| |
|
Simboli tal-Awstralja f’Għawdex |
|
| |
|
|
|
 |
|
Id-dar bl-arma (coat-of-arms) tal-Awstralja. |
 |
|
L-isem tad-dar fuq sfond tal-mappa
Awstraljana. |
|
|
| |
|
|
| |
|
Għal dawk b’nuqqas ta’ vista |
|
| |
|
Iktar
jafuh bħala l-fotografu uffiċjali ta’ Parramatta Eagles FC jew
għax-xogħol volontarju tiegħu mal-Maltese Welfare (NSW) u
Gosford Vision Australia iżda Lawrence Gatt, imwieled il- Birgu
li flimkien ma’ martu Nathalie joqgħodu f’Umina Beach għandu
delizzju ieħor, dak ta’ l-isparar bil-qaws tant li sar
instructor u coach f’dan l-isports mal-Police & Community Youth
Club (PCYC) ta’ Umina Beach NSW.
Ftit ilu, il-PCYC flimkien ma’ Vision Australia organizzaw jum
hekk imsejjaħ “ComeN Try Indoor Archery” għal dawk li għandhom
nuqqas ta’ vista biex juruhom attivitajiet rikreattivi li hemm
f’dawn in-naħat. Kienu ħafna dawk li attendew u ndunaw |
 |
 |
|
Lawrence Gatt mal-istudenti
tiegħu. |
|
|
 |
|
Lawrence Gatt juri lil Onor
Marie Andrews MP
kif tagħmel użu mill-qaws. |
 |
|
li anke jekk
għandhom nuqqas ta’ vista xorta
jistgħu jieħu sehem f’dan id-delizzju. Attendew ukoll l-Onor
Marie Andrews, Membru ta’ tal-Assemblea Leġislattiva u
l-Membru għal Gosford flimkien mas-Sindku ta’ Gosford, Chris Holstein.
Lawrence Gatt qal li kien ferm sodisfatt b’dak li ra f’dan
il-jum miftuħ ta’ taħriġ. “Anke dawk għomja jistgħu
jipparteċipaw u jien ngħallimhom kif jisparaw bil-qaws mingħajr
ma jagħmlu użu minn ħafna armar mekkaniku. L-iskop prinċipali hu
li dawn ikunu jistgħu jieħdu sehem bla ħafna xkiel ma’
kompetituri normali”. Lawrence Gatt jorganizza għall-PCYC
programmi dwar l-isparar bil-qaws kemm għall-anzjani u anki
għaż- żgħażagħ. L-ikbar sfida tiegħu hi dik li jintegra dan
it-tagħlim flimkien ma’ dawk li għandhom nuqqas normali biex
jaraw. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Fil-ġimgħat
li għaddew qrajtu dwar iċ- ċelebrazzjonijiet tas-7 ta’ Ġunju
1919 li fil-belt ta’ Sydney isiru biswit il- Monument li hemm
f’Civic Park fis- subborg ta’ Pendle Hill NSW.
Dan il-monument li jidher f’dan ir-ritratt, ġie mibni fis-sena
1988 bħala parti mill- Bicentenary Celebrations meta l-Gvern u
l-poplu Awstraljan kienu qegħdin ifakkru l-200 anniversarju minn
meta il-Kaptan Ingliż, Arthur Philip daħal għall-ewwel darba
fil-port ta’ Sydney fl-1788. Din il- wasla baqgħet magħrufa
bħala l-Ewwel Flotta li kienet tinkludi fiha l-ewwel ħabsin
li l-Ingilterra bagħatu lejn din in- |
|
 |
|
Il-Monument Malti li hemm
f'Pendle Hill NSW. |
| |
|
|
|
naħa tad-dinja biex bnew parti
oħra mill-Imperu Ingliż.
Bħala tifkira, il-Gvern Federali ħeġġeġ lill-komunitajiet
Awstraljani, inklużi dawk etniċi biex jidħlu għal proġetti li
jibqgħu ta’ tifkira. Il-Maltese Community Council ta’ NSW
iddeċidew li jibnu dan il-monument wara l-kisbu l-art mingħand
il-Kunsill tal-belt ta’ Holroyd.
Is-subborg ta’ Pendle Hill għandu wkoll rabta qawwija mal-
komunitą Maltija għax ħafna mill-ewwel Maltin issetiljaw dawn
in-naħat u bdew l-industrija tat-tiġieġ kif ukoll kien hawn
ħafna market gardeners. |
|
L-ismijiet tas-sottu kumitat u
l-kumitat ċentrali tal-Kunsill Malti għandek isibhom fuq il-plakki ta’
l-irħam li hemm flimkien ma’ plakki oħra li jfakkru l-istorja ta’ Malta
u tal-komunitą Maltija f’NSW. Hemm xi plakki wkoll jfakkru żjarat
importanti.

Il-monument li fih erba’ kolonni li jiffurmaw il-ġwienaħ tat-tmien
partijiet tas-salib ta’ Malta jinstab fuq naħa waħda waqt li quddiemu
hemm fetħa mdawwra bil-pilastri tal-ħadid waqt li fl- art hemm id-disinn
tas-salib ta’ Malta. Tista’ tgħid kull viżitatur importanti li jiġi minn
Malta jagħmel żjara lil dan il-monument li jfakkar il-kontribut enormi
tal-Maltin mhux biss lejn dawn in- naħat ta’ Sydney iżda lejn l-iStat
kollu ta’ NSW. |
|
| |
|
|
| |
|
|
|
|
 |
Sydney hi l-belt
capital ta’ NSW, Perth ta’ Western Australia, Adelaide
ta’ South Australia, Melbourne ta’ Victoria, Brisbane
ta’ Queensland, Hobart ta’ Tasmania, Darwin
tat-Territorju tat-Tramuntana u Canberra hija l-belt
kapitali ta’ l-Awstralja.
|
 |
L-ewwel Prim Ministru
Malti li żar l-Awstralja kien Dr Giorgio Borg Olivier
f’Novembru 1966. |
|
|
|
 |
Il-Perit Dom Mintoff
bħala Kap ta’ l-Oppożizzjoni żar l-Awstralja f’Jannar
1968.
|
 |
Hawn 42 ċittadin Malti
jservu sentenzi ta’ ħabs barra minn Malta. Minn dawn, 22
għandhom ċittadinanza doppja u qegħdin iservu s-sentenza
fl-Awstralja.
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nieħdu gost jekk tibgħatuli
aħbarijiet mill-komunitą biex indaħħluhom f’din il-website li
tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 2000 qarrejja
fil-ġimgħa.
Ibgħatu lil
lawdimech@optusnet.com.au |
|
|
|
|
|
Jekk trid taqra
l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|