| |
|
|
| |
 |
|
Il-PM Awstraljan, Julia
Gillard |
|
|
Ilna
nistennewha, waslet, għad baqa’ biss 6 tijiem, le mhux xi festa
tal-patrun tar-raħal iżda l-elezzjoni Federali fl-Awstralja.
Nhar is-Sibt, 21 ta’ Awissu l-poplu Awstralja se jmur jagħti
l-ġudizzju tiegħu f’din il-43 elezzjoni ġenerali biex naraw min
se jiggverna għat-tlett snin li ġejjin. Il-mexxejja taż-żewġ
partiti ewlenin qegħdin imexxu l-kampanja elettorali għall-ewwel
darba. Fuq in-naħa tal-Liberali għandna lil Tony Abbott ta’ 52
sena mwieled Londra u fuq in-naħa l-oħra għandna lil Prim
Ministru Laburista Julia Gillard ta’ 38 sena mwielda f’Wales UK.
Żewġ emigranti li ġew l-Awstralja meta kienu għandhom tfal.

L-Opinion Polls qegħdin ibassru li se tkun photo-finish. Daqqa
jgħidulna li l-Laburisti huma xi punti minn fuq u daqqa r-rota
ddur u nsibu l-Liberali fuq quddiem. Dak li hu żgur, se nkunu
nafu wara li mmorru nivvutaw fil-21 ta’ Awissu. Jista’ jkollna
l-ewwel mara eletta bħala Prim Ministru għax fil-24 ta’
Ġunju 2010 Julia Gillard kien biss appuntata mill-Partit
Laburista u ħadet post Kevin Rudd li kien ilu Prim Ministru mis-sena
2007. Fil-preżent l-pożizzjoni tal-partiti fil-Kamra
tar-Rappreżentanti hija hekk: Laburisti 83 siġġu, Ko-alizzjoni
(Liberali/Nationals) 65 u tnejn Indipendenti. |
|
| |
|
|
| |
|
Kotba għat-tagħlim tal-Malti f’South Australia |
|
| |
|
Dan
l-aħħar saret għotja ta’ kotba lill- Iskola tal-Malti t’Adelaide,
fl-Awstralja. L- istudenti u l-għalliema tal-iskola stiednu lil
Father Gabriel Micallef OFM, il- kappillan Malti tas-South
Australia, biex jippreżenta dan is-sett ta’ kotba bil-Malti.
L-awtur ta’ dawn il-kotba huwa Monsinjur Anton Saliba minn
Sannat Għawdex li bis-saħħa ta’ Anthony Stivala huwa rregala
numru mhux ħażin ta’ kotba ta’ proża u poeżija biex dawn jiġu
esibiti fil- librerija sabiħa tal-Iskola tal-Malti ġewwa ċ-Ċentru
Kulturali Malti f’Beverley u |
|
 |
|
L-għotja tal-kotba f'South
Australia |
|
|
|
jintużaw mill-għalliema,
l-istudenti u l-membri tal-komunitą Maltija.

Il-prinċipal tal-iskola, Frank Scicluna, spjega kif din l-għotja
hija riżultat ta’ korrispondenza bejn Anthony Stivala, George
Caruana (Torresnsville SA) u Mons. Saliba li urew ix-xewqa li
jgħinu lill-iskola tal-Malti t’Adelaide billi jagħmlu din
id- donazzjoni ta’ kotba biex jgħinu fit-tagħlim tal-Malti fost
il- Maltin li jgħixu barra minn Malta.

Fid-diskors tiegħu Father Micallef faħħar ix-xogħol siewi
li din l-iskola qed twettaq fost
il-komunitą Maltija t’Adelaide biex |
|
iżżomm ħaj
l-Ilsien u l-kultura tal-gżejjer Maltin. Father
Micallef imbagħad ippreżenta lill-istudenti u l-għalliema
f’isem Mons Anton Saliba, l-kotba.
Father Gabriel kellu l-okkażjoni li jiltaqgħa ma’
Mons Saliba waqt iż-żjara li għamel f’Għawdex f’April ta’ din
is-sena.
Ta’ minn jinnota li l-Iskola tal-Malti t’Adelaide hija affiljata
mal- Ethnic Schools Board tas-SA , mal-Ethnic Schools Association
of SA u tagħmel parti mill-Federazzjoni tal-Iskejjel Maltin tal-Awstralja.
L-iskola twaqqfet fi Frar 1982 u għalhekk dis-sena tagħlaq 28
sena. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
 |
|
Paul Darmanin waqt
il-preżentazzjoni tat-tazza. |
|
|
Żagħżugħ
ta’ nisel Malti, Paul Darmanin ta’ 15-il sena minn NSW flimkien
ma’ student ieħor, Chase Lurati minn Victoria għadhom kemm rebħu
s-sezzjoni tal-catamaran fil-World Youth Sailing Championship li
saret fil-Bosphorous Strait fit-Turkija. Din kienet rebħa kbira
għax iż-żewġ żgħażagħ qatt ma kienu baħħru fis-Serina SL 16 tal-catamaran
li ġew użati f’din ir- regatta dinjija. Darmanin u Lurati qalu
li fl-Awstralja ma hawnx Serina Cats u għalhekk qatt ma kienu
raw bħalhom iżda ma sabuhiex diffiċli wisq biex draw LS16 tant
li rnexxielhom jirbħu. Kienet ferm diffiċli għal dawn iż-żewġ
żagħżagħ għax Lurati minn South Gippsland – Melbourne kellu jmur
Sydney kull ġimgħatejn biex jittrejnja ma’ Darmanin. Huma saru
partners wara li ħadu sehem fl-Australian Youth Nationals li
saru f’Sydney. Il-koppja Awstraljana rebħu dan it-titlu globali
billi għelbu baħħara magħrufa ferm ta’ pajjiżi bħal US, Gran
Brittanja, id-Denimarka u Franza. |
|
| |
|
|
| |
|
|
| |
|
Żewġ
studenti ta’ dixxendenza Maltija se jkunu fost 70 studenti oħra
li se jieħdu sehem fil-produzzjoni tant magħrufa The Wizard of
Oz. Din l-istorja tfakkarna f’Dorothy, Toto, Scarecrow, Tinman u
l-iljun beżżiegħ.
L-iskola pubblika ta’ Kellyville għandha fama kbira
għall-produzzjonijiet fuq il-palk li ttellgħa kull sentejn.
Fil-parti prinċipali ta’; Dorothy se tidher Abbey Gardner,
it-tifla ta’ Loretta Gauci, li kienet parti mill-Gauci Sisters
fl-1980 u li n-nannu tagħha jiġi Alan Gauci minn Baulkham Hills.
Abbey qaltilna li tinsab kuntenta ħafna li ġiet mogħtija din
il-parti għax tiftħilha triq għal iktar affarijiet
eċċitanti f’ħajjitha.
Il-parti tant interessanti tal-iljun beżżiegħ se tiġi
interpretata minn Sam Galea (Year 4) li fil-fatt xtaq li jieħu
l-parti ta’ Scarecrow iżda l-għalliem tiegħu qallu li jkun aħjar
bħalla iljun għax jaf kif jibki u nżommlu denbu. Nieħdu gost
nisimgħu bis-suċċessi li t-tfal tat-tfal tagħna qed ikollhom.
Ix-xena tad-divertiment hija mimlija b’talent tad- dixxendenti
Maltin. |
| |
|
|
| |
|
Il-kartellun ta' pubbliċitą'
għall-produzzjoni tal-Wizard of Oz. |
|
|
|
|
| |
|
|
| |
|
|
|
|
 |
Sena oħra The Maltese
Herald, il-gazzetta nazzjonali tal-Maltin se tagħlaq 50
sena li ilha toħroġ kontinwament fl-Awstralja.
|
 |
L-Amerika, il-Kanada u
l-Awstralja huma iktar magħrufa bħala “resettlement
countries” Minn l-aħħar gwerra dinjija ‘l hawn
l-Awstralja aċċettat iktar minn 700,000 persuna li
kellhom bżonn għajnuna umanitarja. |
|
|
|
 |
Fl-Awstralja hawn
madwar 100 stazzjon metropolitan u reġjonali li jxandru
b ‘madwar 100 lingwa differenti u jtellgħu wkoll madwar
1700 siegħa programmi kull ġimgħa. Fl-Awstralja jiġu
stampati madwar 100 gazzetti etniċi b’40 lingwa
differenti.
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nieħdu gost jekk tibgħatuli
aħbarijiet mill-komunitą biex indaħħluhom f’din il-website li
tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 2000 qarrejja
fil-ġimgħa.
Ibgħatu lil
lawdimech@optusnet.com.au |
|
|
|
|
|
Jekk trid taqra
l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|