|
Il-futur tal-Australia Hall |
|
| |
|
L-Australia
Hall li tinsab fi stat ta’ abbandun fi Pembroke (Malta) għandha
rabta qawwija mal-Awstralja. Din il-binja nbniet f’Novembru 1915
mill-fergħa Awstraljana tal-British Red Cross għall- benefiċċju tas-suldati ta’ l-Imperu li dak iż-żmien kienu qed jiġġieldu
fid-Dardanelles. Ħafna minnhom sabu refuġju f’din il-Hall waqt
li kienu qed jirkupraw mill-feriti tagħhom u mill-qilla tal-ewwel
gwerra dinjija. Dawk iż-żminijiet Malta ħadet
l-isem ta’ “The Nurse of the Mediterranean”
għax is-suldati ta’ l- |
|
 |
|
Żewġ ritratt ta' Australia
Hall, qabel u illum |
|
|
|
imperu sabu f’pajjiżna l-kenn
neċessarju u l-kura medika.
L-istorja tal-Australia Hall ħadet xejra oħra meta fl-1979
il- Gvern Laburista ta’ dak iż-żmien ittrasferixxa 14,000 sq ft
ta’ art f’St Andrews (Pembroke) lil Malta Shipbuilding.
Il-Malta Shipbuilding riedu jkabbru u ġew bżonn il-bini tal- Freedom
Press fil-Marsa. Saret għalhekk forma ta’ tpartit u l- Partit
Laburista ħadu l-pussess ta’ l-art f’St Andrews fejn hemm
l-Australia Hall. |
 |
 |
|
Grupp ta' delegati li attendew
il-Konvenzjoni f'Malta
iżuru Australia Hall f'St Andrews |
|
|
Kien hemm ftehim li fuq l-art
ta’ St Andrews titħallas bħala ċens is-somma ta’ 20,000 lira
Maltija kull sena li l-PL kellu jiġbor mingħand l-Malta
Shipbuilding. Jidher li dan iċ-ċens qatt ma tħallas u għalhekk
illum hemm kwistjoni taħraq dwar din il- propjetà li l-Gvern
ikklassifikata bħala Grade Two.
Meta f’Malta saret il-Konvenzjoni għall-Maltin li jgħixu Barra
f’Marzu 2010 saret stedina lid-delegati biex jattendu laqgħa
informali li saret eżatt f’Australia Hall. Jidher li hemm grupp
immexxi mill-ħabrieka Yasmin Jovette (Maltija-Awstraljana) li
tgħix f’Malta biex dan il-post jiġi mogħti l-ħajja u fl-istess
ħin iservi bħala ċentru għall-Maltin Awstraljani u speċjalment
il- mijiet li jżuru Malta mill-Awstralja kull sena.
Fl-istess żminijiet il-Partit Laburista għamel applikazzjoni lil
MEPA biex jiżviluppa dan il-post. Jidher ukoll li dan l-aħħar
saret tindifa sewwa u għalkemm l-Australia Hall li kienet vittma
ta’ ħruq f’Diċembru 1998 għadha żdingata iżda bi ftit irranġar
ieħor tista’ tiġi wżata almenu sakemm din il-kwistjoni bejn
il- Gvern u l-PL tiġi solvuta.
L-Australia Hall Malta Society li qed tmexxi Yasmin Jovette
għandhom ħafna pjanijiet u lesti wkoll biex jitolbu l-għajnuna
ta’ EU. Għalkemm dan mhux l-ewwel attentat biex l-Australia Hall
tiġi mogħtija l-ħajja mill-ġdid xejn ma jista’ jimxi ‘l quddiem
qabel ma tiġi solvuta l-kwistjoni dwar min kellu l-obbligu
legali li jħallas iċ-ċens. |
|
| |
|
|
| |
|
|
|
 |
 |
|
Carmel Lino Sammut |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Mhux ħaġa faċli li tispjega
sewwa, speċjalment lill-Maltin ta’ Malta kemm il-Maltin ta’
l-Awstralja huma attivi fejn jidħlu dawk il-festi tradizzjonali
u l-isforzi kbar li jagħmlu biex iżommu dawn it-tradizzjonijiet
ħajjin. Fost dawn it-tradizzjonijiet hemm bla dubju l-festi. Dan
l-aħħar kellna l-festa ta’ San Pietru u San Pawl li nsejħulha
wkoll l-Imnarja li l-Maltin ta’ Sydney ilhom snin kbar ifakkruha.
L-Għaqda Kulturali Maltija ta’ NSW dis- sena organizzaw nofs ta’
nhar fejn bdew b’quddiesa folkloristika fil-knisja ta’ OLQP fi
Greystanes iċċelebrata minn Fr Benedict Sant u bil-kant tal-kor
ta’ l-istess għaqda taħt it- tmexxija ta’ Patrick Bartolo u kanta
bħala solista Joe Galea. Wara dawk li attendew marru fis-sala tal-knisja fejn kien hemm divertiment mill-kor kif ukoll is-solisti
James Cassar u Joe Galea. Kien hemm wkoll wirja ta’ xogħol ta’
l-injam, pittura, kotba u ħjata waqt li ħadu sehem ukoll it-tfal
li qegħdin jitgħallmu l-Malti u l-kultura mal-Maltese Language
School of NSW. Il-President tal-Għaqda Kulturali, Charles Mifsud
qalilna li kollox mar sewwa u jidher li kulħadd ħareġ sodisfatt. |
 |
 |
|
Tfal mill-Maltese Language
School ta' NSW jieħdu parti
fl-Imnarja f'Sydney |
|
|
 |
|
Il-kor ta' l-Għaqda Kulturali
Maltija ta' NSW li ħa sehem
fl-Imnarja ta' Sydney. |
 |
|
Il-Kantanti Joe Galea u James
Cassar li ħadu sehem
fl-Imnarja f'Sydney |
|
|
| |
|
|
| |
|
|
| |
 |
|
Shane Delia |
|
|
Daż-żmien
ma tistax tiftaħ it-televixin li ma tarax xi kok jew koka isajru
kull kwalità ta’ ikel minn madwar id-dinja kollha. Iva,
il-wirjiet ta’ kif isajjar saru popolari ferm. Dan hu s-sabiħ
tal-Awstralja li hawn nies jgħixu fiha mill-erbat irjieħat
tad-dinja.
Kok li qed jagħmel isem għalih, għal pajjiżu u għan-negozju
tiegħu huwa l-Malti Awstraljan, Shane Delia.
Shane li huwa sid tar-restorant fil-qalba tal-belt li jġib
l-isem ta’ Maha Bar & Grill, liema restorant jinsab f’21/27 Bond Street
Melbourne. Magħruf għal ikel ta’ fama. Sikwit ikun fuq
il-programm tal-ikel mtella’ fuq Kanal 10 minn Sydney taħt
it-titlu “Ready Steady Cook”. Shane dan l-aħħar kien intervistat
minn Joe Axiaq tal-SBS u għall-Programm Waltzing Matilda. Ismu
sikwit jidher fuq xi gazzetti lokali f’Melbourne.
Ħaġa li dejjem ħadt gost biha f’Shane hija li huwa kburi li hu
ġej minn familja Maltija u qatt ma jixba’ jsemmi u jirrakkomanda
l-ikel Malti bħall-fenek stuffat, ġbejniet, zalzett, pastizzi
eçç. Mal-bieb tar-restornat tiegħu jirriklama wkoll ikel Malti
bħala “Maltese Middle Eastern dining experience”. |
|
| |
|
|
| |
|
|
|
|
 |
Il-Gran Britannja
stabilixxit l-ewwel bażi fl-Awstralja fis-26 ta’ Jannar
1788.
|
 |
F’dawn l-aħħar 62
sena, l-Awstralja aċċettat madwar 6.5 miljun emigrant u
madwar 666,000 refuġjat. |
|
|
|
 |
L-Awstralja għandha
Gvernatur-Ġenerali, Prim Ministru, il-Premiers ta’
Queensland u ta’ NSW nisa waqt li f’NSW anke l-Gvernatur
u l-Lord Mayor huma nisa wkoll.
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nieħdu gost jekk tibgħatuli
aħbarijiet mill-komunità biex indaħħluhom f’din il-website li
tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 2000 qarrejja
fil-ġimgħa.
Ibgħatu lil
lawdimech@optusnet.com.au |
|
|
|
|
|
Jekk trid taqra
l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn |
|
|
|
|
|