstralja.
 

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu

Ibgħat email fuq

jjcassar@allmalta.com

 Tista' tikkummenta bil-Malti jew bl-Ingliż
 
 

  Kummenti:

 

Carmen Borg - Australia
Il veru post tal Mickey Mouse Malta. Jekk iridu, ta' l-ambaxxata jistgħu iżuru ċentri differenti li għandhom il Maltin madwar l-Awstralja kull tant żmien biex min għandu bżonn ibiddel il passaport jinqeda hekk. Kemm huma injoranti meta jaqblilhom tal-gvern.
 

 
Carmen Cole - USA

I would like to keep my Maltese citizenship but if I am going to have to go through all this trouble, this would be the right time for me just to become a USA citizen. It seems that they are making it harder for the Maltese people than others.
 

 

John Demicoli - Sydney Australia
I was told today by the Maltese Consulate in Sydney, that in Australia we only have this facility in 3 outlets, Canberra, Sydney and Melbourne. Which means if you live in Queensland, you have to travel to Sydney or Canberra, or worst still, if you live in Western Australia you have to go to Melbourne. This of course means, that you have to take time off work, plus travelling and hotel accommodation, very expensive. I can see, a lot of Maltese ex-pats not renewing their passport. I think the Maltese authorities should at least have this facility in every state, not just 3 states.
 

 
Alfred Grech - Malta
From what I've read on your posting, it seems that it is to the Maltese passport holders' disadvantage. It is so inconvenient if one has travel hundreds of kms to obtain a Maltese passport. I hope that the government would find an alternative to this inconvenience.
 

 
Edward Bonavia - Canada
 
I no longer hold a Maltese passport, but I can see the problem for those who wish to keep their Maltese passport up-to-date. As usual little thought seems to have been given for the Maltese living abroad. The misconception by many in Malta seems to be that all Maltese living abroad are made of money. They don't realize that we have to work just as hard to earn a living.
 

 

       Back - Lura