Aħbarijiet mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.

Għal aktar aħbarijiet mill-Awstralja aqraw The Maltese Herald
li toħroġ fl-Awstralja kollha kull nhar ta' Tlieta.

 
 

It-Tnejn, 1 ta' Marzu 2010

 
 

“Telqu għal Għonq it-Triq”
jieħu spinta qawwija minn lejla suċċess

Uħud minn nies li l-istorja tagħhom hija rrekordjata fil-ktieb f'ritratt kommemorattiv u storiku.

Jidher li meta l-Maltese Welfare (NSW) jorganizzaw xi lejla speċjali din dejjem tkun mill-aqwa u fuq kollox jattendu għaliha ħafna nies. Meta ġie illonċjat il-ktieb “Telqu għal Għonq it-Triq – Book Two – kienet lejla ta’ nostalġija u tagħlim. Smajna diskorsi tassew mirquma u spjegazzjoni bid-dettall għaliex l- istorja ta’ l-emigranti minn Malta għall-Awstralja għandha tiġi miġbura u qatt minsija.

Dan kien it-tieni ktieb ta’ l-awtur Lawrence Dimech li jiġbor fih sensiela  ta’  intervisti ma’ għadd ta’ Maltin li tkellmu ċar dwar l-esperjenzi tagħhom fl-ewwel żminijiet fl-Awstralja, id- diffikultajiet, it-tbatija, il-frustrazzjoni u t-trawma li għaddew minnha biex finalment qalbu għal ħajja normali. Il-maġġoranza bnew għalihom u għall-uliedhom ħajja mill-aqwa.

F’wieħed mill-iktar diskorsi mqanqla u mirquma li smajna, Dr Mark L. Dimech, ekonomista żagħżugħ b’karriera brillanti kemm fil-qasam Governattiv u kemm fil-privat spjega li l- esperjenza tal-familji tal-ġenituri u n-nanniet tiegħu jistgħu jiġu deskritti bħala perjodi ta’ “sunshine and shade”. Dr Dimech kompla jispjega kemm kienu diffiċli l-perjodi dellin iżda finalment tfaċċat ix-xemx u ħajja ta’ prosperitą mhux biss għall-familja tiegħu iżda għall-eluf ta’ familji Maltin li qasmu minn naħa għal oħra tad-dinja b’determinazzjoni u qlubija.

DeCarlo s-segretarja
tal-Maltese Welfare
li mexxiet il-laqgħa.

 

Tkellem il-Kummissarju Għoli għal Malta fl-Awstralja u NZ, l- E.T Francis Tabone li daħal sewwa fil-kontenut tal-ktieb billi semma’ l-esperjenzi varji tal- ħajja ta’ xi wħud li nkiteb dwarhom, kwadri b’ħafna ritratti li juru l-kontribut enormi tal-Maltin f’dan il-kontinent. Irringrazzja wkoll lill-awtur għall-attentati tiegħu biex jirrekordja f’kotba l- istorja ta’ l-emigranti Maltin.

Wieħed mill-iktar Membri Parlamentari prominenti, l-Onor Chris Bowen li hu l-Assistent Teżorier      tal-Gvern     Federali

illonċja uffiċjalment il-ktieb billi beda l-ewwel sentenzi tiegħu bil-lingwa Maltija. Dan il-politiku li twieled f’Fairfield NSW u miżżewweġ mara ta’ nisel Malti fakkar fi tfulitu u l- assoċjazzjoni tiegħu mal-Maltin, kemm fejn kien joqgħod u anke meta kien imur l-iskola ma’ tfal b’kunjomijiet bħal Abela, Muscat u Borg. Finalment qal “u spiċċajt iżżewwiġt ma’ Mifsud”.

Wara  tkellmu  wkoll  żewġ favoriti mal-komunitą Maltija, L- Onor  John  Aquilina  li  b’sinċerita  solita  tiegħu rringrazzja lill-

awtur   tax-xogħol   li   qiegħed jagħmel  mal-komunitą  Maltija speċjalment fejn tidħol l-istorja ta’ l-emigrant Malti. Bħas-soltu, l-Onor John Aquilina tkellem ukoll bil-Malti.
 
L-Onor Alan Cadman li għadu kemm irtira minn karriera ta’ 32 sena bħal Membru Federali Awstraljan kellu kliem ta’ tifħir għall-awtur. Waqt li ħares lejn il- banner kbir tal-Maltese Welfare li fih il-kliem “Empowering the Community  to  Prosper”  qabbel

 

L-Assistenst Teżorier Federali Awstraljan Chris Bowen MP hekk kif illonċja l-ktieb
jidher ma' l-awtur.

dan  ma’  dak  li  kien  qiegħed  isir  bil-ħruġ  ta’  dawn il-kotba. “Il-komunitą tieħu s-saħħa minn proġetti ta’ din il-kwalitą” spiċċa biex qal dan il-veteran.
 
Fl-aħħar kien imiss lill-awtur Lawrence Dimech biex jirringrazzja lil dawk preżenti speċjalment lil Carmen Morris li ġiet apposta minn Perth, Western Australia għal dan il-llonċjar kif ukoll Fred u Anna Flask minn Canberra u oħrajn li ġew minn naħat oħra bogħod.

Lawrence Dimech irringrazzja wkoll liż-żewġ kollaboraturi tiegħu f’din il-pubblikazzjoni, Mark Caruana u Emanuel Grima kif  ukoll  lil  Kita  Kassas.  Ringrazzjament speċjali lil Fiducian

Parti min-nies li mlew is-sala

 
 

Il-faċċata tal-ktieb u l-banner interessanti li ħarġu bih
il-Maltese Welfare (NSW) Inc

Nathalie Gatt il-Viċi President tal-Maltese Welfare tiftaħ il-lejla.
Jidhru wkoll uħud mill-mistednin speċjali.

 

Waqt id-diskors ta'
Dr Mark L. Dimech

 

Il-Kummissarju Għoli,
Francis Tabone

Financial Service li għenu finanzjarjament il-pubblikazzjoni ta’ dan it-tieni ktieb kif ukoll lil dawk li ordnaw dan il-ktieb qabel ma ġie ppubblikat.
 
L-Awtur spiċċa billi qal li jekk jitkompla l-appoġġ li kellna fl- ewwel   ktieb  inkomplu  b’kotba  oħra  simili  biex   l-istorja  ta’
l-emigrazzjoni nżommuha ħajja.
 
Il-lejla nfetħet minn diskors qasir minn Nathalie Gatt, il-Viċi President tal-Maltese Welfare (NSW) Inc fejn spjegat dwar ix-xogħol ta’ din l-għaqda tul dawn l-aħħar 32 sena u fakkret fil-Quiet Achievers Night of Recognition li se ssir fil-24 ta’ Marzu fl-Annunciation Hall fi Blacktown NSW. L-MC tal-lejla kienet Maria DeCarlo. Ħadna gost nisimgħu deskrizzjoni dettaljata dwar  dawk  li  kien se jitkellmu. Hija mexxiet il-lejla b’mod professjonali u għan-nom tal-Maltese Welfare irringrazzjat lil dawk kollha li dejjem jattendu bi ħġarhom kull meta jiġu msejjħa għal xi okkażjonijiet bħal dawn.
 

Minn fejn jista’ jinxtara dan il-ktieb:


Malta: J. Cutajar 21 441545
Sydney: Maltese Herald 02 9637 9992
Melbourne: G. Deguara 03 9339 1224
Perth: C. Morris 04 3489 1561

Mix-xellug Il-Ministri John Aquilina MP u Chris Bowen MP,
Il-Kummissarju Għoli, Francis Tabone, Alan Cadman
u Lawrence Dimech.

 
 

Nitolbu lill-qarrejja numerużi ta' din is-website biex għall-ġimgħat li ġejjin flok li jistennew li dawn l-aħbarijiet jaslulhom fil-mailbox tagħhom ifittxuhom huma stess billi jidħlu f'allmalta.com kull nhar ta' Tnejn.

 
 

Nieħdu gost jekk tibgħatuli aħbarijiet mill-komunitą biex indaħħluhom f’din il-website li tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 2000 qarrejja fil-ġimgħa.
Ibgħatu lil
lawdimech@optusnet.com.au

 

 

Jekk trid taqra l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn

 

 
 
 

 

 

 

Għal iktar aħbarijiet aqraw

toħroġ ma' l-Awstralja kollha
kull nhar ta' Tlieta

 
 

 
 

Home  |  Maltese Għana  |  Maltese Folklore  |  General Section  |  Malta Related Links

 

Copyright © 2010 allmalta.com. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com