| |
|
|
| |
|
Mhux
l-ewwel darba li nifirħu ma’ dawk il-koppji Maltin li
jiċċellebraw snin kbar bħala miżżewġin. Joseph u Rita Portelli,
it-tnejn huma Għawdxin, u llum joqgħodu f’ Warrawong, subborg
ħdejn Wollongong NSW għadhom kemm iċċelebraw il- ħamsin sena
minn mindu żżewġu fit-23 ta’ Jannar 1960.
Joseph emigra lejn l-Awstralja fl-1954 u beda jaħdem fl-iSteel
Works ta’ Port Kembla iżda wara ħames snin mar lura lejn Għawdex
fejn iltaqa’ ma’ Rita Galea u żewwiġha. Wara sitt xhur Joseph
kien fi triqtu lura lejn l-Awstralja din id-darba bħala
miżżewweġ frisk.
Fuq il-vapur Russu Zutshi anke l- miżżewġin ġew isseparati tul
il-vjaġġ. Waslu Sydney fid-29 ta’ Ġunju 1960 iżda mill-ewwel
sabu darhom fl-inħawi ta’ Wollongong.

Joseph u Rita illum għandhom erbat itfal u huma nanniet ta’
sitta.
Rita damet bħala cleaner ma’ l-iskola ta’
St Francis of Assisi għal 13-il sena u flimkien ma’ żewġha
għamlu ħafna xogħol ta’ tindif |
|
 |
|
Joe u Rita Portelli flimkien
ma' wliedhom u wlied uliedhom. |
| |
|
u fil-ġnien. Fl-okkażjoni tal-ħamsin
anniversarju rċevew messaġġi ta’ għarfien |
|
minn diversi dinjitarji u tberika
mill-Papa Benedittu. |
|
|
|
| |
|
|
| |
|
|
| |
|
Ix-xahar
ta’ Jannar iġib miegħu l-bard almenu f’pajjiżna Malta iżda xorta
jidher li kien wieħed mix-xhur li fih jitwieldu t-tfal.
Kull sena grupp ta’ membri mill-Għaqda ta’ Don Bosco ta’ Sydney
li twieldu fix- xahar ta’ Jannar jiċċellebraw jum twelidhom
f’party wieħed. Meta poġġew is-snin l-mgħoddija flimkien kważi
laħqu s-500 sena.
Fir-ritratt mil-lemin jidhru Anita Mamo, Anna Fabri, Ernest
Attard, Hannibal, Fred u Mary Camilleri, Marlene Dimech, Tessie
Agius u fuq quddiem Charles
Micallef. |
|
|
|
| |
|
|
| |
|
|
| |
|
Fil-ħajja
twila tiegħi fil-qasam tal-ġurnalismu Malti ħdimt ma’ ħafna
ġurnalisti gwappi u oħrajn. Rajt ħafna minnhom jirtiraw mingħajr
mank biss kelmtejn ta’ għarfien għax-xogħol li wettqu. Ma hemmx
dubju li wieħed mill-iktar xogħol inkrapattiv u ta’ pressjoni
tremenda hu dak ta’ editur ta’ gazzetta ta’ kuljum iżda wisq
iżjed editur fil-Gżejjer Maltin fejn il-politika u ċ-ċokon
tagħna jagħmlu xogħolok ferm diffiċli u kkomplikat. F’kelma
waħda barra li trid tkun ġurnalista ta’ stoffa trid tkun avukat,
konfessur u b’għerf ta’ Salamun.
Hekk niddiskrivi lil ħabib tiegħi Frans Għirxi li wara
17-il-sena bħala editur ta’ l- orizzont, l-ikbar gazzetta bil-Malti
ta’ kuljum f’Malta ħalla l-iskrivanija tiegħu u l-gaġġi ta’
l-għasafar li kellu mdendlin fl-uffiċċju tiegħu b’dehra tal-korsa
tal-golf tal-Marsa meta wasal iż-żmien tiegħu biex jirtira.
Kien ilu mal-Union Press sa mis-sena 1964. Ma nafx kif f’Malta
għadhom jinsistu li jirtirawk ta’ 61 sena meta tkun fl-aqwa
tiegħek mentalment u tkun ksibt xmara ta’ esperjenza speċjalment
f’xogħolijiet ta’ dan it-tip.
Barra x-xogħol ta’ editor, Frans Għirxi kien ukoll il-kap tal-pubblikazzjonijiet
ta’ l- Union Print Co u attiv ferm fil-villaġġ tiegħu ta’ Ħaż-Żebbuġ
speċjalment fil-każin tal- banda. Kien iżomm ruħu “fit” billi
jiġri kuljum. Bniedem ta’ karattru sod mingħajr ħafna |
 |
 |
|
Għadd ta' ġurnalisti Maltin
flimkien ma' Lawrence Dimech iltaqgħu għal ikla fniek
fil-Bidnija.
Fuq wara (mix-xellug): Charles Tonna, Charles Flores, Aleks
Farrugia, Tony Schembri,
Lawrence Dimech. Joe Cutajar, Charles Attard u Richard Mifsud.
Quddiem: (mix-xellug) Frans Ghirxi , Kurt Farrugia, Alfred
Briffa, Freddie Camilleri
u Godfrey Casha. |
|
|
 |
|
Frans Ghirxi |
| |
|
pretensjonijiet.
Kien irrispettat
minn kulħadd. a anke sab
ħin biex f limkien ma’ martu Mary jiġu jżurna
l-Awstralja. Kellu rispett lejn dawk li emigraw u dejjem poġġa
l-gazzetta tiegħu għad-dispożizzjoni tagħna l-Maltin ta’ l-
Awstralja.
Sirt ħabib sewwa ma’ Frans u kull meta żort Malta dejjem sibna
ħin biex nieħdu café jew xi ikla f’Għawdex. Dejjem sab ħin ukoll
biex jattendi l-ikliet li norganizzaw aħna l-ġurnalisti l-antiki
meta nkun Malta. Insellimlek ħabib u naf żgur li ‘l bogħod
mill-problemi kollha li konna npoġġu fuqek issa tista’ tgawdi
ferm iktar lil martek Mary u l-familja tiegħek. Jistħoqqlok. |
|
|
| |
|
|
| |
|
Imħabba għal żewġ pajjiżi |
|
|
|
|
Irrid
naqsam magħkom dan l-artiklu li ktibt fl-okazzjoni ta’ Jum
l-Awstralja 2010.
Mhux faċli li tiddeskrivi l-imħabba li jista’ jkollok għal żewġ
pajjiżi. Jgħidulek li aħjar tkun leali biss lejn il-pajjiż li
twelidt fih. Veru, u fejn hu possibbli dan ma hemmx aħjar minnu.
Iżda aħna twelidna f’pajjiż ċkejken wisq u bħala Kattoliċi
fidili immultiplikajna ferm iżjed milli jifilħu l- gżejjer
tagħna l-Maltin.
Eluf kbar ħadu l-ikbar deċiżjoni f’ħajjithom u telqu djul ommhom
biex fittxew prospetti aħjar mhux biss għalihom iżda wkoll
għall-uliedhom. Jien kont wieħed minn dawk li mingħajr ħafna
analisi fil-fond għażilt li mparpar lejn l- Awstralja fl-eta’
ta’ 18-il sena.
Illum nista’ ngħid li aktar għext fl- Awstralja milli Malta.
B’dana kollu qatt mhux se niċħad art twelidi, l-ilsien li
tagħtni ommi, l-istorja u l-kultura rikka ta’ l-antenati tiegħi.
Jien mhux Malti ta’ l-Awstralja iżda Malti li mort ngħix
l-Awstralja. Hemm differenza kbira. Ta’ 18-il sena ftit stajt
nidħol fil-ħajja Maltija għalhekk għamilt żgur li nżur pajjiż
twelidi spiss biex ma tinqata’ qatt dik l-ewwel parti tant
għażiża ta’ ħajti.
Fejn ngħix fl-Awstralja jkolli mumenti meta nħossni totalment
ħaġa waħda ma’ dan il-kontinent u ma’ dak kollu li dawk li ġew
qabli għamlu biex minn kolonja mimlija ħabsin mill-gżejjer
Britanniċi għamlu nazzjon tant dinamiku, tant progressiv u
demokratiku.
Kull sena fis-26 ta’ Jannar, f’dan il-pajjiż niċċelebraw Jum
l-Awstralja jum mhux totalment aċċettat għax fil-fatt
niċċelebraw il-wasla ta’ l-Ewropej f’dan il- pajjiż.
L-Aboriġini jinsistu li din kienet |
|
 |
|
Emigranti Maltin jitilqu fuq
il-lanċa mid-Dwana f'Xatt il-Belt. |
| |
|
għamlilhom apoloġija uffiċjali
għall-kefrija li sofrew taħt l-Ewropej u dawk li ġew warajhom.
Għalkemm għad hawn minn jikkritika l-jum
tas-26 ta’ Jannar iżda ftit ftit dan il-jum qed jikber
fis-sinifikat tiegħu. Kemm ilu li l-Gvern ta’ Hawke
iddikjara li Jum l-Awstralja għandu jiġi ċċellebrat eżatt
meta jaħbat il-poplu beda jaċċetta l-importanza ta’ jum
wieħed nazzjonali.
Meta 22 sena ilu ċċelebrajna b’mod fenomenali t-tieni ċentinarju
ta’ dan il- kontinent jew aħjar il-wasla ta’ l-ewwel flotta
f’Port Jackson fl-1788, meta għaxar snin ilu l-belt ta’ Sydney
organizzat b’tant suċċess il-Logħob Olimpiku l-poplu Awstraljan
daħħal fih sens ġdid ta’ patriottiżmu u f’Jum l-Awstralja dan
il- poplu multikulturali mingħajr distinzjoni juri r-rispett u
f’ħafna każijiet ir-ringrazzjament tiegħu lejn il-pajjiż li
aċċettah u ħaddnu miegħu.
Jien wkoll f’Jum l-Awstralja nħossni kburi li għażilt dan
il-pajjiż bħala t-tieni art tiegħi u għalhekk naċċetta
l-istedina annwali mill-Premier ta’ dan l-Istat biex immur
l-Convention Centre f’Darling Harbour NSW għall-iState
Reception. Kemm jien u kemm marti nitħalltu ma’ persuni
minn kull sfera tas-soċjetą u |
|
Iva, din l-Awstralja tiegħi,
l-Awstralja li wrietni bidu ta’ tbatija fejn kollox kien ġdid,
kbir u tant differenti mill-belt Ħamruniżi li wellditni.
L-Awstralja li offritli kull opportunitą biex nagħraf
il-potenzjali tiegħi f’dak kollu li għamilt, għalija u
għall-familja tiegħi.
Fis-sena 2003, l-Awstralja ħaddnitni ma’ sidirha b’tgħanniqa
sinċiera meta onoratni bħala Membri ta’ l-Ordni tant prestiġjuża
ta’ l-Awstralja u b’hekk il- missjoni tiegħi waslet fit-tmien
tagħha b’sodisfazzjoni. Unur mogħti minn Gvern li mhux ta’
pajjiżek ikollu prestiġju differenti u donnha ta’ stoffa akbar.
Bħali fl-Awstralja eluf ta’ emigranti Maltin għaddew mill-istess
fażijiet ta’ ħajti. Ħafna laħqu qċaċet ferm iktar għolja minni u
oħrajn gawdew mill-ħajja tant libera u mhux daqstant komplikata
li joffri dan il-pajjiż li fl-eta storika ta’ 222 sena għand
tarbija ħdejn inthom li tgħixu mdawwrin bi swar u storja tant
antika li mank fiha bidu. Daqshekk hemm differenza bejn
il-pajjiż li tagħtni l-ewwel ħajja u l-pajjiż li offrili
salvawomu fit-tieni ħajja tiegħi.
Ma għandi l-ebda dubju li nista’ nħobb mingħajr l-iċken dubju
liż-żewġ pajjiżi b’imħabba li għalkemm differenti
iżda hi |
|
|
|
|
u għadha l-art tagħhom u
r-razza l-bajda serqitilhom arthom u warrbithom. Kien biss
mitejn u tnejn u għoxrin sena wara li l-Prim
Ministru Awstraljan Kevin Rudd |
|
nindunaw kemm dan mhux pajjiż
tal- ħbieb. Tara u titkellem ma’ nies li l-kulur tal-ġilda
tagħhom ma kienet ta’ xi impediment fil-ħajja tagħhom. |
|
| |
 |
|
|
| intensiva xorta
waħda. |
| |
 |
|
|
 |
|
Jiċċelebraw Jum l-Awstralja 2010. |
|
|
|
|
|
|
|
Nieħdu gost jekk tibgħatuli
aħbarijiet mill-komunitą biex indaħħluhom f’din il-website li
tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 1500 qarrejja
fil-ġimgħa.
Ibgħatu lil
lawdimech@optusnet.com.au |
|
|
|
|
|
Jekk trid taqra
l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|