|
Jekk
naqraw il-faċċati tal-aħħar ħarġa għas-sena 2010 tal-Maltese
Herald, il- ġurnal nazzjonali li joħroġ kull ġimgħa fl-
Awstralja, insibu diversi messaġġi mill- kapijiet politiċi u
reliġjużi ta’ Malta kollha immirati lejn il-Maltin li jgħixu
Barra speċjalment lejn l-Awstralja fejn hawn il- maġġoranza ta’
dawk li ħallew il-kenn tas-swar Maltin biex fittxew futur aħjar
milli setgħet tonfrilhom Malta.

Ta’ kull sena, u speċjalment meta jiġu jżuruna l-kapijiet
Maltin, joħroġ minn fommhom u mill-pinna tagħhom ftaħir
(kulltant esaġerat) lejna li ngħixu hawn. Iżda bejn il-veritą u
l-fatti hemm baħar x’jikkumbatti

X’ma qalulniex fil-messaġġi tal-Milied il- kapijiet Maltin? Aħna
nagħmlu parti integrali min-Nazzjon Malti. Qalulna kemm huma
kburin bis-suċċessi li niksbu fl-artijiet barranin. Qalulna kemm
japprezzaw dak kollu li nagħmlu daqs li kieku qed nagħmluh
f’Malta u Għawdex. Sa anke qalulna li raw id-demm Malti u
Għawdxi jbaqbaq meta ġew jarawna.

Wara din l-ewloġija kollha, ejjew naraw kemm hemm sinċeritą
f’dak li kontinwament jgħidulna bil-fomm u bil- kitba. Għal
darba oħra dis-sena meta ġew biex jiġu jitqassmu l-unuri ta’
Ġieħ ir- Repubblika ma sabu l-ebda Malti/Maltija ta’ Barra
li kien ħaqqu dan l-unur. |
|
Bl-ebda mod u manjiera m’hu
qiegħed inċaħħad jew imbaxxi l-unuri
lill-Maltin li jgħixu Malta kisbu bl-għaraq ta’ ġbinhom anke
jekk is-suċċessi kisbuhom immelsa mill-kenn ta’ art twelidhom.

Meta niġu għal fatti, kif jgħid il-Malti, bogħod mill-għajn
bogħod mill-qalb.

Huwa fatt li għandna Maltin li jgħixu barra minn Malta daqs
kemm, jekk mhux ikbar, mill-popolazzjoni tal-Gżejjer Malti.
Possibbli allura li ma nstabx xi tali jew talija li ħaqqu Ġieh
ir-Repubblika speċjalment meta nafu kemm hawn Maltin li jgħixu
barra li jaħdmu qatigħ taħt diffikultajiet ferm iktar diffiċli
minn dawk f’Malta biex jgħollu ġieħ il-pajjiż li ħallew
warajhom?

Xi żmien ilu kont ipproponejt li fi ħdan Ġieħ ir-Repubblika ikun
hemm sezzjoni speċifika għall-Maltin li jgħixu Barra almenu
sakemm dawk li jmexxuha jibdew jifhmu aħjar x’irridu nfissru bil- kunċett
ta’ “Malta Akbar”.

Kieku dan il-kunċett hu ħaj u mifhum verament kieku ma jkunx
hemm sena li jħallu barra kompletament l-għarfien mistħoqq lejn
il-Maltin li jgħixu Barra. F’Jum ir-Repubblika, meta n-nazzjon
Malti jaqsam ir-ringrazzjament uffiċjali tiegħu, ma
għandu jkun hemm l-ebda |
|
|