Aħbarijiet mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.

Dawn l-aħbarijiet jidhru wkoll fil-gazzetta "l-orizzont" li toħroġ f'Malta.
Għal iktar tagħrif u aħbarijiet fid-dettall aqraw
The Maltese Herald, il-gazzetta nazzjonali tal-Maltin fl-Awstralja li toħroġ kull ġimgħa.

 
 

It-Tnejn, 19 ta' Lulju 2010

 
 

Il-klawsola li se tagħlaq fl-aħħar ta’ Lulju 2010

 

Ilni ħafna xhur li allarmajt lill-poplu Malti bil-klawsola li hemm fil-liġi taċ- ċittadinanza doppja li waslet biex tiġi implimentata fl-aħħar ta’ Lulju ta’ din is- sena. Din hija klawsola importanti għax id-dritt li persuna tista’ tapplika għaċ- ċittadinanza doppja jibqa’ sakemm il- ġenitur rilevanti kien laħaq sar ċittadin qabel ma miet sa din id-data speċifikata.
 
Nispjega aħjar. Jekk wara d-data msemmija jiġifieri fl-ewwel ta’ Awissu 2010, il-ġenitur tal-persuna li jkun qed japplika, għalkemm ikun ta’ dixxendenza Maltija, dan il-ġenitur ma jkun qatt sar Malti u jmut wara d-data msemmija, id- dixxendenti tiegħu ma jkunux jistgħu japplikaw għaċ-ċittadinanza.
 
Inkompli nispjega: Persuna mwielda barra minn Malta tat-tieni ġenerazzjoni, li missierha jew ommha saru Maltin għax missierhom (jiġifieri n-nannu ta’ din il-persuna) mwielda Malta, id-deadline ta’ l- aħħar ta’ Lulju 2010 ma japplikax għal din il-persuna għaliex missierha/ommha kienu  saru  awtomatikament  Maltin.  Id-

 

deadline tapplika għat-tfal ta’ din il- persuna.

Fil-Konvenzjoni għall-Maltin ta’ Barra 2010 kont ressaqt mozzjoni biex il-Gvern Malti jikkunsidra l-posponiment jew ineħħi għal kollox din il-klawsola li tista’ tbarri numri sostanzjali ta’ persuni b’dixxendenza Maltija meta japplikaw għaċ-ċittadinanza doppja. Sintendi din it- talba waqgħet fuq widnejn torox iżda wisq iktar minn hekk ipprotestajt bil- qawwi li din il-klawsola li fiha din id-deadline ma ġietx mogħtija pubbliċitą adegwata. Qatt ma’ ħarġet xi stqarrija għall-istampa tfakkar dwar din id-data li jekk tinqabeż se jkun hemm minn jista’ jitlef iċ-ċittadinanza.
 
Il-Gvern Malti introduċa din il-klawsola fis- sena 2007 u ta perjodu ta’ tlett snin sakemm tiġi applikata. Jiġifieri dan il- perjodu ta’ grazzja jagħlaq fl-aħħar tax-xahar ta’ Lulju 2010.
 
Iżda din il-liġi tolqot fil-maġġoranza lil dawk  li  jgħixu barra minn Malta imferxin

 

ma’ l-erbat irjieħat tad-dinja. Mhux faċli li jkunu jafu b’kundizzjoni bħal din speċjalment meta l-Gvern ma għamel l- ebda  sforz  biex  jippubblikha  u  biex  ir- rappreżentanti tal-Gvern barra minn Malta jkunu jistgħu jilħqu aħjar lil dawk li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom.
 
Għalhekk tlabt lill-Gvern Malti biex mhux biss jipposponi d-data tal-għeluq iżda wkoll li din id-darba jagħmel sforz biex iwassal dan il-messaġġ bil-qawwa kollha.
 
Fid-diskors tal-għeluq tal-Konvenzjoni 2010, il-Ministru Tonio Borg ħass in- neċessitą li jsemmi din il-klawsola iżda ma qal xejn jekk kellux il-ħsieb li jirrevediha. Il-liġijiet taċ-ċittadinanza bħal kull liġijiet oħra huma mistura b’ħafna kitba legali li mhumiex ċari biex tifhimhom u wisq iktar biex tispjeghom fi kliem ċar. Għalhekk hu fl-interess ta’ dawk kollha li għandhom dixxendenza Maltija li jżommu ruħhom informati biex jiżguraw li rabta bejn il-ġenerazzjonijiet ma tinqatgħax minħabba l-mewt.

 
 

Sforz ieħor biex ikollna
Federazzjoni Internazzjonali
għall-Maltin ta’ Barra

 

Prof Maurice Cauchi

 

L-ewwel aspett pożittiv li ħareġ mill- Konvenzjoni għall-Maltin ta’ Barra li saret f’Malta f’Marzu 2010 hu l-attentat li qiegħed isir biex ikollna Federazzjoni li tirrappreżenta lill-Maltin li jgħixu barra. Għaxar snin ilu, fil-Konvenzjoni tas-sena 2000 kienet ukoll ġiet imwaqqfa l- Federation of Maltese Abroad iżda din l- għaqda ftit jew xejn għamlet impatt u bagħat agunija għal għaxar snin sħaħ.
 
Id-delegati li attendew il-Konvenzjoni 2010 qablu li tiġi ffurmata bħal kummissjoni żgħira biex tiġbor nominazzjonijiet għal dawk li huma nteressati biex jidħlu għar-rwol tassew diffiċli biex jiffurmaw is-sisien ta’ din il-Federazzjoni ġdida li mank għad għandha isem. Id-delegati ddeċidew li l- isem FOMA għandu jinbidel għax hu assoċjat ma’ ħafna nuqqasijiet passati.
 
Il-kumitat il-ġdid taħt il-Presidenza tal- Prof Maurice Cauchi (Melbourne) huwa ffurmat minn Edwin Bonello, Edwidge Borg, Damien Digby kollha minn Melbourne, l-Awstralja, Catherine Grech minn Sydney u Louis Parnis minn Wollongong l-Awstralja, Claudia Caruana u Mona Nicholas-Vella mill-USA, Franklin Mamo mill-Belġju, Bernard Xerri mill-UK u Albert Vella mill-Kanada.

Dan il-kumitat issa se jibda jaħdem biex jifforma kostituzzjoni li tkun b’xi mod aċċettata mill-għaqdiet u l-Kunsilli li huma attivi fil-pajjiżi fejn hemm jgħixu l- Maltin. Din mhix se tkun xi ħaġa faċli għax il-Maltin li jgħixu f’pajjiżi differenti għandhom l-użanzi differenti tagħhom u ħafna drabi hemm bejniethom nuqqas serju ta’ qbil.
 

Waħda mill-ikbar problemi li nara biex jintlaħaq ftehim dwar it-twaqqif fuq sisien sodi ta’ din il-Federazzjoni ġdida hu l- mod kif se tiġi strutturata r-regola tad- dħul tal-membri f’din il-Federazzjoni.
 
Daż-żmien, il-komunikazzjoni saret ferm iktar faċli minn qabel u anke jekk għandek dawk id-distanzi kollha xorta jista’ jkun hemm ko-ordinazzjoni. Fil- Professur Maurice Cauchi hemm persuna li tista’ taspira fiduċja li kull ma jsir ikun għall-ġid tal-Maltin ta’ barra iżda mhux kulħadd jaqa’ fl-istess baskett ta’ dan l-istudjuż Malti.
 
Nittama li din id-darba, din il-Federazzjoni mhux biss tingrana iżda tikseb suċċessi wkoll għall- benefiċċju tagħna li ninsabu ngħixu barra pajjiżna.

 

Edwidge Borg                  Louis Parnis

 
 

 Kont taf:

 

Saret bidla importanti. Qabel l-ewwel ta’ Marzu 1990, il-passaporti Maltin kienu joħorġu skond id-dettalji li kien hemm fil-passaport ta’ qabel. Wara din id-data qegħdin joħorġu l-passaporti skond iċ-ċertifikati tar-Reġistru Pubbliku. Iktar minn hekk mill-ewwel ta’ Ottubru 2008, l-ismijiet u dettalji fuq il-passaport iridu jkun identikali b’kull dettall, kif hemm fiċ-ċertifikati tat-twelid.
 

 

Ċittadin Malti li ma għandux residenza f’Malta ma għandux dritt għal European Health Insurance Card. Sas-sena 2008 kienu diġą ħarġu 153,901 minn dawn il-permessi liċ-ċittadini Maltin li jgħixu f’Malta. Din il-kard tapplika għal 31 pajjiż fl-Ewropa.
 
 
 

 
 

Nieħdu gost jekk tibgħatuli aħbarijiet mill-komunitą biex indaħħluhom f’din il-website li tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 2000 qarrejja fil-ġimgħa.
Ibgħatu lil
lawdimech@optusnet.com.au

 

 

Jekk trid taqra l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn

 

 
 
 

 

 

 

Għal iktar aħbarijiet aqraw

toħroġ ma' l-Awstralja kollha
kull nhar ta' Tlieta

 
 

 

 

 
 

Home  |  Maltese Għana  |  Maltese Folklore  |  General Section  |  Malta Related Links

 

Copyright © 2010 allmalta.com. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by John J. Cassar.