| |
|
It-tifkira tas-Sette Giugnio f’Sydney |
|
| |
|
Jekk
il-monument tas-Sette Giugno f’Malta tneħħa ħesrem mill-pjazza
San Ġorġ u tpoġġa temporanjament fil-ġonna ta’ Hastings (magħruf
sewwa mill- maħbubin) is-sinifikat storiku ta’ dak li jfakkar
dan il-jum żgur ma ntilifx mal- komunità Maltija ta’ Sydney
l-Awstralja.
Kull sena tiġi organizzata kommemoraz- zjoni impressjonanti
f’Civic Park f’ Pendle Hill, is-subborg magħruf bħala l-benniena
tal-komunità Maltija fl-inħawi tal-punent ta’ Sydney. F’dan
il-park, il-komunità Maltija bniet il-Maltese Bi-Centennial
Monument bħala tifkira tal-mitejn sena (Bicentenary) minn meta
waslu l-ewwel bojod taħt il-kmand tal-Kaptan Cook u l-
ikalżrati mill-Ingilterra f’dan il-pajjiż. Mal- ħitan tal-kolonni
ta’ dan il-monument, f’forma tas-salib ta’ Malta għandek isib l-
istorja tal-miġja tal-Maltin f’dan il- kontinent.

Kien jum xemxi iżda xitwi meta numru mdaqqas ta’ Maltin u oħrajn
inġabru madwar dan il-monument biex ifakkru il- 91 sena minn dik
hekk imsejjħa r- rivoluzzjoni Maltija meta fis-7 ta’ Ġunju 1919,
il-Maltin imxebba’ sa mnieħirhom bil-ħakma kolonjali u maħkuma
bil-ġuħ daħlu fit-triqat tal-belt Valletta biex jipprotestaw.
Is-suldati Ingliżi daħlu wkoll u ġew ordnati biex jisparaw fuq
il-Maltin b’riżultat li erba’ eroj sfaw maqtula, Ġużeppi
Bajada,, Manwel Attard, Wenzu Dyer u Karmenu Abela.

Kienet tifkira solenni iżda impressjonanti ferm. Il-President
tal-Kunsill tal-Komunità Maltija ta’ NSW, Alfred Fenech fisser
li waqt li r-rappreżentanti tal-Gvern ta’ Malta jagħtu għarfien
lit-21 ta’ Settembru u l-Knisja lit-8 ta’ Settembru l-Kunsill
ifakkar is-7 ta’ Ġunju bħala waħda mill- ħames festi nazzjonali
ta’ Malta.
 |
|
 |
|
Iż-żewġ bandieri jperpru fuq
dawk li kienu preżenti. |
 |
|
Il-mistednin li attendew
fosthom Kunsillieri mill-Holroyd City Council
u l-eks Premier ta' NSW, Nathan Rees MP |
 |
|
Uħud li ħadu sehem flimkien
mal-kor Malti. |
|
|
|
Din is-sena rajna bidla
sostanzjali fil-programm ta’ tifkira. Waqt li qabel kienu jiġu
moqrija messaġġi mill-Prim Ministru u l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni
din is-sena smajna jirbombja għall-ewwel darba ħdejn dan
il-monument il-vuċi ċara u diretta tal-President tar-Repubblika
ta’ Malta, Dr Ġorġ Abela.
Il-President irringrazzja lil dawk kollha mill-Awstralja li wrew
solidarjetà miegħu u xtaqulu fejqan ta’ malajr wara l-inċident
li ġralu fiċ-Ċina u fisser fit-tul l-istorja mhux biss li ġrat
91 sena ilu iżda l-mixja kostituzzjonali li waslitna
għall-Indipendenza, l- ħelsien mill-barrani u l-għaqda mal-UE. |
 |
 |
|
Maria Decarlo , xellug
(Principal ta' l-iskola tal-Malti f'NSW),
u Marlene Dimech (Maltese Welfare)
flimkien mal-eks Premier ta' NSW, Nathan Rees MP. |
|
|
Il-vuċi tal-President tagħna
l-Maltin kollha ġiet milqugħa b’entużjażżmu minn dawn preżenti u
faħħru lill-Kunsill għal din l-inizjattiva. Id-diskors
kommemorattiv ta’ din is-sena ġie ppreżentat tajjeb ħafna minn
JoAnne Conti-Piriz li tagħmel parti mill-Maltese Language School
ta’ NSW.
Kien hemm preżenti wkoll il-kor tal-Għaqda Kulturali Maltija li
kanta diversi kanzunetti bil-Malti ferm
addattati u spiċċaw billi talbu lil
dawk preżenti jżommu id f’id waqt
ir-rendizzjoni tal-magħrufa kanzunetta “Agħtini Jdejk” Il-kurunettier
Eric Rizzo daqq il-Last Post waqt li Anthony D’Anastasi
is-segretarju tal-RSL Maltese Sub-Branch qara talba kif għamel
ukoll Fr Claude Borg. Charles Mifsud mexxa l-
preżentazzjonijiet.
Għal din iċ-ċerimonja kien hemm preżenti l-eks Premier ta’ NSW,
l-Onor Nathan Rees MP kif ukoll il-Kunsillieri ta’ Holroyd City
Council, Greg Cummings, Vesset Rajadurai u Yvette Whitfield (li
kienet qed tirrappreżenta lis-Sindku ta’ Holroyd City, Clr John
Perry) li ma setgħax jattendi.
Kemm l-eks Premier u Clr Greg Cummins fid-diskors tagħhom faħħru
ħafna lill-komunità Maltija fin-naħat tal-punent ta’ Sydney.
Kien hemm preżenti tista’ tgħid l-għaqdiet Maltin kollha ta’ NSW
ħafna minnhom bil-bandalori waqt li r- rappreżentanti tagħhom
ippreżentaw fjuri f’riġlejn il-monument.
Kienet funzjoni tassew imqanqla li ħalliet impressjoni tajba ma’
kulħadd . Wara kien hemm ukoll riċeviment fis-sala ta’ li Scouts
li tinsab fil-viċin tal-Monument. Sirna nafu wkoll li l- Kunsill
jinsab f’diskussjonijiet serji ma’ l-awtoritajiet lokali biex
jinbena ċentru għall-Maltin qrib dan il-monument. |
|
| |
|
|
| |
|
|
| |
|
Sakemm
tkunu qed taqraw din il-paġna jkun ilna diġà xi sitt ijiem
wiċċna mwaħħal mat-televixin ninnutaw, neżaminaw u ħafna drabi
neseġeraw kif it-tim favorit tagħna se jasal biex jgħolli l-FIFA
Tazza tad-Dinja, nhar it-12 ta’ Lulju f’Johannesburg. F’Malta
tinsabu fil-qalba ta’ l-entuzzjażmu fejn il-futball hu parti
kbira mill-ħajja tagħkom. Qatt ma rajt dilettanti daqstant
preokkupati u akkaniti għal din il-logħba tal-ballun tond daqs
kemm rajt Malta. F’din in-naħa tad-dinja fejn il-futball (jew
soccer kif isejjħulu hawn) mhux daqstant il-fus li fuqu ddur
id-dinja għax l-Australian Rules, Rugby League u Rugby Union
huma ferm iktar popolari, it-Tazza tad-Dinja xorta tqajjem ħafna
interess. Dis-sena it-tim Awstraljan jinsab ukoll fl-Afrika
t’Isfel (sofrejna telfa kbira fl-ewwel logħba kontra
l-Ġermanja). L- Awstraljani kienu hemm ukoll fil-Ġermanja erba’
snin ilu. Iżda qabel il-Ġermanja 2006, l-Awstralja kienet ilha
nieqsa mit- Tazza tad-Dinja għal 32 sena sħaħ.

Niftakar sewwa meta l-Awstralja lagħbet kontra l-Italja fl-2006
għax kont Malta. Tlifna b’penalti ta’ Totti fis-90 minuta, li
kien ferm dubjuż u l-Italja spiċċaw biex finalment rebħu t-tazza
Jules Riment. Kieku l-Awstralja rebħet lil Italja dak
in-nhar tas- |
|
 |
|
Dilettanti Awstraljani jaraw
il-logħba kontra l-Ġermanja f'Darling Harbour (li bniet fil-4.30
am ħin ta' Sydney) fl-eqqel tax-xitwa |
| |
|
26 ta’ Ġunju 2006
f’Kaiserslautern konna noħolqu frakass f’tas- Sliema għax konna
lesti noħorġu b’serbut karozzi bil-bandieri Awstraljani. Mur ara
kemm konna naqalgħu insulti u bbujjar. Iżda sakemm Malta ma
tidħolx fil-finali tat-Tazza tad-Dinja, l- Awstralja tibqa’
l-pajjiż favorit tiegħi anke jekk nitilfu. |
|
|
| |
|
|
| |
|
|
|
|
 |
L-iktar lingwi
mitkellma fl-Awstralja huma: L-Ingliż, it- Taljan,
il-Grieg, il-Kantoniż, l-Għarbi, il-Mandarin u l-
Vjetnamiż.
|
 |
Bejn iċ-ċensimenti
2001 u 2006 l-ikbar żjieda ta’ nies li daħlu
fl-Awstralja kienu ċ-Ċiniżi (64,000) u l-Indjani
(52,000). |
|
|
|
 |
64% tal-popolazzjoni
Awstraljana huma Kristjani. Dawk ta’ twemmin ieħor huma
2% Buddisti, Islami 2% u Hindi 1%.
|
 |
Kull sena madwar 5
miljun persuna żżuru l-Awstralja bħala turisti.
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nieħdu gost jekk tibgħatuli
aħbarijiet mill-komunità biex indaħħluhom f’din il-website li
tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 2000 qarrejja
fil-ġimgħa.
Ibgħatu lil
lawdimech@optusnet.com.au |
|
|
|
|
|
Jekk trid taqra
l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|