|
Tony
Briffa, id-Deputat Sindku ta’ Hobsons Bay fl-iStat ta’ Victoria
twieled Altona. Ommu hija minn Ħaż-Żabbar u missieru minn Ħal
Għaxaq Iżda bla dubju dan l-aħħar kien fl-aħbarijiet meta
ddikjara s-sess tiegħu bħala “other”. Jidher li kien
l-uniku persuna li għamel hekk fi stħarriġ li għamlu l-Victorian
Local Government Association. Dan il-kunsillier ta’ Altona Ward
twieled b’kundizzjoni intersesswali fejn ġie assessjat bi żball
bħala femminili meta kien għandu żgħir.
Ġie mistoqsi minn gazzetta lokali (The Mail, 7 ta’ Lulju)
għaliex iddikjara “other” meta ilu tant żmien jissielet
biex ikun ta’ sess maskili. “Dejjem iġġellidt biex inkun dak li
jien mhux biss Tony, raġel, iżda iktar biex ikun naf x’kelli
nkun kieku t- tobba ma ndaħlux, ma mmodifikawnix
b’operazzjonijiet u trattamenti bil- hormones”.

Tony Briffa kompla jispjega li huwa twieled fi stat ambigwu fejn
jidħol is-sess tiegħu u t-tobba ma kinux ċerti dwar is- ssess
tiegħu mat-twelid. “Kemm meta kont żgħir u anke bħala teenager
kont nistaqsi, kont tifel jew tifla? Dejjem kont femminista.
Dejjem emmint f’azzjoni affermattiva u opportunitajiet indaqs.
Dejjem kont aktar moħħni fit-tfajliet mhux fis-subien,
ħaġa li iktar ikkonfonditni |
|
|
|
Australia, il-Kunsillier
Briffa ilu jitlob għal childhood gender assignments u
mhux azzjoni fejn ikun hemm interventi serġikali. Huwa qal li
grazzi tax-xogħol li wettaq u l-appoġġ mill-grupp li jmexxi fir-
Royal Children’s Hospital, wasslu biex sar studju wara 30 sena
ta’ tfal li kellhom din il-kundizzjoni.
Skond l-istħarriġ li sar mir-Royal Children Hospital, instab li
fil-perjodu speċifikat, kienu tmienja fil-mija tat-tfal li għexu hajja b’sess ħażin. Skond Tony Briffa din hija statistika
orribbli speċjalment meta s-sess ġie infurzat serġikament.
Fl-aħħar id-Deputat Sindku ta’ Hobsons Bay enfasizza li dawn iż-żminijiet
hija ħrafa li tgħid li n-nisa mhux kapaċi jipparteċipaw bi
kwalitą daqs l-irġiel u semma’ kif għandna Gvernatur Ġenerali u
Prim Ministru t-tnejn nisa.
Huwa qalli wkoll li hu attiv ferm fil- komunitą Maltija hu
membru tal-Hobsons Bay Maltese Association u tal-Maltese
Historical Society – it-tnejn membri tal- Maltese Community
Council of Victoria. Qalli li jaħdem ħafna għall-Komunitą
Maltija. Il-kundizzjoni medika u ġenetika tiegħu hija xi ħaġa
personali li fil-fatt imbuttatu biex jaħdem bi sħiħ fejn jidħlu
d-drittijiet ta’ l-individwu. |