| |
|
|
| |
|
L-Awstralja
se jkollna elezzjoni federali (jiġifieri ma’ l-Awstralja kollha) fil-21
ta’ Awissu. Din se tkun il-43 waħda li ġiet imsejjħa mill-Prim Ministru,
Laburista Julia Gillard wara biss 24 jum li kienet għadha f’din
il-pożizzjoni, l-ewwel mara Prim Ministru fl-Awstralja. Julia Gillard
ħadet post Kevin Rudd li ġie mwarrab wara li l-popolarita’ tiegħu bdiet
niżla l-isfel. Fil-Parlament li għadu kemm ġie xolt din kienet
il-pożizzjoni: Laburisti 83, Liberali 55, Nationals 10 u Indipendenti
żewġ siġġijiet. |
| |
|
|
| |
|
Il-palk u l-Maltin ta’ Sydney |
|
| |
 |
 |
|
Xena mill-kummiedja ppreżentata
mill-Għaqda Teatrali "Ċittadini" ta' NSW. |
|
|
|
Tqawwili
qalbi meta nara kemm il-Maltin, almenu dawk ta’ Sydney għadhom
akkaniti għat-teatrin Malti. Kemm għadhom iridu dawk il-fares
ta’ żmien in-nanna kif ngħidilhom jien fejn iċ- ċajt mhu
soffistikat xejn iżda l-udjenza tridu għax kontinwament tisma’
d-daħq u ċ-ċapċip. Il-kumpanija Ċittadini taqdi sewwa dan il-mod
ta’ divertiment li għadhom iridu l-Maltin ta’ NSW.
Is-sala sabiħa ta’ Wentworthville Leagues Club reġgħet għal
darba oħra kienet mimlija, din id-darba għal farsa “In-Neputi
jrid Jiżżewweġ” miktuba minn Pawlu Spiteri minn Melbourne li
kien ukoll preżenti fis-sala. L-atturi kollha qalgħu l-parti
tagħhom u żammewna ferħana mill-bidu sa l-aħħar. Bħas-soltu
l-atturi prinċipali kienu Joe
Borg, Monica Ledger, Doris Caruana, |
|
Eddie Busuttil, Joe Fenech,
Sarah Borg u Sam Farrugia li bħala s-sakranazz kien fl-aqwa
tiegħu.

Il-programm kien imżewwaq ukoll billi ġie minn Melbourne l-
kantant veteran Charles “iż-Żiffa” Zammit li kanta għadd ta’
kanzunetti popolari li komplew żewwqu dan il-programm.

Ta min ifaħħar l-inizjattiva ta’ l-Għaqda Teatrali Ċittadin meta
ppreżentaw tifkira kompjuterizzata, xogħol ta’ Joe Fenech dwar
il-ħajja taż-żewġ veterani atturi Tessie Sciberras u Carmen
Camilleri li mietu dis-sena. Saret minuta silenzju għal dawn iż-
żewġ Maltin prominenti fil-qasam tad-divertiment onest. Susan
Mifsud mexxiet il-programm waqt li l-ħabrieka President Doris
Caruana irringrazzjat lil kull min b’xi mod jew ieħor kien wara
s- suċċess ta’ din is-serata. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
| |
|
Ftit
huma dawk il-Maltin fi Queensland li kontinwament b’attivitajiet
tagħhom jgħollu daqsu lill-pajjiżu Malta b’modi mhux tas-soltu.
Dejjem nieħu pjaċir nirrapporta dak li jidħol għalih Paul Lapira
minn Highland Park, Narang. Għalhekk xejn ma kienet sorpriża
meta qalli li qiegħed jiġi nnominat għal Pride of Australia
Medal 2010 u li għandu l-appoġġ ta’ ħafna nies prominenti bħal
Alex Douglas MP u anke s-Sindku tal-Gold Coast, Ron Clarke.
Paul Lapira illum għandu 83 sena iżda xorta għadu attiv u jieħu
parti f’mixjiet ta’ 12 km dejjem bil-bandieri Maltin u
Awstraljani. Il-pubbliċitą li jagħti lil Malta hija waħda ta’
min ifaħħarha. Miżżewweġ lil Carmen għal dawn l-aħħar 58 sena,
Paul Lapira qalli li għalkemm ilu jieħu sehem fil-Gold Coast
Marathon mis-sena 1994, dis-sena mhux se jieħu parti għax “qed
jixjieħ”. Ta’ 83 sena naħseb li ħaqqu ftit mistrieħ. |
| |
|
|
| |
|
Il-fidi kattolika u l-Maltin |
|
| |
|
Il-kontribuzzjoni
Maltija lejn il-fidi kattolika fl-Awstralja hija waħda
sinifikanti ħafna. Il-Maltin ġarrew il-fidi |
|
għaqda bdew joħorġu xelin kull
wieħed biex jikru sala fil-kantuniera tat-triqat Flagstaff u Bruce u jixtru xi fjuri biex il- |
|
|
|
 |
 |
|
Paul Lapira bil-bandieri
Maltin u Awstraljani |
|
|
|
mill-gżira ta’ Pawlu għall-kontinent tal- Awstralja.
Hawn ħafna knejjes li jirriflettu dan il-kontribut tal-Maltin.
Wara t-tieni gwerra dinjija, il-Maltin bdew jaslu fl- Awstralja
fl-eluf u ħafna kienu dawk li marru joqgħodu lejn in-naħat ta’ Illawarra fejn fis-subborgi ta’ Cringilla, Warrawong, Lake
Heights u Port Kembla setgħu isibu x-xogħol l-industrija tal-azzar.
F’Ġunju 1951, f’dawn in-naħat twaqqfet l- għaqda, George Cross
League of NSW. Ma kienx hemm knisja kattolika f’dawn in-naħat u għalhekk il-membri ta’ din l- |
|
kappillan Awstraljan ta’ dak
iż-żmien minn Port Kembla, Fr Gallagher iqaddsilhom.
F’okażjonijiet speċjali oħra bħat-8 ta’ Settembru, l-Jum
Nazzjonali kienu jistiednu xi saċerdot Malti minn Sydney bħala
Fr Robert Cassar, Fr Michael Camilleri jew Fr Licari, kollha
Karmelitani.
Fis-sena 1953, l-Arċisqof ta’ Malta, Mons Mikiel Gonzi żar
l-Awstralja u mar wkoll f’Wollongong. Il-membri tal-George Cross
League ħadu l-opportunitą biex jitkellmu mal-Arċisqof liema laqgħa saret fis-sala |
|
 |
|
|
 |
|
antik ta’ l-iscouts fi Cringila. Saret talba lil Mons Gonzi biex
jibgħat saċerdot Malti lejn dawn in-naħat.
Fit-3 ta’ Marzu 1956 tfaċċa Fr Victor Bonello, żagħżugħ
Franġiskan mix- Xagħra t’Għawdex. Kellu joqgħod fir- residenza tal-kattidral f’Wollongong iżda ma sabulux post u spiċċa għand
il- familja Cassar għal tlett xhur. Eventwalment sar l-ewwel
kappillan tal- parroċċa ta’ St Francis ta’ Assisi f’Warrawong. |
|
|
 |
|
|
|
Żewġ dehriet mill-knisja Kattolika ta'
Warrawong fin-naħat ta' Wollongong |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Huma
ħafna li jħobbu l-annimali speċjalment il-klieb iżda hu rari li
jeħduhom magħhom ix-xogħol. Kylie Micallef li taħdem ma’ Norsun
Motors f’North Sunshine fil-qalba ta’ subborg mimli Maltin bdiet
tieħu li Staffordshire Bull tagħha, bl-isem ta’ Loca x-xogħol
sentejn ilu. Hija taħdem ta’ segretarja f’ħanut tal- mekanik.
Bdiet tieħdu magħha x-xogħol meta kellha biss erba’ ġimgħat.
Bħala ġeru Loca ftit innutawh imma issa beda jikber. Skond
Kylie, il-kelba tieħu gost tmur ix-xogħol u kull filgħodu ssibha
tistenniha. Jekk ma tieħodix magħha ma tieħux gost u tagħmel
il-buri. Fl-uffiċċju saret taf lil kulħadd u ħadd ma jilmenta
minnha. |
 |
 |
|
Il-Kelb Loca fl-uffiċċju |
|
|
Meta
Stephanie Attard ta’ 21 sena minn
Gladstone Park |
|
ħdejn Melbourne daħlet
fl- Akkademja tal-Pulizija l-ewwel ma għamlet neħħiet iċ-ċirku
minn imniħierha u bdiet taqsam l-esperjenza tagħha bħala
rekluta fuq it-twitter
http://twitter.com/vicpolrecruit.

Dejjem kellha x-xewqa li tidħol mal-pulizija u għandha
seba’ mitt sena sakemm toħroġ fuq ir-ronda. Stephanie
qed tispiċċa kors ta’ baċellerat fix- xjenza soċjali
(ġustizzja kriminali) u tħossha bħala sfida li ġiet
aċċettata fil-korp tal- pulizija tal-iStat ta’ Victoria. |
|
 |
 |
|
Stephanie
Attard |
|
|
|
|
|
Maltija
oħra minn Sunshine West rebħet il-kompetizzjoni Star Search.
Sarah DeBono ta’ 17-il sena daħlet għal din il- kompetizzjoni erba’ darbiet qabel u din is-sena daħlet fil-finali u rebħet
il-kategorija minn 17-il sena ‘l fuq. Sarah ingħaqdet ukoll ma’
banda bl-isem ta’ Snag u fiċ-ċelebrazzjoni ta’ l- Australia Day f’Federation Square Melbourne quddiem folla ta’ madwar 30,000
ħadet parti f’kunċert apposta. Hija wkoll għalliema tal-mużika
f’St Matthew’s Primary School f’Fawkner North. |
|
|
| |
|
|
| |
|
|
| |
|
Il-Maltese
Welfare NSW tellgħu lejla oħra ta’ informazzjoni li din
id-darba kienet dwar id-Diabete u l-immaniġġjar tal-mediċini
fid-dar. Il-lejla ġiet miftuħa mill-President tal-Maltese
Welfare, Lawrence Dimech meta ntroduċa l-kelliema tal-lejla,
Mary Prince mill-Health Promotion Service for Older People.
Huwa rringrazzja ukoll lill-isponsors tal-Għaqda Fiducian
Financial Services u lil
Maltagenealogy.com
għas-sapport li jagħtu lil din l-Għaqda.
Mary Prince bdiet bis-suġġett dwar it-teħid tal-Mediċini. Hija
emfasizzat kemm hu importanti li nieħdu l-mediċini fil-ħin
stipulat mingħand it-tabib u li ma nirrakkomandaw l-ebda
mediċina lil ħaddieħor. Huwa importanti wkoll li ma ngeddsux
mediċini bla bżonn.
Fit-tieni parti tal-programm tkellmet fuq id-diabete. Fissret
tajjeb dwar din il-marda u li hemm żewġ tipi ta’ diabete - dawk
li jieħdu l-insulina u dawk li huma ikkontrollati bit-dieta u l- pinnoli.
Għal min għandu d-diabete, il-kelliema irrakkomandat li għandna
nieklu ikel tajjeb u nagħmlu eżerċizzju regolari biex
nikkontrollaw iz-zokkor. Tkellmet ukoll dwar il-
komplikazzjonijiet
li jistgħu jinqalaw meta jkollna z-zokkor għoli ħafna. Dan
jista’ jikkaġuna pressjoni għolja li tista’ tikkawża puplesija,
attakk tal-qalb u anke problemi fl-għajnejn, fil-fwied,
fis-sistema tan-nervituri, fis-saqajn u anke fis-snien u
l-ħanek. |
|
 |
|
Maria DeCarlo tippreżenta
bukkett fjuri lil Mary Prince. |
| |
|
Il-lejla għalqet bil-President
jirringrazzja lis-Sinjura Mary Prince tat-taħdita utli u
informattivali li hija tat, u li kulmin kien preżenti laqa’
b’attenzjoni kbira. Saritilha preżentazzjoni żgħira
b’ringrazzjament f’isem dawk li kienu preżenti. |
|
|
| |
|
|
| |
|
|
|
|
 |
Il-bandiera
Awstraljana ġiet imtella’ għall-ewwel darba f’Melbourne
fit-3 ta’ Settembru 1901 wara li saret kompetizzjoni li
attirat 32,823 disinn. Is-Southern Cross juri
l-pożizzjoni ġeografika tal-Awstralja fis-Southern
Hemisphere, l-istillel juru l-istati u territorji waqt
li l-Union Jack, l-għaqda antika mal-Grand Britannja.
|
|
|
|
 |
Il-kuluri nazzjonali
ta’ l-Awstralja, il-Green& Gold ilhom mid-19 ta’ April
1984.
|
 |
Il-coat-of-arms tal-Awstralja
ġiet mingħand ir-Re Ġorġ V fl-1912. It-tradizzjoni
għamlet lill-kangaroo bħala l-annimal nazzjonali waqt li
l-golden wattle saret il-flora nazzjonali f’Awissu 1988.
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nieħdu gost jekk tibgħatuli
aħbarijiet mill-komunitą biex indaħħluhom f’din il-website li
tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 2000 qarrejja
fil-ġimgħa.
Ibgħatu lil
lawdimech@optusnet.com.au |
|
|
|
|
|
Jekk trid taqra
l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|