| |
|
|
| |
|
Dr
Joseph Muscat, il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni u d-delegazzjoni tiegħu
ppruvaw jagħmlu l-impossibbli. Iżuru l-Awstralja f’għaxart
ijiem. Mhux faċli. Ninsab ċert li din iż-żjara kienet mhux biss
impenjattiva iżda li tħalli li dawk li jippruvaw jidħlu għaliha
bla nifs. Żgur li mhix xi xalata. Id-distanzi fl-Awstralja huma
enormi. Marru postijiet fejn is-sewqan kien sagħtejn u nofs jekk
mhux iktar. Mhux din iż-żjara biss ħadet din ir-rotta iżda
żjarat simili kemm ta’ Ministri, Prim Ministri u anke Presidenti
meta jiddeċiedu li jiġu jżuru lill-komunitą Maltija
fl-Awstralja.
F’dawn l-aħħar żminijiet bit-teknoloġija moderna, il-partiti
politiċi Maltin jippruvaw iżommu kontroll assolut fuq kif jidhru
l- aħbarijiet f’Malta waqt iż-żjajar ta’ dawn il-persuni
importanti. Ma tlumhomx. Iridu jipproġettaw l-aħjar kitba,
stampi u xeni fejn hu l-iktar ta’ importanzi u fejn l-iktar li
se jkollu impatt, jiġifieri f’Malta.
Iż-żjara ta’ Dr Joseph Muscat fl-Awstralja kienet waħda
deskritta bħal “żjara privata” iżda xorta laħqet l-għanijiet
tagħha għax għalkemm kollox isir b’għaġġla iżda ma hemmx dubju
li d-delegazzjoni kellhom l-opportunitą li jiltaqgħu
mal-komunitą Maltija kemm f’Sydney fejn bdiet iż-żjara,
Canberra, Adelaide u fl-aħħar Melbourne. Id-delegazzjoni Maltija
kienet, kif intqal il- mistiedna mal-Partit Laburista
Awstraljan.
Jien ċert li tul żjarat simili bħal dawn id-delegazzjoni tisma’
ħafna suġġerimenti u anke ilmenti iżda jridu jsiru studji ferm
iktar fil-fond biex jaslu għal xi konklużjoni kif tassew il-
Gvernijiet ta’ Malta jistgħu jkunu
ta’ għajnuna għal dawk il- |
 |
 |
|
Dr George Vella iltaqa’
mal-kuġina tiegħu (Josephine Vella) li kien
ilu ma jarha 15-il sena meta żar South Australia.
Jidhru mix-xellug: Joe u Josephine Vella u Miriam u Dr George
Vella. |
|
|
|
|
| |
|
|
| |
|
L-istorja ta’ l-emigranti fl-Mdina |
|
| |
|
Ma
nixba’ qatt nikteb dwar l-esperjenzi li kelli meta kont Malta
dan l-aħħar. Mhux possibbli li nsemmi kollox iżda biss dawk li
kellhom konnessjoni mal-komunitą Maltija ta’ l- Awstralja. Waqt
li attendejt għall-Mdina Festival, tista’ tgħid b’kumbinazzjoni
nnutajt li kienet se ssir taħdita mill-istoriku Mark Caruana
dwar “Maltese Achievers in Australia” fin- National Archives,
fis-sensila ta’ public lectures fil-Legal Documentation Section
fil-Banca Giuratale. Flimkien ma’ marti, Charles Mifsud u Fred
Fenech għażilna li nattendu l-lekċer ta’ Mark Caruana milli
nkomplu ngawdu dak li kien qiegħed jiġri fit- toroq dojoq ta’
l-Mdina almenu għal madwar siegħa.
Mark Caruana flimkien ma’ martu Antoinette kienu Malta biex
jattendu għal Konvenzjoni tal-Maltin li Jgħixu Barra iżda wkoll
iċċellebraw l-40 anniversarju taż-żwieġ tagħhom fil-gżira fejn
ingħaqdu b’dan is-sagrament. Mark Caruana li ilu l-Awstralja
mill-1973 huwa riċerkatur magħruf ta’ l-istorja ta’
l-emigrazzjoni u jaħdem ħafna biex jippreserva l-Oral History.
Dan l-aħħar għadu kemm spiċċa wkoll riċerka ta’ database ta’
23,000 isem Malti li emigraw minn Malta lejn l-Amerika u
l- Kanada bejn 1820-1957. Qed jaħdem ukoll fuq
database oħra |
|
 |
|
Mark Caruana jitkellem
fl-Mdina. |
| |
|
tal-Maltin fl-Awstralja
bbażata fuq l-applikazzjonijiet tal- passaporti li ħarġu minn
Malta bejn is-snin 1800-1940 u li hemm fin-National Archives
ir-Rabat, Malta. |
|
|
| |
|
|
| |
|
|
| |
|
Uħud
mill-qarrejja ta’ din il-paġna, kemm-il
darba jiktbuli biex nipprova nwasslilhom aktar
aħbarijiet minn naħat oħra ta’ l-Awstralja. Jien
ninsab ibbażat fl-iStat ta’ NSW fin-
naħat ta’ Sydney (biex niftehmu aħjar). Illum pereżempju, għandi
aħbar ta’ attivitą
mill-Maltin ta’ South Australia.
Id-distanza bl-art mill-belt ta’ Adelaide, il-kapitali ta’
l-iStat ta’ South Australia għal Sydney hi ta’ 1374 km jew
853 mil. Trid vjaġġ ta’ 17-il siegħa bil-karozza
biex tasal minn naħa għall-oħra. Bl-ajru
għandek 1165km (724km). |
|
Qed nikteb dan għax kieku
l-ħabib tagħna Joseph Briffa li huwa s-Segretarju tal-Maltese
Guild ma jibgħatlix xi aħbar ftit inkunu naf x’qiegħed isir
f’dawk in-naħat. Ftit ilu organizzaw ħarġa bil- coaches.
Madwar 75 persuna marru f’Kadina fil-belt ta’ Wallaroo fejn
kielu fil-Prince Edward Hotel. Wara nofs in-nhar mill-Hotel
Marina setgħu jitpaxxew bil-Water of Spencer Gulf u wara dawra
sabiħa marru lura f’darhom. Skond Joseph, dawn il- ħarġiet huma
mportanti biex iżommu għaqda fost il-Maltin ta’ South Australia.
Ir-ritratt juri lil dawk li marru għal din l-attivitą
jorganizzaw kikkra tč waqt waħda mill-waqfien li kellhom. |
|
 |
 |
|
Uħud minn dawk li attendew
għal ħarġa soċjali f'South Australia |
| |
|
|
|
|
|
|
|
|
 |
Li l-ewwel Maltin li
marru l-Awstralja kienu “convicts” u waslu hemm
eżattament 200 sena ilu.
|
 |
Li fis-sena 1838 wasal
l-ewwel “free settler” Malti fl- Awstralja.
|
 |
Li fl-ewwel grupp
organizzat ta’ 71 Malti marru jaħdmu fil- kannamieli fi
Queensland fl-1883. |
|
|
|
|
 |
Li madwar 89%
tal-Maltin li emigraw lejn l-Awstralja waslu hemm qabel
l-1979.
|
 |
Li x-xahar ta’ Mejju
f’Sydney kien l-iktar wieħed bix-xita f’dawn l-aħħar
seba’ snin.
|
 |
Li niżlet 169mm xita
f’Sydney f’13-il jum iżda xorta x- xahar ta’ Mejju kien
l-iktar wieħed sħun mis-sena 2004. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
KUNTATTI
Nieħdu gost jekk tibgħatuli
aħbarijiet mill-komunitą biex indaħħluhom f’din il-website
li
tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 2000 qarrejja
fil-ġimgħa.
Ibgħatu lil
lawdimech@optusnet.com.au |
|
|
|
|
|
ARKIVJU |
|
|
|
Jekk trid taqra
l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|