It-Tnejn, 28 ta' Novembru 2011

 

 
 

 L-aħħar minn Malta

 

Iktar dwar il-Kunsill għall-Maltin ta’ Barra. Fl-istadju tal- Kumitat reġa’ ġie rrevedut it-tqassim tal-membri.

Sar ftehim bejn iż-żewġ Partiti politiċi li jitnizzlu n-numru għal għaxra, bla ma jintmissu dawk allokati għall-Awstralja. B'hekk is-saħħa tal-membri mill-Awstralja fil-fatt żdiedet.

Qabel in-numru totali kien ta’ 12-il-membru.

Dan wara li komplejna nimilitaw li kif kienu mqassma it-tnax il- membru kien se jkun hemm ftit spariġġ meta wieħed iqabbel man-numru ta' Maltin ma' dawn kienu se jirrappreżentaw.

Il-membri skond din l-aħħar aħbar se jkunu mqassma hekk:

 

Ħamsa mill-Awstralja, l-Amerika u l-Kanada tlieta u UK u EU wieħed kull wieħed.

Il-Prim Ministru xorta jrid iżid ħamsa oħra.

Il-kelliemi tal-Oppożizzjoni Dr George Vella MP enfasizza li qiegħed jingħata impenn minn naħa tal-Gvern għax dan il- Kunsill ma rriduhx politizzat, u li kull min jiġi appuntat ikun hemm qbil dwaru.

Dwar it-twaqqif ta' l-Istitut għall-Kultura Maltija, insistew li din ma titpoġġiex fuq l-ixkaffa u li mal-ewwel ċans li nsibu, invarawh.

 
 

 Negozju minn Malta

 
 

Wara kuntatti bejn il-kumpanija u l-Konslu Ġenerali ta’ Malta fil-Victoria, Charles Mifsud, il-Kumpanija Maltija Consolidated Biscuits qed tesporta l-prodotti tagħha lejn l-Awstralja. Id-distribuzzjoni tal-prodotti hija f’idejn Simply European, kumpanija Awstraljana tal-Malti-Awstraljan, Tony Busuttil.
 
Simply European impurtat l-ewwel konsenja ta’ tipi differenti ta’ galletti ta’ Malta, Crix u Krispini. Dawn il-prodotti jinsabu għall-bejgħ fil-Victoria, New South Wales u Queensland.
 
Tony Busuttil informa lill-Konsolat Ġenerali f’Melbourne li l-konsenja li importa marret tajjeb u nbiegħet fi ftit jiem. Konsenji oħra diġą ġew ordnati.
 
Din hija suċċess għall-kuntatti li saru f’Malta mill-Konslu Ġenerali ta’ Melbourne sabiex jitkabbar il-kummerċ bejn Malta u l-Awstralja. Kuntatti kummerċjali oħra qed jiġu segwiti mill-qrib mill-Konsolat Malti ta’ Melbourne fil-Victoria. Jekk jirriżultaw f’suċċess ukoll, allura aktar prodotti magħmula f’Malta jkunu fis-suq Awstraljan, sabiex jitgawdew partikularment mill-komunitą Maltija.
 
Simply European  timporta wkoll prodotti tal-ħġieġ tal-kumpanija Maltija, Mdina Glass.

 
 

 L-Innu Malti

 

Kemm hu popolari l-Innu Malti? Jew aħjar, kemm jafu jkantawh il-Maltin tal-Awstralja? F’ħafna attivitajiet tal-Maltin iffrekwentati  mix-xandara  Maltin tal-istazzjon 3ZZZ innutaw li l-Maltin donnhom iktar jafu jkantaw l-Innu Awstraljan.
 
Ix-xandara, jew aħjar il-Maltese Broadcasters tal-Radju tal- Komunitą 3ZZZ, Emmanuel Brincat, Mario Sammut, Paul Vella u Lewis Stafrace xtaqu jagħmlu xi ħaġa pożittiva u flimkien mal-kumitat Malti tal-3ZZZ Broadcasting Group niedew il- proġett ta’ biljetti żgħar laminati bil-kitba sħiħa u ċara tal-Innu Malti.
 
Dan il-proġett għandu l-approvazzjoni tal-Manager tal-istazzjoni 3ZZZ,  Martin J. Wright OAM.  Id-disinn u x-xogħol artistiku sar

Emmanuel Brincat mal-Isqof Mario Grech

 

minn Paul Vella. Dawn il-biljetti laminati qegħdin jiġu mqassma lill-membri tal-komunitą Maltija f’Victoria. Emmanuel Brincat kellu l-opportunitą li anke jgħaddi biljett lill-Isqof Mario Grech meta kien f’Melbourne. Il-Konslu Ġenerali, Charles Mifsud, irċieva l-ewwel kopja. Il-Kummissarju Għoli Francis Tabone faħħar din l-inizjattiva.
 
Dawn il-biljetti (forma ta’ visiting card, ara r-ritratt) diġą ġew impostati għand il-membri kollha tal-programm Malti tal-3ZZZ u min irid kopja jista’ jċemplu lix-xandara waqt li jkunu jippreżentaw il-programmi u dawn ikunu jistgħu jimpostaw waħda minn dawn il-biljetti żgħar illaminati. L-ispejjeż kollha qed joħorġuhom il-kumitat Malti tat-3ZZZ.

 
 

 Unuri għal Malti fir-Rugby League

 

Il-logħba tar-Rugby League saret popolari ħafna mal-komunitą Maltija u għalhekk ma setax jonqos li jkun hemm Maltin imdaħħla wkoll fl-amministrazzjoni taż- żgħażagħ. Bill Borg, imwieled San Lawrenz, Għawdex ilu involut fil-Junior Rugby għal dawn l-aħħar 30 sena meta ibnu beda jilgħab ma’ St Clair JRLC u beda jagħti daqqa t’id.

Fis-sena 1989 ġie maħtur segretarju fejn sal-lum għadu jżomm din il-pożizzjoni. Fil-bidu tal-amministrazzjoni tiegħu kien hemm 18-il tim; illum hemm 48 tim b’800 plejer minn ta’ taħt is-sitt snin sal-A grade, jiġifieri saru l-ikbar JRCL fid-distrett ta’ Penrith. Dak li beda bħala interess illum jinvolvi ħafna siegħat tax-xogħol.

St. Clair JRLC rebaħ l-unur ta’ Best Managed Club fid-distrett ta’ Penrith ħames darbiet. Bill Borg ingħata Life Membership kemm ta’ St Clair u anke ta’ Penrith District JRLC. Irċieva iktar unuri bħal Sports Achievement Award minn Penrith City Council u Centenary Medal mill-Australian Rugby League. Fis-sena 2009 ġie onorat billi ġiet imsemmija football field għad-unuru. The Bill Borg Mini Field f’Peppertree Reserve, Erskine Park NSW fejn jilgħabu St Clair Comets.

 

Bill Borg

 
 

 Ħarsa lura

 

Fil-ħarġa ta’ The Maltese Herald tas-6 ta’ Novembru 2011, il- korrispondent politiku li jikteb minn Malta fakkar lill-qarrejja li kont jien wieħed mill-ewwel ċittadini Maltin li pprotestajt dwar it-tariffi inġusti tal-Arriva, il-kumpanija ġdida tal-karozzi f’Malta. Hu kiteb tajjeb dwar kemm qanqalt kummenti bil-kritika tiegħi.
 
Fil-fatt fit-Times ta’ Malta dehret stqarrija mill-Custom Services tal-kumpanija ARRIVA miktuba fit-31 ta’ Ottubru 2011 li kienet tgħid hekk;

We would like to inform you that the passport is a good evidence of Maltese Citizenship, therefore you will benefit from the discounted fares.
 
Se nħalliha bl-Ingliż biex ma jkunx hemm xi skużi. Ippruvajna nikkonfermaw din l-istqarrija iżda sa kemm ktibt dan l-artiklu ma kellna l-ebda tweġiba.
 
Niftakar ukoll li f’Diċembru 1995 kont ipprotestajt bil-qawwa fil- ġurnali Maltin meta l-Gvern Malti kien iddeċieda li jneħħi mill- pjanċi tal-karozzi privati f’Malta, l-arma Maltija u minflokha idaħħal l-arma tal-UE. Kont ilmentajt ukoll li l-bandiera tal-UE qed tiġi mogħtija l-istess importanza daqs il-bandiera Maltija, ħaġa li għadha ssir sal-lum.

 

F’Mejju 2007 kont għamilt suġġeriment li qajjem ħafna interess li l-isptar Mater Dei jiġi msemmi għall-uniku qaddis Malti San Ġorġ Preca. Wara l-agħa, l-eluġiji u l-ftaħir li sar dwar dan l- ewwel qaddis kont taħseb li mhux se jkun hemm diffikultajiet biex dan l-isptar jieħu l-isem tal-ewwel qaddis Malti.

Qed nikteb dan biex infakkar li għalkemm eluf ta’ Maltin jgħixu barra minn Malta xorta għadhom interessati f’dak li jiġri Malta. Mhux dejjem jirnexxielek iżda l-aqwa li tkun stimulajt oħrajn b’idejat ġodda. Fattur importanti fil-ġurnaliżmu.

 
 
 
 

 Iktar tifkiriet

 

L-Isla, Vittoriosa, il-belt rebbieħa, storja kbira, il-Bażilika, il- Vitorja, ir-Redentur u dik it-triq twila u dejqa, mill-għolja sal- baħar.

 
 
 
 
 
 

Nieħdu gost jekk tibagħtuli aħbarijiet mill-komunitą biex indaħħluhom f’din il-website li tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 2000 qarrejja fil-ġimgħa.
 
Ibagħtu lil
lawdimech@optusnet.com.au

 

Jekk trid taqra l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn

 
 

 

 
 

MALTESE FOOD

NOW AVAILABLE IN

BRISBANE

Please tell your family and friends

We have: Kinnie, Biscuits,
Maltese Cheese, Pastizzi, Qassatat, Ravioli,
Maltese Sausage,
Tomato Paste.

Contact Joyce 0407 398 001
or email: info@maltesefoods.com.au

For more information click here.

 
 

 

Għal iktar aħbarijiet aqraw

toħroġ ma' l-Awstralja kollha
kull nhar ta' Tlieta

 
 

 

 

 
 

Home  |  Maltese Għana  |  Maltese Folklore  |  General Section  |  Malta Related Links

 

Copyright © 2011 allmalta.com. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by John J. Cassar.