|
għoljiet, il-ħajt mhux għoli aktar minn metru. Biss
dan kien biżżejjed biex jagħti protezzjoni lis-suldati
mill- isparar tal-armamenti tal-idejn.
L-idea oriġinat biex din is-sistema kienet illi
f’każ ta’ żbark mill-għadu minn naħa ta’ fuq tal-gżira,
il-parti tal- Lvant ta’ Malta tkun iddefenduta aħjar
kontra l-għadu. Dan minħabba illi l-fuq mill-Mosta u
n-Naxxar ma’ kienx hemm x’tiddfefendi militarment
ħlief ir-raħal żgħir tal-Mellieħa, mentri fuq
il-Lvant tal-Gżira kien hemm l-istabilimenti
militari u navali kollha kif ukoll il-maġġorparti
tal-ibliet u r-rħula Maltin.
Dan ix-xogħol sewa mal-200,000 lira Ingliża.
Minħabba li l-parti l-kbira tax-xogħol tlesta fi
żmien meta kien qed jiġi iċċelebrat is-sebgħin
anniversarju tar-Reġina Vittorja bħala reġina
tar-Renju Unit (1997) din is- sistema ta’ difiża
ngħatat l-isem ta’ Victoria Lines.
Minkejja ir-reqqa li nbniet biha din id-difiża, meta
din ġiet ittestjata b’attakk simulat, id-difensuri
ġew mirbuħa. Ħafna kienu dawk li maqdru dan
il-proġett bħala idea fjakka u bla sens. Xi ħadd
kien anke ivvinta laqam dispreġġjattiv għal din
is-sistema u sejħilha b’mod ironiku: Freemantle’s
Folly, iġifieri il-ġennata tal- Gvernatur Freemantle
li kellu x’jaqsam sew f’dan il-proġett minħabba li
l-parti tal-ħajt saret fi żmien meta kien Gvernatur
ta’ Malta (1894 – 1897.)
Din is-sistema ta’ diviża ġiet abbandunata wara ftit
snin mit-tlestija tagħha kmieni fis-seklu għoxrin.
|