|
Għall-ewwel snin,
l-Għaqda kien jisimha "Grupp Talent Mosti" u
kienet twaqqfet fi ħdan l-Oratorju tal-Qalb
ta' Ġesł tal-Mosta lejn tmiem is-sena 1983
bil-ħidma ta' żewġ żagħżagħ Mostin, Edwin
Vassallo li llum hu Segretarju Parlamentari
u Reuben Caruana, bl-iskop li jipproduċu
"pageants" b'messaġġ nisrani. Permezz ta'
l-impenn soċjali tagħha, sa mill-bidu nett
kien il-ħsieb li torganizza attivitajiet
kulturali f'ambjent lokali Mosti u li
minnhom tgħin u tferraħ lill-proxxmu li jkun
jeħtieġ appoġġ mill-Kommunitą.
Matul is-snin 90 tas-seklu li għadda,
l-Għaqda rnexxielha taħdem b'suċċess xejn
anqas minn tmien "videos" bil-karattri
tradizzjonali ta' Wenzu u Rożi, il- praspar
ta' Ġaħan, kif ukoll oħrajn dwar il-Ġimgħa
Mqaddsa u l-festa ta' Santa Marija tal-Mosta.
Iż-żewġ dokumentarji kellhom ukoll
il-verżjoni bl-Ingliż. |
|
 |
|
|
Il-bejgħ u
l-qliegħ kollu ta' dawn il-produzzjonijiet li
ammonta għal Lm15,000 mar għal skopijiet ta' karitą
u għar-restawr tar-Rotunda tal-Mosta.
F' Awissu 1998, l-Għaqda ingħatat bħala sede ir-Razzett
tal-Markiż Mallia Tabone fuq ir-riħ ta' Wied
il-Għasel fil-Mosta biex tużah għal għanijiet
kulturali bi skop filantropiku, u dan bil-kooperazzjoni
tal-Kap u l-Kunsill tal-Iskola Lily of the Valley
biswit l-istess Razzett. Dan ir-Razzett sar ġenna
żgħira għal kull min iħobb jimraħ fid-drawwiet
imgħoddija jew biex juri talenti artistiċi li għoġbu
jislifhom Alla. L-attivitajiet ivarjaw minn purament
artistiċi għall-oħrajn b'xejra letterarja
għall-oħrajn b'aspett reliġjuż jew folkloristiku.
Ikun hemm wirjiet ta' pitturi, skulturi, u
artiġġjanat, tal-Milied, il-Ġimgħa l-Kbira u l-kult
Marjan, kif ukoll lejliet letterarji u b'tifkira lil
persuni għeżież, kunċerti, diskussjonijiet u serati
ta' għanjiet folkloristiċi u operistiċi.
F'Novembru 1999, Talent Mosti fetaħ paġna ġdida ta'
kooperazzjoni ma' l-International Charity Society.
Din il-fondazzjoni taħdem biex mill-ġenerożitą tal-Maltin
tkun tista' tgħin lil tfal orfni u familji
sfortunati f'pajjiżi oħra fid-dinja. Fost ħidma li
twettqet, kien hemm il-ġbir ta' kwantitą kbira ta'
ħwejjeġ u ġugarelli minn għand familji Maltin, li
wara li tqiegħdu f'containers, twasslu lejn bliet
Russi u dawk fir-Repubblika Ċeka.
Ir-Razzett ġie armat b'wirja permanenti ta' għodod u
snajja antiki u nżamm fl-istat oriġinali ta'
l-ambjent rustiku Malti bil-ħidma volontarja tal-membri.
Ir-Razzett huwa miftuħ kuljum, inklużi s-Sibt u l-Ħadd
bejn is-6:00 u d-9:00 pm. L-attivitajiet huma dejjem
miftuħin għal kulħadd bla ebda ħlas tad-dħul.
L-Għaqda Filantropika Talent Mosti laqgħet l-ogħla
personalitajiet ta' kultura, politika, filantropija
u xandir f'pajjiża, apparti artisti ta' kull livell
kemm Maltin kif ukoll mill-Italja, ir-Russja u
n-Norveġja. Fost il-wirjiet li spikkaw kien hemm
dawk minn persuni bi bżonnijiet speċjali. Il-wirjiet
tradizzjonali tal-Milied bosta drabi kisbu
premjijiet għoljin f'konkorsi nazzjonali. L-Għaqda
tħossha kburija li kull wirja li ttellgħet ġibdet
mijiet ta' ammiraturi minn kull qasam tas-soċjetą
Maltija u barranija.
F'temp ta' ftit snin, ir-Razzett tal-Markiż
fil-Mosta, sar Ċentru Kulturali miftuħ beraħ
għal-livell nazzjonali u aktar. L-għan oriġinali
filantropiku janima lill-Għaqda taħdem biex tilqa'
kull aspett ta' kultura minn kull qasam tal-ħajja.
Fis-sena 2001, ġiet mogħtija l-Onorifiċenza "Ġieħ
il-Mosta" mill-Kunsill Lokali tal-Mosta. Fis-sena
2000, kisbet ċertifikat ta' ħajr bħala rikonoxximent
uffiċċjali mill-Gvern tar-Russja li rregala flimkien
ma' medalja speċjali "Għall-Ħniena u l-Karitą".
Sa llum, l-Għaqda qassmet ma' l-Lm20,000 ta'
għanijiet filantropiċi. L-Għaqda Filantropika Talent
Mosti titmexxa minn kumitat bi proċeduri ta'
tmexxija li jipprovdu wkoll għal sħubija ta' kull
min irid jingħaqad bħala membru għal ħlas ta' żewġ
Liri fis-sena. Din l-Għaqda hi determinata li
tkompli titgħallem kif tista' jservi aħjar ta'
nixxiegħa kulturali għal kull min jixtieq appoġġ u
kuraġġ fil-ħajja ta' kuljum.
Il-President attwali hu s-Sur Joe Bartolo. |