Aħbarijiet mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.

Dawn l-aħbarijiet jidhru wkoll fil-gazzetta "l-orizzont" li toħroġ f'Malta.
Għal iktar tagħrif u aħbarijiet fid-dettall aqraw
The Maltese Herald, il-gazzetta nazzjonali tal-Maltin fl-Awstralja li toħroġ kull ġimgħa.

 
 

It-Tnejn, 31 ta' Jannar 2011

 
 

Minn stħarriġ estensiv li għamilt u kuntatti mal-Kummissjoni Għolja Maltija u r-rappreżentanti fl-iStati ta’ Queensland u Victoria ma nstabx li hemm xi nies ta’ dixxendenza Maltija jew Għawdxija effettwati mill-għargħar li ma jistgħux jikkommunikaw ma’ qrabathom kemm fl-Awstralja u anke f’Malta. Anke dawk li ġew evakwati għandhom il-faċilitajiet kollha ta’ kommunikazzjoni kemm bit-telefon u anke bl-internet.

 

Il-Maltin ta’ Wollongong
jiffestiġjaw is-sittin sena

 

Fil-George Cross Falcons Club ta’ Lake Avenue Cringila (naħat ta’ Wollongong) sar festin biex jiġi jikkommemoraw is- sittin anniversarju mit-twaqqif ta’ din il-għaqda Maltija, waħda mill-eqdem fi NSW, jekk mhux fl-Awstralja.
 
Għal din il-festa, il-Maltin ta’ Wollongong attendew bi ħġarhom. Attendew ukoll ħafna Maltin minn naħat ta’ Sydney.
 
Il-President taċ-Ċentru Malti, George Cross Falcons, Louis Parnis fetaħ iċ-ċerimonja fejn l-ewwel irringrazzja l-folla kbira li attendiet u l-mistednin tal-unur fosthom l-Isqof ta’ Wollongong, Rev Peter Ingham, il-Kummissarju Għoli għal Malta. L-E.T. Francis Tabone, Noreen Hay, Membru Parlamentari għal Wollongong, Stephen Jones, il-Membru Federali għal Throsby, Alfred Fenech il-President tal-Kunsill Malti ta’ NSW, id-direttur spiritwali tal-klabb, Patri Leonard Testa, Lino Vella u Rita Kassas tal-Maltese Herald.
 
Il-President qal kemm hu importanti li ċ-Ċentru jibqa’ sod għax mhux biss hu post fejn niltaqgħu soċjalment imma wkoll joffri servizzi oħra speċjalment għall-pensjonanti.
 
Patri Testa qara silta min-nawfraġju ta’ San Pawl fuq il-gżejjer Maltin u wara l-Isqof Peter Ingham għamel diskors qasir għall- okkażjoni fejn semma’ kemm kien ħa pjaċir meta żar Malta sentejn ilu.
 
Wara bierek skultura li tirrapreżenta l-emigranti Maltin li se tkun imwaħħla permanenti fuq quddiem tal-każin b’tifkira għall- eluf ta’ Maltin li ħallew l-ixtut Maltin speċjalment dawk li ġew Wollongong.
 
Azzjoni oħra importanti kienet il- pittura kbira mal-ħajt ta’ quddiem tal-każin fejn turi parti mil-Port il-Kbir ta’ Malta u xena Awstraljana,  simbolu  tal-integrazzjoni  ta’  l-emigrant  Malti fil-

 

Il-Kummissarju Għoli u l-President tal-GCF Louis Parnis
waqt id-diskorsi tal-okkażjoni.

komunitą Awstraljana. Wollongong City Council offrew għotja ta’ $2,000 biex saret din il-mural u l-kumplament ħarġuhom il- membri taċ-Ċentru Malti.
 
Il-Wollongong Brass Band allegraw lil dawk preżent b’daqq ta’ marċi li permess ta’ hekk tat atmosfera ta’ festa Maltija.

Is-sausage sizzle b’xejn flimkien ma’ ikel ieħor kien apprezzat minn kulħadd.

Il-President taċ-Ċentru Malti, Louis Parnis flimkien mal-kumitat tiegħu ħaqqhom kull tifħir kemm għal organizzazzjoni u anki għall-inizjattiva biex għamlu monument xieraq għall-okkażjoni li se jibqa’ ta’ tifkira lill-emigranti li waslu f’Wollongong tul dawn l- aħħar sittin sena. (Rapport miġbur minn George Bartolo).

 

Il-faċċata taċ-Ċentru Malti bil-mural ftit wara li ġie mwaħħal

 

Il-monument żgħir li ġie nawgurat ma' ġenb iċ-Ċentru

 
 

 Jaqa’ minn fuq iż-żiemel

 

M’inhix dilettant taż-żwiemel iżda l-ħabib tiegħi, il-Ħamruniż Gejtu Deguara jżommni informat dwar dak li jsir f’Melbourne u dan l-aħħar qalli li l-veteran ġerrej Darren Gauci kien għandu kif iċċelebra għeluq sninu (45 sena) kien involut, flimkien ma’ żewġ ġerrejja oħra f’inċident li ġara wara li ż-żwiemel tat-tiġrija kienu għadhom kemm qabżu l-Winning Post fil-kors ta’ Caulfield ftit jiem qabel il-Milied. Gauci u t-tnejn l-oħra spiċċaw mal-art iżda għalkemm tkaxkru xi ftit ma kienx hemm ġrieħi kbar.. Il-ġerrej li kien il-kaġun ġie sospiż għal 18-il tiġrija. Darren Gauci ma ħax part fl-aħħar tiġrija iżda qal li jinsab tajjeb wara li mar fl-isptar ta’ Epsworth u sab li kellu l-għaksa minfuħa. Mhu qiegħed iwaħħal f’ħadd minħabba il-waqgħa. Dan il-ġerrej ta’ fama kemm–il darba żar Malta. Fl-isport tar-Rejiet, kif isejjħu t-tiġrijiet taż-żwiemel, il-Malti, Darren Cauchi hu wieħed mill-istilel fl-Awstralja.

 

Il-ġerrej Darren Gauci meta waqa'.

 
 

 Mill-inqas sentejn ħabs

 

Michael Sam Farrugia ta’ 47 mis-subborg ta’ Myniong (Melbourne) kien oriġinalment akkużat bil-qtil ta’ Des “Tuppence” Moran f’Ġunju 2010 flimkien ma’ erba’ oħra. Sadanittant Farrugia aċċetta li jkun xhud tal-prosekuzzjoni kontra t-tlieta oħra meta beda jinstema’ l-każ u biddel l-akkuża tiegħu għal waħda ta’ manslaughter. Moran, li jiġu hu Lewis Moran, magħruf fil-kriminalitą, inqatel f’Ascot Vale. Meta deher Farrugia fil-Qorti Suprema, il-prosekutur Claire Quin tablet sentenza ta’ minn sitta sa tmien snin ħabs. L-Imħallef Lex Lasry ta sentenza ta’ erba’ snin ħabs iżda mnaqqas għal sentejn minħabba l-informazzjoni li offra Farrugia kienet ta’ importanza f’dan il- każ ta’ delitt. L-Imħallef qal li Farrugia wera indiema u dak li għamel kien “att ta’ stupitaġni”. Il-familja ta’ Farrugia bdew jikbu meta semgħu s-sentenza tal-Qorti.

Il-ħanut fejn sar il-qtil

 

Michael Sam Farrugia

 
 

 Il-Green Gully l-aqwa tim

 

Il-President tal-Green Gully Soccer Club, Chares Farrugia b’intervista ma’ gazzetta f’Melbourne qal li kien imħasseb dwar l-attentati ta’ serq li qegħdin isiru fin-naħat li jinvolvu hotels u klabbijiet li għandhom il-liċenzji tal-logħob tal-azzard. Farrugia qal li għalkemm mhux xi ħaġa sabiħa li jsir dan is-serq iżda assigura lill-klijent tagħhom li ma hemmx bżonn ta’ tħassib meta jżuru postijiet fejn hemm il-makni tal-pokies għax il- pulizija jinsabu għassa. Jekk xi ħadd jilmaħ lil xi persuna ta’ suspett għandu jirrapurtha minnu fih.

Il-GG Soccer Club ġie mwaqqaf bħala Ajax Soccer Club fis-sena 1955 minn emigranti Maltin partitarji tal-Furjana. Il-klabb biddel ismu għal Green Gully meta akkwista l-home ground tiegħu fil-punent tal-Melbourne. L-isem ta’ Ajax ġie mneħħi fis- sena 1982 u t-timijiet tas-soccer bdew jikkompetu bħala Green Gully Cavaliers.

Fil-preżent dan il-klabb jikkompeti fil-Premier League ta’ Victoria u huma wieħed mill-aqwa timijiet ta’ dan l-iStat. F’dan l-iStat hemm ukoll il-kompetituri tagħhom, klabb ukoll tal- Maltin, is-Sunshine George Cross.

 

Il-President tal-Green Gully FC, Charles Farrugia.

 
 

 Kont taf:

 

Nhar is-26 ta’ Jannar in-nazzjon Awstraljan jiċċelebra l-Jum Nazzjonali. 223 sena ilu l-ewwel flotta taħt il-kmand tal-Kapt Arthur Phillips daħlet f’Sydney Cove bi flotilla mimlija “convicts”.

 

Il-Commonwealth of Australia ġie stabbilit fl-ewwel ta’ Jannar 1901 u l- ewwel Parlament Federali fetaħ fil- belt ta' Melbourne fid-9 ta’ Mejju tal- istess sena.
 

 

L-aboriġini jinsistu li l-wasla tal- Ingliżi bojod fl-Awstralja kienet Jum l-Invazzjoni ta’ pajjiżhom għalhekk ftit jagħrfu s-26 ta’ Jannar bħala l- Jum Nazzjonali.
 

 
 

Nieħdu gost jekk tibagħtuli aħbarijiet mill-komunitą biex indaħħluhom f’din il-website li tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 2000 qarrejja fil-ġimgħa.
Ibagħtu lil
lawdimech@optusnet.com.au

 

 

Jekk trid taqra l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn

 

 
 

 

 

 

Għal iktar aħbarijiet aqraw

toħroġ ma' l-Awstralja kollha
kull nhar ta' Tlieta

 
 

 

 

 
 

Home  |  Maltese Għana  |  Maltese Folklore  |  General Section  |  Malta Related Links

 

Copyright © 2011 allmalta.com. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by John J. Cassar.