Aħbarijiet mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.

Għal aktar aħbarijiet mill-Awstralja aqraw The Maltese Herald
li toħroġ fl-Awstralja kollha kull nhar ta' Tlieta.

 
 

It-Tnejn, 8 ta' Marzu 2010

 
 

 It-tempju ta’ l-Mnajdra f’Sydney

 

Ħafna drabi nfakkru li l-emigranti Maltin ġarrew ħafna iktar mill-bagalji u l-kaxxi li ġabu magħhom minn Malta għal Awstralja. Ġibna magħna ukoll il-lingwa, l-kultura u ħafna użanzi tradizzjonali Maltin. Dan l-aħħar jidher li t-tempji tal- Mnajdra ġew l-Awstralja wkoll. Bernadette Flynn li hija ta’ nisel Irlandiż u qed tistudja fl-Universitą ta’ NSW (School of English, Media and Performing Art) u tispeċjalizza fi proġett fantastiklu hekk imsejjħa Spaces of Mnajdra li joffri lill- poplu laqgħa fil-viċin maċ-ċiviltą artistika u kumplessa li tieħdok lura madwar tliet jew erba’ millenji qabel Kristu.

Dan il-proġett huwa ppreżentat bħala advanced visualization and interactive environment fis-sistema iCinema fuq skrin ta’ 30 metru wiesgħa u għoli tlett metri u nofs f’għamla ta’ f’nofs ċirku.

L-esperjenza li ħolqot Bernardette Flynn flimkien mal-għajnuna teknika ta’ sħabha li tiġbor fiha sittax il-kamra tar-ritratti tieħdok dawra mat-tempju u turik kif kien meta kienu jgħixu fih l-antenati tagħna. Huwa xogħol tassew delikat iżda maħdum b’sengħa u attenzjoni kbira tant li dam madwar tlett snin biex ġie żviluppat.

 

Waqt The Images of Mnajdra. Mix-xellug, Lino Vella, John Aquilina MP,
il-Gvernatur ta' NSW Prof Marie Bashir, Il-Kummissarju Għoli Francis Tabone,
Bernardette Flynn, Lawrence Dimech u Charles Mifsud.

L-Universitą offriet l-opportunitą li turi dan l-ispettaklu lill-għadd ta’ Maltin li marru jarawh. Kien hemm ukoll ftuħ uffiċjali li għalih attendew il-Gvernatur ta’ NSW Prof Marie Bashir, l-Onor John Aquilina, l-Kummissarju Għoli, Francis Tabone, Adam  Scicluna  u membri prominenti tal-komunitą attiva’ Maltija. Din kienet ukoll    l-ewwel    okkażjoni   pubblika    li

 

għaliha attenda l-Konslu Ġenerali ta’ Malta f’NSW, Christopher Mercieca u martu.

Kull min irnexxilu jara dan l-ispettaklu ħareġ iffaħħru għax tassew jieħdok lura lejn żmien il-qedem b’mod realistiku ta’ kif kienu jgħixu f’dawn it-tempji neolitiċi dawk li ġew qabilna.

 
 

 Imniedi ktieb ġdid

 

Kien xieraq li l-50 anniversarju mit-twaqqif tal-Kunsill Malti ta’ Victoria fl-1958 jiġi ċċelebrat permezz ta’ ktieb ġdid dwar l- istorja ta’ din l-għaqda. Madwar mitejn ruħ attendew iċ-Ċentru Malti f’Parkville fl-Istat ta’ Victoria fejn il-ktieb, Under One Umbrella: A history of the Maltese Community Council of Victoria, 1958-2008 tal-Professur Maurice Cauchi ġie mniedi mill-Premier tal-Victoria, l-Onorevoli John Brumby. Preżenti wkoll kien hemm l-ET is-Sur Francis Tabone, Kummissarju Għoli u s-Sur Charles Mifsud, Konslu Ġenerali għall-Victoria.

Bla dubju ta’ xejn, dan il-ktieb huwa studju mill-aktar komplet fuq dak kollu li kellha tiffaċċja il-komunitą Maltija fil-Victoria

Prof M Cauchi

 

f’dawn l-aħħar ħamsin sena. Il- ktieb jibda billi jsemmi it- tentattivi biex jiġi organizzat l- ewwel Kunsill u jitkellem b’ċertu dettall fuq ix-xogħol tal-Kunsill matul is-snin.

Il-bini taċ-Ċentru Malti f’Parkville kien proġett kbir li issa sar ċentru ta’ attivita’ għall-Maltin tal- Victoria. L-għajnuna soċjali minn dejjem kienet attivita’ ewlenija tal-Kunsill li dejjem jaħdem biex iġib għajnuna finanzjarja mill- Gvern biex ikun jista’ iżomm impjegati f’dan il-qasam.

Il-ktieb   isemmi  wkoll  ix-xogħol

tal-Kunsill biex iżomm il-kultura u l-lingwa Maltija. Wieħed isemmi t-twaqqif ta’ l-ikbar librerija ta’ ‘Melitensia’ barra minn Malta, iċ-ċelebrazzjoni tal-festi nazzjonali u t-tagħlim tal-Malti fil-bini tal-Kunsill, kif ukoll għadd ta’ attivitajiet oħra.

Fil-ktieb hemm ukoll diskussjoni twila fuq aspetti li jolqtu lill- Maltin direttament, fosthom il-ħidma tal-Kunsill biex jiżgura ġustizzja soċjali permezz tal-portabilita’ tal-pensjonijiet u l- ftehim reċiproku dwar is-saħħa.

 

Il-Premier ta' Victoria qiegħed iniedi l-ktieb tal-Prof M Cauchi
fiċ-Ċentru Malti.

 

Fi kliem il-Premier tal-Victoria, dan il-ktieb “jagħti stampa unika tal-komunita’ Maltija li kkontribwiet ħafna f’dan l-Istat. Huwa xogħol uniku u mportanti.”
 
Huwa ttamat li dan il-ktieb ikun interessanti mhux biss għall- Maltin tal-Victoria imma wkoll għal kull min huwa intressat fl- emigrazzjoni fi stati oħra fl-Awstralja kif ukoll f’Malta u f’pajjiżi oħra fejn emigraw il-Maltin.
 
Dan il-ktieb jista’ jiġi akkwistat mic-Ċentru Malti 477 Royal Parade, Parkville, Victoria 3052 [Tel: 03 93878922].

 
 

Tislima lil Joe Galea mir-Rabat Għawdex
(1943-2010)

 

Joe Galea

 

Il-ħabib tiegħi Mark Caruana bgħatli dan ir-rapport dwar wieħed mill-ħaddiema tal- komunitą Maltija. Qed nissellef il-kitba tiegħu.
 
Meta ħadt l-aħbar li Joe Galea kien ħalliena fl-10 ta’ Jannar 2010, ħassejt dieqa kbira. Ġewni ħafna memorji nostalġiċi ta’ kemm kien attiv u kemm għen familji, speċjalment fi problemi li kienu jolqtu l-wirt u l-prokuri minn Malta.
 
Joe, jew Ġużeppi kif kienu jsibuħ ħafna, twieled ir-Rabat Għawdex

 fl-4 ta’ Novembru 1943. Kien jaħdem il-Qorti ta’ Għawdex bħala Reġistratur Pubbliku. Fi Diċembru 1981 emigra għall- Awstralja flimkien ma’ martu Margaret, li hi għalliema fl-iskejjel, u żewġ uliedu Georgette ta’ 10 snin u Felix ta’ 8 snin.
 
Għal tlett snin ħadem miċ-Ċentru La Valette bħala grant-in-aid welfare worker(1981-84) fejn għin lill-Maltin f’kull xorta ta’ għajnuna. Kien jattendi wkoll il-laqgħat tal-Maltese Welfare (NSW). Imbagħad għamel kors ta’ studju fil-welfare u sab impjieg permanenti mad-Department of Community Service u ħadem minn Mt Druitt, bħala child protection worker. Minkejja li dan kien xogħol diffiċli fost familji fejn jidħol xi abbuż tat-tfal, Joe kien maħbub u popolari u kien jaqdi dmiru b’effiċenza u impenn.

 

Wara, kien sofra attakk ħafif tal-qalb fis-snin 1987 u 1993, u kellu jnaqqas mix-xogħol u ħadem biss part-time. Joe stabbilixxa ruħu f’Riverstone fejn rabba familja u kien nannu ta’ sebat itfal. Kienu l-mimmi ta’ għajnejh. Għalkemm irtirat, xorta kien imfittex mill-Maltin għal pariri dwar ereditą minn Malta.
 
Lil Joe nafu bħala bniedem prattiku, li kien jifhem sewwa l- mentalita Maltija u kien kapaċi jagħtik parir tajjeb. Kien it-tieni persuna mqabbda miċ-Ċentru La Valette biex taħdem bħala welfare worker Malti full-time għall-Maltin u kien jaqsam ħafna mill-bżonnijiet ta’ għajnuna flimkien ma’ Fr Paul Baron OFMCap.

Meta rtira mix-xogħol, Joe kien iqatta’ ħafna ħin fost id-diversi għodod li kellu fil-garaxx. Kellu l-opportunitą li jħaddem it-talent tiegħu fl-arti ta’ l-injam, u lit-tfal tat-tfal, jirreġalalhom bosta ġugarelli, djar tal-pupi u għamara għat-tfal. Tkisser sewwa f’din l-arti, tant li għamel ħafna xogħol volontarju lil-Kunvent fil-qrib fit-tiswija ta’ għamara miksura u ħolqien ta’ inkwadri, slaleb ecc. Kiseb fama lokali tant li hu u martu Margaret daħlu għal proġett ta’ rinovazzjoni ta’ l-artal tal-knisja ta’ Riverstone, u dan għamluh b’imħabba devota għall-parroċċa.
 
Kull min kien jaf bil-ħila tiegħu, kien jgħidu Joe will fix it, u t-tfal tat-tfal l-istess kienu jgħidu Nannu will fix it.
 
Lil familja ta’ Joe nixtiqilhom l-għomor u minn dawn il-paġni nsellem lil bniedem li għen bosta u bosta Maltin u Għawdxin f’diversi bżonnijiet li kellhom bżonn, kemm ta’ ktiba u xogħol ta’ l-injam. Mulej agħtih il-mistrieħ ta’ dejjem. Qatt minsi u dejjem fi qlubna.

 
 

Fil-ġimgħat li ġejjin jekk tridu taqraw din il-kolonna tridu tidħlu dirett f’www.allmalta.com.
Mhux possibbli li nibgħatilkom dirett fil-mailbox tagħkom.

 
 

Nieħdu gost jekk tibgħatuli aħbarijiet mill-komunitą biex indaħħluhom f’din il-website li tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 1500 qarrejja fil-ġimgħa.
Ibgħatu lil
lawdimech@optusnet.com.au

 

 

Jekk trid taqra l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn

 

 
 
 

 

 

 

Għal iktar aħbarijiet aqraw

toħroġ ma' l-Awstralja kollha
kull nhar ta' Tlieta

 
 

 
 

Home  |  Maltese Għana  |  Maltese Folklore  |  General Section  |  Malta Related Links

 

Copyright © 2010 allmalta.com. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com