Aħbarijiet mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.

Dawn l-aħbarijiet jidhru wkoll fil-gazzetta "l-orizzont" li toħroġ f'Malta.
Għal iktar tagħrif u aħbarijiet fid-dettall aqraw
The Maltese Herald, il-gazzetta nazzjonali tal-Maltin fl-Awstralja li toħroġ kull ġimgħa.

 
 

It-Tnejn, 5 ta' Lulju 2010

 
 

L-ewwel Prim Ministru Mara tal-Awstralja

 

Min jgħid li kollox hu possibbli fil- politika ma jkunx qiegħed jesaġera. Eżattament, dak li ġara fix-xena politika federali fl-Awstralja ftit ta’ jiem ilu juri biċ- ċar kemm hi volatili l-politika. Prim Ministru li għadu kemm irnexxilu joħroġ lill-pajjiżu mill-agħar reċessjoni finanzjarja globali li qatt rat id-dinja, safà mwarrab brutalment.
 
Kevin Rudd li f’Novembru 2007 rebaħ mhux biss elezzjoni Federali għall-Partit Laburista wara 11-il sena ta’ ħakma konservativa u qala’ barra kompletament mix-xena lil John Howard li daħħalna fil- gwerra tal-Iraq u gwerer oħra iżda kemm dam bħal Prim Ministru tant fixkel lill- partiti politiċi opposti li l-Partit Liberali kellhom jibdlu il-mexxejja tagħhom tlett darbiet (Brandon Nelson, Malcolm Turnbull u Tony Abbott). L-eks Prim Ministru Rudd kien ukoll l-iktar Prim Ministru popolari li qatt kellha l-Awstralja tant li sa Jannar 2009 kellu l- approvazzjoni ta’ 63% tal-poplu.
 
Fil-lejl ta’ bejn 24/24 ta’ Ġunju l-mexxejja tal-Partit Laburista ddeċidew li b’Kevin Rudd   ħala  mexxej  mhux  se  jirbħu  l-

Kevin Rudd ma' Joseph Muscat, il-mexxej Laburista Malti ftit ġimgħat ilu f'Canberra.

 

Julie Gillard

 

elezzjoni li jmiss. B’mod l-iktar brutali u ta’ malajr qalulu li ma għadux igawdi l- fiduċja tal-maġġoranza tal-Membri Parlamentari.
 
Kellu għalhekk iċedi postu. Floku ġiet eletta Julie Gillard ta’ 48 sena minn Victoria li kienet id-Deputat Prim Ministru u Ministru ta’ l-Edukazzjoni. Kevin Rudd kien l-ewwel Prim Ministru fl-istorja ta’ l- Awstralja li tneħħa ma’ tul l-ewwel term tiegħu f’dik il-pożizzjoni. L-elezzjonijiet federali fl-Awstralja jsiru kull tlett snin.
 
Wara 109 sena li n-nisa fl-Awstralja ġew mgħotija l-vot, l-Awstralja għalhekk għandha l-ewwel Prim Ministru mara, is- 27 f’din il-kariga. Julie Gillard li hija avukata twieldet fil-villaġġ żgħir ta’ Barry f’Wales  fl-1961 u għexet hemm sakemm flimkien mal-familja tagħha emigrat lejn l- Awstralja fl-1966. Hija magħrufa bħala mara ta’ stoffa u intelliġenti li dejjem kienet  deżinjati  biex  tilħaq  fl-ogħla post fil-politika, forsi mhux daqshekk malajr.

 

Il-Prim Ministru ġdid ħabbret ukoll li qabel l-aħħar ta’ din is-sena se ssejjaħ elezzjoni Federali biex il-poplu jkun jista’ jagħti l-verdett tiegħu dwarha u dwar il- Partit tagħha li kemm ilu fil-Gvern minn Novembru 2007 jidher li ħa ħafna inizjattivi għal bidla aħjar.
 
Żewġ inizjattivi li jidher li naqqsu l-  popolarita ta’ Rudd u l-Gvern tiegħu kienu l-politika dwar il-bdil tal-klima u li meta dan l-aħħar il-Gvern Laburista ħabbar li se jintroduċi s-super tax fuq dawk li jħaddmu  l-minjieri,  liema taxxa ma niżlet tajjeb xejn mal-biljunarji sidien tal- minjieri u l-Partit Liberali/National f’dan il- pajjiż.
 
F’każ ta’ ftit xhur Kevin Rudd beda jnaqqas mill-popolarita’ tiegħu meta l- gazzetti u l-midja elettronika daru kontrih u l-ikbar sinjuri fl-Awstralja ma aċċettawx ir-riforma tant meħtieġa fis-sistema tat- taxxi biex kulħadd ikun jista’ jgawdi mill- ġid enormi minerali li jippossedi dan il- pajjiż.

 
 

Iktar għarfien għal
Carmen Testa

 

Wara ħamsin sena ta’ xogħol u dedikazzjoni għas-servizz tal-komunità Carmen Testa OAM , MQR ta’ 76 sena minn West Sunshine (Victoria) irċeviet l-unur imsejjaħ Brimbank Living Treasures. Dan mhux l-ewwel unur li din il-Maltija rċeviet għax fis- sena 2005 il-Gvern Malti taha wkoll il-Midalja għall- Qadi tar-Repubblika u fl-1998 ħadet ukoll il-Midalja ta’ l-Ordni ta’ l-Awstralja.

Carmen Testa waslet f’Melbourne fil-ħamsinijiet u rtirat bħala għalliema madwar 25 sena ilu. Hi waqqfet il-Western Region Maltese Community Council (Women’s Group) u ħadmet ħafna fil-qasam tal-voluntarjat.

Għalkemm madwar sentejn ilu kellha kankru fix-xedaq li żammilha l-abbiltà tal-kliem iżda wara 10 operazzjonijiet tinsab tajba u għadha determinata li tkompli taħdem għall-komunità. Wara dan l-aħħar unur Carmen qalet li se tkompli tagħmel dak li ilha tagħmel għal dawn l-aħħar 57 sena u tinsab grata li ġiet mgħotija dan l-għarfien.

 

Carmen Testa OAM

 
 

Anthony u Doris Sammut

 

70 sena miżżewġin

 

Għadhom jinħabbu daqs dak in-nhar meta ltaqgħu ħerġin mat-talkies f’Malta fl-1935. Kien għandhom tfal iżda meta Anthony Sammut lemaħ lil Doris mill-ewwel induna li dik it-tfajla ta’ 14-il sena se tkun martu. Illum fl-eta ta’ 89 sena din il-koppja minn Pascoe Vale, Stat ta’ Victoria jiftakru u jiċċelebraw 70 sena mill-jum taż-żwieġ tagħhom f’Ġunju 1940.
 
Ftit wara ż-żwieġ Anthony kellu jħalli Malta meta bħala kok ma’ l-Armata Ingliża bdiet il-gwerra. Wara l-gwerra hu emigra lejn l-Awstralja u fl-1955 ġiet warajh il- familja. Il-familja Sammut illum kibret u għandhom sebat itfal, 27 tfal tat-tfal u 30 tfal tat-tfal tat-tfal.

 
 
 
 
 
 

Il-Midalja tal-Ordni ta’ l-Awstralja

 

Darbtejn fis-sena n-nazzjon Awstraljan jonora liċ-ċittadini tiegħu. Darba fil-Jum l-Awstralja (26 ta’ Jannar) u darba oħra fl-egħluq snin ir-Regina li fl-Awstralja niċċelebraw fil-14 ta’ Ġunju li hu wkoll jum ta’ btala. Fil-lista ta’ unuri li tħabbru dis-sena, tlett persuni ta’ nisel Malti ġew onorati. Il-Professur Joseph A. Camilleri għas-servizz fir-relazzjonijiet internazzjonali bħala skular, edukatur u kummentatur. Huwa fundatur/Direttur taċ-Centre for Dialogue fl-Università LaTrobe f’Melbourne. Il-Professur Camilleri hu iben Malti li trabba l-Eġittu u omm Griega.

Maria Attard Dickson minn Melbourne ġie onorata għax-xogħol tagħha fil-qasam tal-volutarjat. Hija kienet soru mal-Grey Sisters u ħadmet ħafna fil-qasam tal-welfare. Missierha Malti u ommha ta’ nisel Irlandiża.

Carmelo Vincent Farrugia ta’ 82 sena mwieled il-Gżira huwa magħruf ħafna mal-komunità Maltija ta’ South Australia għas-servizz li ta lill-veterani permess tal-fergħa Maltija tal-RSL. Kien ukoll President tal-Kunsill Malti ta’ SA kif ukoll President tal-Maltese Guild ta’ l-istess Stat u f’diversi għaqdiet oħra. Dawn it-tlett Maltin ġew onorati mill-Gvern Federali Awstraljan bil-Midalja ta’ l-Ordni ta’ l-Awstralja (OAM).

 
 

Pastizzi sħan u tajbin

 

Il-Maltese Language School ta’ NSW mhux biss tħeġġeġ lill-istudenti tagħha biex jitgħallmu l-Malti iżda tisħaq li jridu wkoll isiru jafu kemm jista’ jkun dwar il- kultura u l-użanzi Maltin tant li tħeġġeġ lill-istudenti u lill-ġenituri tagħhom biex jattendu l-attivitajiet tal-komunità Maltija.
 
Il-Ġimgħa l-oħra din l-iskola tal-Malti, l- ikbar waħda li hawn fl-Awstralja organizzat ħarġa kulturali biex jaraw kif jinħadmu l-pastizzi. Kien hemm bus mimlija li telqet minn Horsley Park lejn Gato Pastizzi f’Carramar NSW fejn ġew mogħtija merħba mill-propjetarju Charles Hili fejn spjegalhom fit-tul l-istorja tan- negozju li l-familja tiegħu ilhom iħaddmu għal dawn l-aħħar 30 sena waqt li ma naqasx li jitmagħhom il-pastizzi.

Il-Propjetarju   ħa   lil  kulħadd  għal dawra mal-fabbrika żgħira tiegħu fejn Doris Piscopo, waħda mill-ħaddiema ewlenin  tiegħu wriethom kull stadju ta’ kif    jinħadmu   l-pastizzi.    Din    kienet

 

Għadd ta' żgħażagħ mill-Maltese Language School of NSW
quddiem il-fabbrika tal-pastizzi f'Sydney,

F'dan ir-ritratt jidhru l-istudenti meta daħlu fil-fabbrika tal-pastizzi.

 

esperjenza interessanti tassew, kemm għall-kbar kif ukoll għaż-żgħar. Saru ħafna mistoqsijiet mill-madwar 30 persuna li attendew u kulħadd deher interessat f’dak li qed isir.
 
Gato’s Pastizzi jinsab f’The Horsley Drive, Carramar, u barra li għandu ambjent ta’ ‘Coffee Shop’ komdu ħafna, għandu għall-bejgħ ukoll varjetà kbira ta’ ikel u ħelu Malti.
 
Charles Hili ġie ppreżentat b’Ċertifikat u rigal mingħand l- għalliema tal-iskola tal-Malti b’apprezzament ta’ din iż-żjara impressjonanti.
 
Din mhix l-ewwel darba li l-istudenti u anke l-ġenituri tagħhom ġew meħuda f’postijiet assoċjati mal-Maltin ta’ NSW u għalhekk din l-iskola tgawdi popolarita’ kbira mal-Maltin u dejjem tkompli tikber.
 
Għal kull tagħrif dwar il-klassijiet tal-Malti u kultura f’Sydney ikkuntattjaw lil Maria Tel 0416 119 100.

 
 

 Kont taf:

 

Il-vapur Asturias għamel 18-il vjaġġ lejn l-Awstralja u bejn 1947 u 1950 u ġarr miegħu 4,770 Malti, filwaqt li l-vapur Sorriento bejn 1949/55 għamel għaxar vjaġġi u ġarr 3,381 Malti.
 

Bejn is-snin 1951-1970 waslu l-Awstralja 74 fil-mija tal- Maltin.

 

Skond iċ-ċensiment Awstraljan 2006, 153,805 persuna qalu li għandhom antenati Maltin. Minn dawn 43,708 twieldu Malta; għalhekk fl-Awstralja hawn 110,097 li għalkemm isejjħu lilhom infushom Maltin iżda ma twieldux Malta.
 
 

 
 

Nieħdu gost jekk tibgħatuli aħbarijiet mill-komunità biex indaħħluhom f’din il-website li tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 2000 qarrejja fil-ġimgħa.
Ibgħatu lil
lawdimech@optusnet.com.au

 

 

Jekk trid taqra l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn

 

 
 
 

 

 

 

Għal iktar aħbarijiet aqraw

toħroġ ma' l-Awstralja kollha
kull nhar ta' Tlieta

 
 

 

 

 
 

Home  |  Maltese Għana  |  Maltese Folklore  |  General Section  |  Malta Related Links

 

Copyright © 2010 allmalta.com. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by John J. Cassar.