Aħbarijiet mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.

Dawn l-aħbarijiet jidhru wkoll fil-gazzetta "l-orizzont" li toħroġ f'Malta.
Għal iktar tagħrif u aħbarijiet fid-dettall aqraw
The Maltese Herald, il-gazzetta nazzjonali tal-Maltin fl-Awstralja li toħroġ kull ġimgħa.

 
 

It-Tnejn, 14 ta' Ġunju 2010

 
 

 Mhux faċli temigra lejn l-Awstralja

 

Ħafna jgħidulek li l-komunitą Maltija fl-Awstralja, almenu dawk li emigraw, qegħda tixjieħ. Dan hu fatt. L-emigrazzjoni minn Malta għall-Awstralja bdiet tbatti ma’ l-aħħar tas- sebgħinijiet, kważi 40 sena ilu. Għalhekk illum ngħidu li l-etą’ bejn wieħed u ieħor tal-komunitą Maltija hija ta’ 60 sena b’paragun ma dik Awstraljana li hija ta’ 36 sena.

Qatt ma kien daqshekk faċli biex temigra lejn l-Awstralja. Niftakar li biex aċċettawni kelli nagħmel għadd ta’ eżamijiet mediċi, eżami tal-kondotta u anke intervista personali mar-rappreżentant mill-Awstralja li kien jiġi Malta biex jagħżel l- aħjar. L-Awstraljani tilgħabilhomx, dejjem riedu l-aħjar u dawk iż-żminijiet kien hemm minn fejn tagħżel kif ukoll min jimbuttana ‘l barra!

L-Awstralja kontinent enormi li għandu 7,706,168 sq km ta’ art. Dan ifisser li l-Awstralja hija ikbar mill-Portugal, Spanja, Franza, l-Ingilterra, il-Ġermanja, l-Italja, l-Ungerija, ir-Rumanija, il-Bulgarija, il-Greċja, iċ-Ċekoslovakkja u l-Polonja kollha flimkien. Iżda f’dan il-kontinent hawn biss jgħixu ftit iktar minn 20 miljun persuna, kważi kollha jgħixu max-xtajta.

Mhux faċli li temigra lejn l-Awstralja. L-Awstraljani dejjem irnexxilhom iżommu kontroll assolut fuq id-dħul għalkemm dejjem ippruvaw li ma jiddiskriminawx, almenu fid-dehra. L- Awstralja huma ġenerużi ħafna mar-refuġjati u jaqdu dmirhom sewwa fejn jidħlu l-obbligi internazzjonali.

Fiż-żminijiet tallum. ħafna Maltin jafu sewwa kemm huwa diffiċli biex temigra lejn l-Awstralja. Mill-uffiċċju tal-Kummissjoni Għolja Awstraljana f’Ta’ Xbiex tneħħiet is-sezzjoni ta’ l- Immigrazzjoni. Dan ifisser li biex sempliċi tapplika trid tinqeda mhux iktar minn Malta iżda minn ambaxxati Awstraljani fl- Ewropa

 

Minn żmien għal ieħor l-Awstraljani joħorġu lista ta’ snajja’ li għandhom bżonn u jekk tkun tapplika għalik għandek ċans sabiħ li tidħol. Fil-preżent din il-lista, minn 400 ġiet imnaqqsa għal 181 (highly skilled migrants). Fost dawn insibu tobba, nersis, inġiniera, xjentisti, għalliema, vets, locksmiths, dentisti, majjistri, mekkanik, briklajer, mastrudaxxa, tiller, electricians u plumbers.
 
Is-Senatur Chris Evans, il-Ministru ta’ l-Immigrazzjoni u ċ-Ċittadinanza qal li kien hemm bżonn li jirranġa l-lista ta’ okkupazzjonijiet “high valued” biex ipoġġi mill-ġdid l-integritą fil- programm ta’ skilled migration u jimbarra l-bieb lil dawk li kienu qegħdin jimmanipulaw is-sistema speċjalment dawk li kien qegħdin jidħlu l-Awstralja bħala studenti u waqt li jkunu hawn jispiċċaw korsijiet qosra bħal kokijiet u qtugħ tax-xagħar biex jikkwalifikaw bħala skilled migrants.

 
 

 Parlamentarju magħruf

 

Wieħed mill-iktar politiċi prominenti fl- Awstralja minn naħa tal-Partit Federali Laburista bla dubju hu l-Onor Chris Bowen MP li għalkemm għadu biss ikkontesta u rebaħ postu f’dawn l-aħħar żewġ elezzjonijiet jiġifieri 2004 u 2007 mill-ewwel inħatar Assistant Teżorier f’Diċembru 2007. Illum hu l-Ministru nkarigat mill-Affarijiet Finanzjarji, Superannuation u Corporate Law. Għall- elezzjoni Federali li jmiss id-distrett tiegħu safą mqalleb xi ftit u fejn qabel kien iġib l-isem ta’ Prospect issa se jġib l-isem ta’ McMahon (imsemmi għal 20 PM Awstraljan, Sir William McMahom 1971/72). Dan iż-żagħżugħ Membru tal- Parlament għandu  affinitą  kbira mal- Maltin tant li hu   miżżewweġ   mara  ta’  dixxendenza Maltija. Dan l-aħħar iltaqa’ wkoll  ma  Dr  Joseph Muscat f’Canberra.

 

Kien nieda wkoll l-aħħar ktieb tiegħi  “Telqu għal Għonq it-Triq 2” fi Greystanes NSW .

Barra  dan għandu  eluf  ta’  Maltin fid-distrett tiegħu. Kull sena  Chris  Bowen  MP  jorganizza morning  tea  biex  jonora lill-anzjani  li jgħixu  fid-distrett  tiegħu  u kull sena din il- funzjoni  qed  isir  ferm  iktar   popolari.  Dis-sena   fost   is-sitt

 

persuni  li  rċevew  ħarfien erbgħa  minnhom  kienu  Maltin. Għal din l-okkażjoni attenda  wkoll il-Membru Statali ta’ Smithfield,  Nonos  Khoshaba  li  jidher  f’dan  ir-ritratt bil- wieqfa, l-ewwel fuq ix-xellug. Hemm ukoll Joseph Caruana, Chris Bowen,  Ken  Brindley  u  Mario  Curmi.  Fuq  quddiem  mix-xellug jidhru: Ann Buhagiar, Wilson Hanna u Doris Caruana.

 
 

 Il-plejer Joe Cilia

 

Għandi konnessjoni storika mal-logħba tal-futball fl-iStat ta’ NSW u speċjalment mat-tim tal-Maltin, Melita Eagles li llum jilgħabu fil-Winter Super League ta’ NSW bl-isem ta’ Parramatta Eagles għalkemm it-tmexxija taqa’ taħt il-ħarsien tal- Parramatta Melita Eagles Sports Club Ltd li llum għandhom forma ta’ sponsorship mal-Granville District Association.

Tul żmieni fl-amministrazzjoni tat-tim Malti ltqajt ma’ ħafna plejers ta’ fama Maltin li ġew jilgħabu f’din in-naħa tad-dinja. Fost wieħed mill-aqwa kien hemm Joe Cilia li beda l-karriera tiegħu fl-ewwel diviżjoni mar-Rabat FC fl-1953/54 iżda mbagħad sar sinonimu mal-Valetta FC fejn rebaħ il-Malta Footballer of the Year darbtejn 1957/58 u 1963/64.

Joe Cilia kien jingħazel ma’ Malta X1 regulari u kien ukoll il- kaptan. Fl-aqwa tal-karriera tiegħu emigra lejn Sydney l- Awstralja fejn lagħab regulari mal-Melita Eagles u għamel xi staġuni wkoll bħala plejer-kowċ fis-seba' snin li dam f’dan l- istat. Reġa’ lura lejn Valletta FC fl-istaġun 1971-72. Kelli x-xorti niltaqa’ ma’ dan il-plejer veteran meta kont Malta. Ftaħar miegħi kemm ġie mogħti merħba kbira meta reġa’ żar Sydney dan  l-aħħar.  Qalli “qatt ma kont nobsor li baqgħu tant jiftakruni

 

Joe Cilia u Lawrence Dimech

 

u jirrispettawni” Hawn qalli b’dispjaċir kemm f’Malta r-rispett lejn plejers internazzjonali veterani ftit jeżisti u mank jiġu mogħtija faċilitajiet speċjali f’Ta’ Qali. Mhux sewwa hux!

 
 

 Flus għal kawża tajba

 

Għalkemm kienet għodwa mimlija xita l-ġabra ta’ kull sena li tiġi organizzata mill-Our Lady of Victories Social Group biex jiġbru donazzjonijiet għal Cancer Research xorta saret. Flok fil-miftuħ, il- Morning Tea Fundraiser sar fil-Fire Station ta’ Horsley Park NSW fejn kien hemm madwar 150 persuna, ħafna minnhom semmiegħ ta’ Sydney One Radio li jmexxi Frank Delia. Kien hemm atmosfera ferrieħa ħafna u l-kantant Tony Fenech żamm lil kulħadd kuntent bil-kant tiegħu flimkien ma’ l-MC Joe Xuereb. Kien hemm ikel u xork bl-abbundanza. Kien hemm żewġ kelliema mill-Cancer Council, Virginia Hatcher li tkellmet dwar il-kankru tas-sider u Michael Norris li tkellem dwar il-kankru tal-prostata. 
 
Iż-żewġ  Maltin  li  għas-seba’  sena nfila

 

Il-grupp tal-Horsley Park li organizzaw b'suċċess din il-ġabra għal karitą.

 

jorganizzaw din l-attivitą huma Josephine Borg u Theresa Quattromani  li waqt li rringrazzjaw lil dawk kollha li kienu ta’ xi

 

għajnuna ħabbru li dis-sena rnexxielhom jilħqu s-somma ta’ $14,700 li bħas-soltu se jiġu mogħtija lil Cancer Research.

 
 

 Kont taf:

 

Barra l-istazzjon tar-radju SBS li huma ffinanzjat totalment mill-Gvern Federali u x-xandara kollha huma mħallsa, hawn għadd kbir ta’ programmi bil-Malti fuq ir- radjijiet tal-komunitą li huma mmexxija minn voluntieri.
 

Skond lista uffiċjali, attendew 86 delegat għall- Konvenzjoni għall-Maltin ta’ Barra li saret f’Malta f’Mejju 2010. Minn dawn kien hemm 27 mill-Awstralja, 9 minn Malta, 5 kull wieħed mill-Amerika u Franza, 4 mill- Kanada, 3 mill-Ingilterra u xi pajjiżi oħra.

 

Kif il-popolazzjoni ta’ dawk il-Maltin fl-Awstralja li twieldu Malta qegħdin jonqsu:
 

 

1981 = 57,000,
1986 = 56,232,
1991 = 53,858,
1996 = 50,879,
2001 = 46,980
u skond l-aħħar ċensiment tal-
2006 = 43,708.

 
 

Nieħdu gost jekk tibgħatuli aħbarijiet mill-komunitą biex indaħħluhom f’din il-website li tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 2000 qarrejja fil-ġimgħa.
Ibgħatu lil
lawdimech@optusnet.com.au

 

 

Jekk trid taqra l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn

 

 
 

 

 

 

Għal iktar aħbarijiet aqraw

toħroġ ma' l-Awstralja kollha
kull nhar ta' Tlieta

 
 

 

 

 
 

Home  |  Maltese Għana  |  Maltese Folklore  |  General Section  |  Malta Related Links

 

Copyright © 2010 allmalta.com. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by John J. Cassar.