|
1 |
Banni banozzi
Ġej il-Papa ġej
Bil-pastizzi tal-ħabtejn
Kollox għalik
U l-mama ma tieħu xejn |
|
|
2 |
Ninni ninni ruħi ninni,
fil-benniena tal-ħarir.
Għandek ommok il-Madonna,
u missierek il-Bambin. |
|
|
3 |
Meta ommi kellha lili
Kemm kienet ferħana biha
Kif poġġietni fil-benniena
ll-granpun inqala' biha |
|
|
4 |
Bajda bajda għax bit-terra
Ħamra ħamra għax bil-kulur
Ħoxna ħoxna għax bil-ħwejjeġ
Twila twila għax bit-takkun |
|
|
5 |
Ajma żaqqi kemm tuġgħani
Kilt il-għeneb mhux misjur
Iddendelt mal-kannizzata
Qisni kelb tal-kaċċatur |
|
|
6 |
Ċetta furfiċetta
L-għarus tagħha parrukkier
Qatalha xagħra kollu
U ħallielha ta quddiem |
|
|
7 |
Saħħa sinjura
Għada jkollna t-tieġ
Parrokka bajda bajda
kollha qamel u subien |
|
|
8 |
Kalanġ idoqq il-fifra
Mananni tiġbidhielu
Tiġbed, tiġbed, tiġbed
Sa fl-aħħar qatgħitilhu |
|
|
9 |
A' lilek tal-libsa ħamra
Ċoff wara ieħor quddiem
Ta' wara tgħattilek ommok
Ta' quddiem tgħatulek jien |
|
|
10 |
A lilek tal-libsa twila,
għidli xkielet illum
sabiħ.
Illum kilt il-ħobż bil-ġobon,
u tazza ilma xrobt sal-qiħ. |
|
|
11 |
Is-Sinjura Barunessa
Kellha ż-żokra qatt ma
tmissa
Tmissa biss darba fix-xahar
Biex taħsilha bl-ilma żgħar |
|
|
12 |
Trid tara z-zija Mer
Tiżfinlek mas-suldati
Tpejjiplek sigarrett
Tibda taqbeż daqs mullet |
|
|
13 |
Katerin ġibtlek lampuka
Katerin kebbes in-nhar
Katerin iftaħ it-tieqa
Ħalli jgħaddi id-duħħan |
|
|
14 |
Meta kelli tnax il-sena
Kont inxammar il-qalziet
Kont immejjel il-beritta
Biex inħajjar it-tfajliet |
|
|
15 |
Tlajt it-tela' tas-Saqqajja
Rajt it-twieqi miftuħin
ll-mama tifrex is-sodda
ll-papa ħassu ħażin |
|
|
16 |
Ċikli ċikli iċ-Ċumbini
ll-bizzilla ma tiswa xejn
Kemm titkessaħ dik Kelina
Meta tara l'Pawlu ġej |
|
|
17 |
Għal-Lapsi għamilna bandla
Għamilniha fuq il-bejt
Ma kellniex min ibandalna
Ġie il muċċu (fenek)
għarkuptejħ |
|
|
18 |
Mary Merun
X'għamlilha l-spettur
Dawwarha d-dawra-kollha
Bit-trumbetta u t-tanbur |
|
|
19 |
Żiemel żiemel tas-sultan
liema nieħu? nieħu l-dan
ll-dan ma rrdux
Mela nieħu l-dak |
|
|
20 |
Barabba waqa' u miet
Fuq erba' ravjuliet
Ommu tibkiħ
U missieru jidħaq biħ |
|
|
21 |
Johnny Ġonta
f'imnieħru għandu ponta
Ponta mhux musmar
naqqarhielu id-dundjan |
|
|
22 |
Willie Willie Ġonta
F'żaqqu kellu ponta
Ponta mhix musmar
Naqqarhielu ż-żunżan |
|
|
23 |
Ċettina marret Wembly
Marret tixtri l-qarabgħali
Qaltlhu "isa fittex tini
Għax il-borma qiegħda
tgħalli" |
|
|
24 |
Erminja fil-kernija
Żaqqha l-isfel, dahra il-fuq
La tiekol lanqas tixrob
għax m'għandiex aptit idduq |
|
|
25 |
Dawra Durella
Qasba żigarella
Ċoff tal-Bellus
Ċaqċaqilhu lill-għarus |
|
|
26 |
Ara ġejja l-mewt għalik,
biex tixwik, biex taqqlik.
Ara ġejja, ara waslet,
din id-daqqa min ta' jgħielek? |
|
|
27 |
Ċensa l-mewt
Itfalha qatta xewk
Poġġieha fil-Kantina
Sa' filgħodu issir Xadina |
|
|
28 |
Anġlu Bellu
Saqajh tal-fildiferru
Denbu tar-rix
Meta jagħmel ma jagħtix |
|
|
29 |
Ġentillisma sinjorina
Jien noffrilek l-umbrellina
Ngħattik, tikkultivak
U sad-dar nikkumpanjak |
|
|
30 |
Issa 'mmorru t-tieġ
Bil-laħam u t-tiġieġ
Ċawsli biz-zokkor
Pastizzi bis-summien |
|
|
31 |
Hawn xiħ gerguri,
La siġar u lanqas fjuri.
Jagħmel ir-ragħwa bla sapun,
U jekk jaqbdu 'l-kaccatur |
|
|
32 |
In-nannu u n-nanna ggieldu
iggieldu fuq il-bejt
in-nanna qabdet t'ghajjat
u n-nannu dilkilha ż-żejt |
|
|
33 |
In-nannu u n-nanna ġġieldu
iġġieldu fuq iz-zuntier
in-nanna qabdet twerżaq
u 'n-nannu dilikha bil-butir |
|
|
34 |
Ġanni l-bidwi razzett
għandu,
fih irabbi l-annimali
mogħża u ħmara fih insibu
kif ukoll xi sitt majjali. |
|
|
35 |
Għandu żiemel abjad kollu
baqra smina u tal-ħalib,
tiġieġ, flieles u kelb
iswed,
li ta' dawn huwa l-ħabib. |
|
|
36 |
Haġa moħġaġa
Il-ħaj jerfa’ lill-mejjet.
Il-mejjet jgħajjat kemm
jiflaħ
u l-ħaj jibqa’ bla nifs. |
|
|
37 |
Il-frawli ġewwa l-bixkilla
Iz-zokkor ġewwa l-Qantas
Nitolbok tgħolli l-beritta
Ha nara intix fartas |
|
|
38 |
Storja vittorja
l-angli jdoqqu l-glorja
siġġu fin-nofs
qarabagħli sold u nofs |
|
|
39 |
1 - 2 - 3, Iż-żokra ta'
Mari.
1 - 2 - 3 - 4, Iż-żokra ta'
Vitor.
Uno - Due - Tre, La signora
pappa il-Re. |
|
|
40 |
Iż-żunżana ddur iddur,
fuq il-bejt tal-kaċċatur
Żinn... Żinn... Żinn... |
|
|
41 |
Agħmel xita agħmel
ħalli jikber il-ħaxix.
Il-ħaxix natugħ il-mogħża
u l-mogħża tagħtina
l-ġbejniet.
Il-ġbejniet nagħtuhom lin-nanna
u n-nanna tħitilna qmis. |
|
|
42 |
Ideja fuq rasi
spallejja u wiċċi
ġenbejja u ħaddejja
u issa warajha
inġibhom quddiemi
inċapċap ferrieħa |
|
|
43 |
One - il-ħarufa ta' San
Ġwann,
Two - il-palazz tal-Gvernatur,
Three - il-banda ta' Indri,
Four - il-festa ta' Vitor,
Five - la xitwa u lanqas
sajf,
Six - il-banda ta' San
Franġisk,
Seven - il-qasam ta' Buleben,
Eight - it-tiġiega fuq
il-bejt,
Nine - it-tiġiega fuq
it-tajn
Ten - intik daqqa u nixħtek
l'hemm. |
|
|
44 |
Pizzi pizzi kanna
Dolores ta Sant Anna
Sant Anna tal-Morina
Qatgħet bicca Pellegrina
Mgħarfa tal-fidda
Bandiera tal-ħarir
Koni kannoli,
Insara qaddisin. |
|
|
45 |
Mort għand oħti Dora
Tlabtha qmis tgħatni barjola
Barjola le ssaħħanni
Issaħħanni dik ix-xemx
X'jiswa x-xemx jekk is-sħab
jgħattini?
X'jiswa s-sħab jekk ir-riħ
iġerrini?
X'jiswa r-riħ jekk il-ħajt
jilqani?
X'jiswa l-ħajt jekk
il-ġurdien igerrimni?
X'jiswa l-ġurdien jekk
il-qattus jigrifni?
X'jiswa l-qattus jekk
il-kelb jigdimni?
X'jiswa l-kelb jekk il-baqra
tikolni?
X'jiswa l-baqra jekk ir-raġel
joqtolni?
X'jiswa l-raġel jekk tiġi
l-mewt toħodni? |
|
|
46 |
Sur Spiteri baqbaqu
" Xkilt il-bieraħ?"
" Kejla ful"
" Hi xrobt fuqha?"
" Bajda friska "
" Għaddi l-ġewwa, ara
tkisser
dik it-tomna tas-sinjur" |
|
|
47 |
Ninu Ninu tal-Milied
Ommu tagħmel il-qagħqiet
Il-qagħqiet tal-qastanija
Santu Rokku tat-tiġrija
Għaddew il-festi kollha
baqa' biss Santa Maria |
|
|
48 |
Ninni la tibkix iżjed,
ninni Ġesù Bambin,
ħallieh għalina l-biki
għax aħna midinbin.
Ejjew ejjew ja Angli
mis-sema mija mija,
taragħu li Gesù twieled,
Bambin gewwa l-fisqija. |
|
|
49 |
Smajt it-trumbetta ddoqq
Ħriġt nara min kien għaddej
Kien għaddej Ġesù Kristu
Ghidtlhu "fejn sejjer?"
Qalli "sejjer għat
tbagħtija"
"Għat tbagħtija niġi
miegħek"
Neżżgħulu l-libsa I-bajda
Libsuh il-libsa I-ħamra
Tawh daqqa ta katina
Quddiem ommu il-ħanina
Sodda salib
Mħadda kuruna
Min iħobb il-Bambin ċkejken
Ikollhu xorti u fortuna |
|
|
50 |
O' Ġesù se mmur qo dari
Qabel xejn għalik inselli
Hawn kont nibqa' dejjem
miegħek
kieku dik is-setgħa kelli
Imma inti tista' kollox
Tista' tiġi miegħi d-dar
hemmhekk tibqa' kuntent
miegħi
Il-qalbi nagħmilha artal
Bħala xema' nixgħel għadmi
F'qalbi ż-żejt nixgħel
id-demm
Inċens nagħmel b'ruħi kollha
Jiena fik irrid nintemm |
|
|
51 |
Darba z-zija ta Hal Lija
Ġiet għaliha filgħaxija
Oħti Pia qabdet fiha
Għax iz-zija ferħet biha
Jiena sfart daqs il-lumija
Qbadt qasrija tfajtha l-hija
llqatt iz-zija li din
toqgħod
Numru mija, triq San Lija,
go Hal-Lija |
|
|
52 |
One day, Charlie Chaplin
kien għaddej
Kien għaddej minn strada
rjali
Beda jkisser il-fanali
Qabduh il-pulizija
Beda jibki daqs tarbija
Niżel l-isfel l-isfel
Sab xadina qiegħda tiżfen
Tela' l-fuq l-fuq
Sab sold u daħlu fil-but. |
|
|
53 |
Ħnejsa mietet
Ommha tibki, tibki
ls-siġra waqqat werqitha
L-għasfur waqqa' rixhu
Is-seftura kissret il-ġarra
U s-sinjura ħarġet bil-patata
barra |
|
|
54 |
Fis-siegħa twieled dudu
Fis-sagħtejn beda jitwal
Fit-tlieta kellu l-mara
Fl-erba' kellu t-tfal
Fil-ħamsa tagħtu taqlibha
Fis-sitta miet
Fis-seba' ħaduh
Fit-tmienja difnuh
Fid-disa' qalgħuh
Fl-għaxra sajruh
Fil-ħdax kieluh
F'nofs il-lejl għadduh |
|
|
55 |
Darba kien hemm sultan
Ħabat siequ mat-tigan
It-tigan irid il-bajd
ll-bajd għand it-tiġieġa
It-tiġieġa trid in-nuħħala
In-nuħħala għand
il-il-furnara
Il-fumara trid it-flus
Il-flus ghand l-istampier
L-istampier irid il-warda
Il-warda fil-qasrija
Il-qasrija trid l-ilma
L-ilma fil-bir
Il-bir irid il-barmil
Il-barmil irid il-ħabel
Il-ħabel tal-istokka
Min jiġbed u min jimbotta |
|
|
56 |
Lanċa ġejja u oħra sejra,
minn tas-Sliema ghall
Marsamxett.
Il-kaptan bil-pipa f'ħalqu
jidderieġi l- bastiment.
Meta waslu f'nofs ta' baħar
il- kaptan ħassu ħażin.
Ma kellux minn idur miegħu,
daru miegħu il-baħrin.
jew........
Sewwa sewwa f'nofs ta' baħar
Il-kaptan ħassu ħażin
Ma kellux min idur miegħu
Daru miegħu id-dubbien (jew
Katerin)
Għamillu karta
Għamillu karta
Għamillu karta
Għal tax-xjuħ. |
|
|
57 |
Paċi kulaċi
l-Madonna fuq rasi
Kristu fuq l-artal
qed ibierek it-tfal żgħar
dawn it-tfal imberkin
għax se jsiru qaddisin |
|
|
58 |
Paċi bejnietna
Il-Madonna fuq rasi.
Il Bambin jaħbini
u l-Madonna issibni.
Kristu fuq l-Artal
ibierek lit-tfal żgħar. |
|
|
59 |
Ħames kordi fiha kitarra
Ħames swaba fiha l-id
Ommi ħabbet lil missieri
Jiena nħobb lil min irrid |
|
|
|
|
60 |
Wieħed tnejn tlieta,
Paċik qabeż mit-tieqa.
Ġie fuq blata, weġgħa'
il-patata.
Mar għand ommu,
ċapċapthomlu.
Mar għand missieru, kisirlu
sninu.
Mar għand ir-re, garalu
gabarrè.
Mar għand ir-Regina, garatlu
kuċċarina.
Mar għand it-tabib, diliklu
l-butir.
Ħaduh l-isptar, għattewh bl-liżar.
Ħallewlu ż-żokkra barra u kielilu d-dundjan. |
|
|
61 |
Wiċċ il-ward u wiċċ
il-qronfol
Wiċċ it-tursin u n-nagħniegħ
Għandna t-twal u għandna
l-qosra
Għandna l-koroh u għandna
s-sbieħ
Sema safi u bla riħ,
ebda sħaba jum sabiħ.
ġib ballun u lkoll flimkien
niġru, niġru ġewwa l-ġnien.
ġnien sabiħ u b'siġar kbar
b'dawn jifirħu t-tfal
iz-zgħar. |
|
|
62 |
Għandi pupa wisq sabiħa,
aħmar wiċċha bħal-pepprin.
B'par għajnejn minn lewn
is-sema,
bħalha żgur ma ssibx ħelwin.
Il-mama' bħali tlibbisha,
mid-drapp stess tal-libsa
tiegħi.
Oħti z-żgħira nistħajjilha,
meta jien noħroġha miegħi
Fejn immur dejjem noħodha.
għax mingħajrha ma jien
xejn,
Minn fejn ngħaddi nisma'
jgħidu.
"Dawna donnhom pupi t-tnejn" |
|
|
63 |
Ghandi kaxxa ġugarelli,
din mimlija sa fuq nett,
Għandi l-pupa u l-karozza
u tat-tè jien għandi sett.
Ballun ċkejken u safrani,
Ors jiċċaqlaq u vapur,
hemm xadina qisha ħajja,
pupu ħelu fuq mutur. |
|
|
64 |
Bumm Bumm il-bieb
Min ġie, min ġie, min ġie?
Ġie Patri Kapuċċin
Ġabilna qoffa tin
It-tin pappejnih
U l-patri keċċejnih |
|
|
65 |
Bum Bum il-bieb, onġi onġi
onġella
Bum bum il-bieb, onġio
kavallier
Min ġie, min ġie?, onġi onjgi
ongelta
Min gie, min gie?, onġio
Kavallier
Ġie il-paxxatore, onġi onġi
onġella
Ġie il-paxxatore, onġio
kavallier
Xi jrid il-paxxatore?, onġi
onġi onġella
Xi jrid il-paxxatore?, onġio
kavallier
Irid tifla sabiħa, onġi onġi
onġella
Irid tifla sabiħa, onġio
kavallier
X'nagħtuha lil din it-tifla?, onġi onġi onġella
X'nagħtuha lil din it-tifla?, onġio kavaltier
Nagħtuha libsa sabiħa , onġi
onġi onġella
Nagħtuha libsa sabiħa, onġio
kavallier
Dan huwa mhux biz-żejjed,
onġi onġi onġella
Dan huwa mhux biz-żejjed, onġio kavallier
Nagħtuha brazzuletta, onġi
onġi onġella
Nagħtuha brazzuletta, onġio
kavallier
Min hija din it-tifla?, onġi
onġi onġella
Min hija din it-tifla?, onġio
kavallier
Din hija (isem ta xi tifla), onġi onġi onġella
Din hija (isem ta xi tifla), onġio kavallier
Ħuduha la triduha
Għax aħna ma għandniex
x'nanbuha |
|
|
66 |
Il-ħmura ta' filgħodu
lesti ż-żwiemel fejn
joqgħodu
Il-ħmura ta' filgħaxija
lesti ż-żwiemel għat-tiġrija |
|
|
67 |
Qalbi naqla' u nibatilek
ġo plattina tal-ġelat
għax kemm ilni ninnamra
miegħek
qegħda nonqos bis-siegħat |
|
|
68 |
Meta ommi kellha lili
missieri kemm feraħ bija
mar jgħid lil ġirien kollha
"il-mara tiegħi kellha
tarbija" |
|
|
69 |
Meta ommi kellha lili
stiednet lil Arċipriet
daħlilha taħt is-sodda
u kililha kull ma sib |
|
|
70 |
Iż-żunżana ddur iddur,
fuq il-Bejt tal-kaċċatur,
meta tasal taħt il-mina,
tagħmel żinn, żunn, żann.
Iż-żunżana ddur iddur,
fuq il-bejt tal-Gvernatur,
meta tasal taħt il-mina,
tagħmel żinn, żunn, żann.
Iż-żunżana ddur iddur,
fuq il-bejt ta`
l-arkitettur,
meta tasal taħt il-mina,
tagħmel żinn, żunn, żann.
Iż-żunżana ddur iddur,
fuq il-bejt tal-pittur,
meta tasal taħt il-mina,
tagħmel żinn, żunn, żann. |
|
|
71 |
Ċikki ċikki iċ-ċombini
Ċikki ċikki l-barbazzal
Il-għarusa minn Hal-Lija
U l-għarus minn Hal Balzan. |
|
|
72 |
San Nikola tal-Venturi
Tlabtu waħda tagħni tnejn
waħda għamja u l-oħra zoppa
Kemm aħjar ma tagħni xejn |
|
|
73 |
Niżżik ħajr San Pawl ta'
Malta
Talli ġibtni go din l-art
Sajf u xitwa tinti barra
Mistagħġeb kif ma nħossx
bard. |
|
|
74 |
O' Ġesù xi grazzja tagħtni
Kont fix-xifer u 'mbottajtni
Kont musmar ġibtni grampun
U issa qiegħed kif għandi
nkun. |
|
|
75 |
Gallarija ma' ġenb l-oħra
Kemm hi tajba għan-Namur
Hi titfali ċ-ċikkulata
U jien nilqagħha fil-maktur. |
|
|
76 |
Qalulek mgħedniex inħobbok
Dik mhix ħlief għejra tal-gara
jekk indur id-dinja kollha
Isbaħ minnek l-anqas nara. |
|
|
77 |
Jien jisimni Wiġi l-laggu
Bin Wenza tal-gatterell
ommi kienet tbiegħ il-vopi
Missieri bejjiegħ l-arznell. |
|
|
78 |
Darba
n-nannu kif iż-żewweġ
kera dar f'nofs il-Furjana
F'nofs il-bitħa sewwa sewwa
Xettel siġra tal-banana.
Darba n-nannu nagħsu tajjar
Għaliex sema' t-tħaxwix
Il-qattusa f'nofs il-bitħa
Kienet tiekol il-haxix.
"Kixxi, kixxi, qlilha
n-nannu
Ma tarax li dik mhix ħuta."
Denbha ħxien għajnejha
xegħlu
Sufa qam bhaż-żigarelli'
Minn għajnejh bdiet ittajjar
Trikki trakki u suffarelli. |
|
|
79 |
Raġel xiħ ħiereġ mid-dinja
Xejn m'hu jagħli għax ser
imut
Biss qed jagħli għall-ispiża
Li ser jagħmel għat-tebut. |
|
|
80 |
Kalafrana nieħdok naħslek
Birżebbuġa nixxottak
Biex meta jiġi l-ħanini
hemmhekk joqgħod jiggostak |
|
|
81 |
Kont għaddej' minn Strada
Rjali,
Għadda ġuvni u ttantani,
Misli l-qoffa biex jinkini,
U sa fastidju ried jagħtini.
Lejn ir-raħal nerġa' mmur,
Lil missieri nugzaħ żgur,
Taħt is-siġra jien kellimtu,
U hemmhekk tani l-maktur.
Il-maktur tal-ħarir abjad,
U ċ-ċurkett tal-fossa blù. |
|
|
82 |
Kilt il-qalba tal-karfusa,
Xrobt it-tazza ta' l-inbid,
Ommi ħadet lill-missieri,
W jien nieħu lil min irrid. |
|
|
83 |
Min dit-triq għaddejt u
ngħaddi,
W go di t-triq se nerġa’
mmur,
Għax hemmhekk għandi l-ħanini
U jxejjirli bil-maktur. |
|
|
84 |
Min dit-triq għaddejt u
ngħaddi,
Għax f'dit-triq għandi
qasrija,
Jien ma nħobx il-ward li
tagħmel,
Inħobb it-tfajla li
ssaqqiha. |
|
|
85 |
Nirrak taqbdek puplesija,
W it-tabib tiegħek inkun
jien,
Nagħtik duwa kontra l-marda
W neqirdek f'erbat ijiem. |
|
|
86 |
X'par għajnejn għandu ħanini,
Kif se nagħmel neħodomlu
Nilgħabu il-Bella Donna
W waħda waħda nisraqhomlu. |
|
|
87 |
X'dawl ta' qamar tela
l-lejla
Ċaqqufa ħsiebta xelin,
It-tfajliet tar-raħal tagħna
Kbar u żgħar kolla kesħin. |
|
|
88 |
Il-lejla lejliet l-imnarja
N-nies tax-xatt iġorru
d-dgħajjes,
U kannestru biċ-ċirasa
Fuq il-mejda ta'
l-għarajjes. |
|
|
89 |
Dak għasfur min tad-durrgħajsa,
Min fuq siġra għal oħra
jtir,
Jiekol il-bajtra l-misjura
U n-nejja jħalliha ssir. |
|
|
90 |
Min dit-triq għaddejt u
ngħaddi,
W go dit-triq se nerġa’ mmur,
Għax ax-xemx għandi
l-umbrella
W għall-għaraq għandi
l-maktur. |
|
|
91 |
Smajt tisfira f'nofs ta’
baħar
Żewġ ħutiet għajtu l-xulxin,
Jinnamraw il-hut fil-baħar
Aħseb w ara il-bnedmin. |
|
|
92 |
Il-kunjata ġġieldet miegħi
Kemm għajritni ċarċarula
Ċarċarula kont u għadni
Basta 'ssa l-binha ħadtula. |
|
|
93 |
Ħanini mar u telaqni
Kif se nagħmel biex ninkih
Naqla’ ieħor isbaħ minnu
W min quddiemu ngħaddi bih. |
|
|
94 |
Trid tiddandan u trid tilbes
Biex turi kemm int min
tagħna,
Għax ma tmurx itħallas
dejnek,
Taċ-ċurkett u l-ġiżirana. |
|
|
95 |
W'a lilek tas-sigarru
f'ħalqek
Neħħieh għax taħraq xuftejk,
Int taħseb li jiena inħobbok
Għax tarani nħares lejk. |
|
|
96 |
Saħħa Sinjura,
Għada mmorru it-tieġ
bil-laħam u t-tiġieġ
frawli biz-zokkor
pastizzi tas-summien,
karozza bajda bajda,
kollha ward u ġiżimin
minn huma dawn l-għarajjes
huma Toni u Vitorin. |
|
|
97 |
Anglu Bellu
Saqajn tal-fildiferru
Denbu tar-rix
Meta jagħmel ma jbatix. |
|
|
98 |
Il-Kitarra fiha toqba
Go fiha daħal ġurdien
Ma kienx hemm min jaqbaduli
Daħħalt idi w qbadtu jien. |
|
|
99 |
Madonna ta’ Pompeii
Ħarisna bin-nhar u bil-lejl. |
|
|
100 |
Tan-nanna ħelu manna
Ta’ Gerit ħelu penit
Tan-nanna bil-bandieri
Ta Gerit bil-kantunieri. |
|
|
101 |
Meta ommi kellha lili
Għamlet ir-ross fil-forn
Stiednet lill kelb u l’
qattusa
u ħabtithom sorm ma’ sorm. |
|
|
102 |
U il-lejla sejjer ngħanni
Taħt it-tieqa tal-isptar
Wieħed jagħjat bil-ferita
W'l-ieħor jiġri bl-awrinar. |
|
|
103 |
Lilek tal-gallerija
Idħol ġewwa aħseb dnubitek
Ħutek koroh kollha żżewġu
Int sabiħa, ħadd ma jridek. |
|
|
104 |
Imbagħad is-sur pawl miet
U l-patri għalaq il-ktieb,
Fittxu ħuduħ 'il-barra
Biex naqsmu dak li ħalla,
Geżwruh ġo gverta kbira
Minn daċ-ċuċ naqlgħu nofs
lira,
Kemm ser ndumu tgħelin
tlajja
Għal dil-qaħba disa' rbajja,
Kemm ser ndumu sejrin bih
Kellu żiemel iġerrih. |
|
|
105 |
Labra msadda u ħajt imħabbel
Kif triduni insewwi l-qmis
Ix-xbejbiet jiġru warajha
kif triduni insir qassis. |
|
|
106 |
I am, thou art, figolla,
He is, kielili kollha,
I am, thou art, tu sei,
Tela' lottu w ma ħadt xejn. |
|
|
107 |
ITE MISSA EST,
Wara l-bieb dejjem bil-lest. |
|
|
108 |
Karozza b'erba' roti
Ma tgħaddix minn Putirjal,
Iftħulu l-bieb tal-bombi,
Ħalli jgħaddi (isem
it-tifel). |
|
|
109 |
Sejjer norqod u nirposa,
Noffri ruħi 'il Santa Roża,
Sejjer norqod u nirposa,
Norqod raqda qisni mogħża. |
|
|
110 |
Meta pastarda ssir kaboċċa,
Tal-Karmnu ssir parroċċa. |
|
|
111 |
Bravu Ċirillu
Għalhekk jgħidulu hekk,
Rebaħ bandiera ta' la
Valette. |
|
|
112 |
Bravu Ċirillu
Għalhekk jgħidulu hekk
Hara f'qalzietu u mesaħ
fil-ġlekk. |
|
|
113 |
Tar-rizzi waqa' l-baħar,
Tal-imħar qabeż għalih,
Tar-rizzi tela' jiġri'
Tal-imħar baqa’ fil-qiegħ. |
|
|
114 |
Pawlu Pasparawlu
Taħt is-sodda jisparawlu
Ommu tibkieh
U missieru jiġri bih. |
|
| |
|
Jekk taf xi rimar ieħor bil-Malti li
mhux imniżżel hawn nitolbok
tibgħathom għand
jjcassar@allmalta.com |
| |
|
 |
|
Ġaħan jiġbed il-bieb warajh |
| |
|
Tpinġija meħuda mill-ktieb |
|
Il-Ġaħan ta’ Madwarna |
|
Stejjer miġbura minn
Doris Vella |
|