Aħbarijiet mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.

Dawn l-aħbarijiet jidhru wkoll fil-gazzetta "l-orizzont" li toħroġ f'Malta.
Għal iktar tagħrif u aħbarijiet fid-dettall aqraw
The Maltese Herald, il-gazzetta nazzjonali tal-Maltin fl-Awstralja li toħroġ kull ġimgħa.

 
 

It-Tnejn, 30 ta' Awissu 2010

 
 

 Il-komunitą Maltija fl-Awstralja u l-MSSP

 

Is-soċjetą Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP) iċċelebrat b‘solennitą kbira l- ewwel ċentinarju mit-twaqqif tagħha b’quddiesa lejlet Santa Maria mmexxija mill-Kardinal tal-Awstralja E.T. George Pell assistit mill-Isqof Terance Brady fil- knisja maestuża ta’ Horsley Park f’Sydney iddedikata lil Madonna tal- Vitorja. Kienet okkażjoni xierqa quddiem knisja mimlija nies fejn il-kappillan u l- provinċjal, Fr Mario Zammit estenda merħba lil dawk kollha li marru għal din iċ-ċelebrazzjoni storika waqt li Fr Jude Pirrotta fakkar fix-xogħol ta’ l-MSSP f’dawn l-aħħar mitt sena.

Fid-diskors tiegħu l-Kardinal George Pell ukoll faħħar ix-xogħol kbir li din l-Ordni Maltija għamlet mhux biss fl-Awstralja iżda mal-pajjiżi l-oħra bħal Kanada, l- Amerika, il-Peru, il-Pakistan, il-Filippini u l-Etjopja.

L-Ordni Missjunarja ta’ San Pawl ġiet imwaqqfa fl-1910 minn Mons Ġużeppi  DePiro li barra x-xogħol spiritwali tiegħu baqa’  magħruf  ukoll bħala wieħed li kellu parti attiva fis-Sette Giugno 1919. Serva bħal Senatur fil-Parlament Malti mis-sena   1932   sakemm  miet  waqt  li

Is-Superjur tal-MSSP fl-Awstralja,
Fr Mario Zammit.

 

Is-saċerdoti kollha li ħadu sehem fiċ-ċelebrazzjoni tal-mitt sena mit-twaqqif tal-MSSP
flimkien mal-Kardinal George Pell, l-Arċisqof ta' Sydney.

 

kien qiegħed jassisti servizz liturġiku fil- knisja Parrokkjali tal-Hamrun.

Il-gazzetta nazzjonali tal-Maltin fl- Awstralja, fl-editorjali riċenti qalet li minn bidu żgħir, dak li beda l-Monsinjur Ġużeppi DePiro mitt sena ilu, mhux biss inxderet mad-dinja iżda wisq iktar kien ta’ ġid enormi għalina l-emigranti li ġejna l-Awstralja. Ma hemm l-ebda dubju li l- emigranti Maltin li qasmu l-ibħra lejn postijiet imbegħda biex fittxew ħajja aħjar ħadu magħhom ukoll b’għożża kbira l-fidi li ġab miegħu fil-gżejjer tagħna l-Appostlu San Pawl.
 
Fis-sena 1933, Mons Ġużeppi DePiro miet fl-eta’ ta’ 55 sena u fl-1948 Dun Michael Callus ġie appuntat Superjur Ġenerali. Data ferm sinifikanti għalina l- emigranti Maltin fl-Awstralja għax kien f’dik is-sena, 62 sena ilu s-Soċjetą Missjunarja ta’ San Pawl ta’ Malta bagħtet l-ewwel missjunarju, Dun Wistin Grech lejn Melbourne.

Is-soċjetą kompliet tikber f’Western Australia,   f’NSW   u  sintendi  f’Victoria.

 

Inħolqot għalhekk rabta kbira u tant bżonnjuża bejn l-MSSP u l-komunitą Maltija. F’Victoria forsi hemm l-aqwa eżempju ta’ dan meta s-Soċjetą ingħaqdet fi proġett sinifikanti mal- Maltese Community Council ta’ Victoria bil-bini taċ-Ċentru Malti f’Parkville. Fis- sena 1964 il-MSSP ħadu ukoll il- parroċċa ta’ St Bernadette f’North Sunshine u fis-sena 1971 fetħu l-ewwel Formation House f’Wantirna South.

Fis-sena 1964 infetħet Mons Depiro House f’East Sydney fejn dak iż-żmien kien hemm konċentrazzjoni kbira ta’ Maltin. Sallum din id-dar għadha taqdi l- missjoni pastorali u anke soċjali għalkemm il-komunitą Maltija ma tanx għadha mxerrda lejn in-naħat tal-belt F’NSW, il-Pawlini ħadu wkoll il-parroċċa ta’ Horsley Park fl-1965 u fl-1960 il- kappella li hemm fil-kumpless ta’ La Vallette fi Blacktown.
 
Dawn huma biss ftit mid-dati storiċi li jgħaqqdu intrinsikament lil din is-Soċjetą Missjunarja Maltija mal-komunitą tagħna fl-Awstralja.

 
 

 Aħbar Ħażina

 

Sirna nafu li l-parruċċani ta’ din il-knisja li għandha konnessjoni kbira mal-Maltin u minn fejn toħroġ il-purċissjoni tradizzjonali tal-Ġimgħa l-Kbira li l-MSSP mhux se jkomplu jmexxuha, liema deċiżjoni diġą waslet lill-Kardinal Pell, l-Arċisqof ta’ Sydney.

Din l-aħbar urtat ferm mhux biss lill-parruċċani iżda lill-komunitą Maltija. Sirna nafu li qegħdin isiru talbiet qawwija biex l-MSSP terġa’ taħsibha dwar din id-deċiżjoni li titlaq minn taħt il-ħarsien tagħha din il-parroċċa ta’ Horsley Park f’NSW.

 
 

Il-Knisja ddedikata lill-Madonna tal-Vitorja f'Horsley Park f'NSW.         

 
 
 

Dehra mill-Maltin li attendew għall-festa ta' Santa Maria.

 

 Minn South Australia

 

Il-komunitą Maltija ferm attiva ta’ South Australia jiċċelebraw b’devozzjoni kbira kull sena l-festa ta’ Santa Marija. Din is- sena kien hemm ukoll quddiesa minn Fr Gabriel Micallef li saret fil-Maltese Cultural Centre li hemm fis-subborg ta’ f’Beverley. Il-kumitat tant ħabrieki f’dan l-iStat tal-Maltese Guild ipprovdew ikla BBQ bid-deżerta wkoll lil dawk kollha li attendew.

Kien hemm ukoll il-banda, Maltese Queen of Victories li daqqet marċi brijjużi kif iħobbuhom il-Maltin. Kif jidher minn dawn ir-ritratti l-attendenza kienet numeruża u kulħadd ħareġ sodisfatt li l-Maltese Guild għal darba oħra reġgħu ħadu ħsieb l-interessi tal-komunitą Maltija. Grazzi lil Joe Briffa li għaddili din l- informazzjoni.

Il-Banda Maltija ta' South Australia

 
 
 
 

Nota: Sa kemm ktibt dan ir-rapport ir-riżultat finali dwar l-elezzjoni Federali fl-Awstralja kien għadu nċert.
Kif ikolli ħjiet definit u min se jifforma Gvern, dan jidher fuq din il-paġna.

 
 
 
 

 Kont taf:

 

L-ewwel Prim Ministru tal-Awstralja kien: Sir Edmund Barton (1849-1920) li twieled fis-subborg ta’ Glebe NSW. Il-partit tiegħu kien imsejjaħ, Protectionist Wara li rtira mill-politika nħatar mal-High Court tal-Awstralja. Kien PM minn 1901-03.
 

Arthur Fadden (1849-1920) tal-Country Party kien Prim Ministru fl-1941 għal 40 jum biss iżda bħala Treasurer ippreżenta 11-il baġet. L-iktar Treasurer li dam f’din il- kariga

 

Billy Hughes (1862-1952), is-seba’ Prim Ministru tal- Awstralja serva ħafna partiti. Mill-Labor, għal National Labor, għan-Nationalists, għall-United Australian u fl- aħħar għal-Liberals. Kien PM minn 1915-23. Kien dan il- Prim Ministru li fis-sena 1916 ftaħar li kien hu li żamm lill- Maltin mill-jiżbarkaw minn fuq l-vapur Gange, fil-kapitlu doloruż tal-istorja tal-emigrazzjoni Maltija għall-Awstralja li baqgħet magħrufa bħala “Il-Maltin ta’ New Caledonia”.
 

 

 

 
 

Nieħdu gost jekk tibgħatuli aħbarijiet mill-komunitą biex indaħħluhom f’din il-website li tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 2000 qarrejja fil-ġimgħa.
Ibgħatu lil
lawdimech@optusnet.com.au

 

 

Jekk trid taqra l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn

 

 
 
 

 

 

 

Għal iktar aħbarijiet aqraw

toħroġ ma' l-Awstralja kollha
kull nhar ta' Tlieta

 
 

 

 

 
 

Home  |  Maltese Għana  |  Maltese Folklore  |  General Section  |  Malta Related Links

 

Copyright © 2010 allmalta.com. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by John J. Cassar.