Aħbarijiet mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.

Għal aktar aħbarijiet mill-Awstralja aqraw The Maltese Herald
li toħroġ fl-Awstralja kollha kull nhar ta' Tlieta.

 
 

It-Tnejn, 1 ta' Frar 2010

 
 

Xenarju ideali fejn
l-entużjażmu, ideat
ġodda u l-esperjenza
jaħdmu id f’id

 

Nikteb ħafna kummenti fuq dan il-website u dejjem nieħu pjaċir nara kemm ikun hemm reazzjoni mill-qarrejja. Skond il- webmaster qalli li jkollna iktar minn elfejn tektika kull ġimgħa. L-artiklu  fuq  l-ismijiet  Maltin u kif dawn jidhru fuq il-passaporti

 

Maltin kien wieħed minn dawk l-artikli li laqat il- musmar fuq rasu. Jidher li huma ħafna dawk li għaddew     minn    każi

 

Ritratt tal-Borża fejn se ssir
il-Konvenzjoni għall-Maltin ta' Barra 2010

 
 

simili. Nittama li jkollna reazzjoni pożittiva mill-Gvern Malti u min dawk id-delegati li se jattendu l-Konvenzjoni għall-Maltin ta’ Barra li se ssir f”Malta bejn il-15 u t-18 ta’ Marzu 2010 fil-Borża (Chamber of Commerce) il-Belt Valletta.

 
 

Ħammeġ idejk u mhux ilsinek

 

Dawn l-aħħar snin iktar minn qabel inkwetani ħafna l-mod kif ċerti persuni qed jippruvaw irewwħu minn taħt u joħolqu iktar konflitti u xi kulltant anke mibegħda sfaċ-ċata kontra dawk l- Għaqdiet   Maltin  stab-

 

biliti u dawk li jmexxuhom. Din il-klikka li dejjem issibhom jaħdmu minn taħt iżda b’mod effettiv jitkellmu dwar in-nuqqas ta’ parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-komunitą mingħajr qatt ma jgħidulna eżatt kif u xi jridu u x’qed jistennew mill-komunitą Maltija. Jgħidulek li ż-żgħażagħ ma jersqux lejn il-komunitą Maltija se kemm jibqgħu hemm dawk li qed imexxu llum. Qed tara x’għerf!! Kieku tletin sena ilu meta konna żgħażagħ għamilna hekk x’kien jiġri? Biex nimxu l-quddiem irridu nies ta' determinazzjoni u mhux paroli fil-vojt.

Laqatni sewwa l-editorjali li deher f’The Maltese Herald, nhar it- Tlieta 19 ta’ Jannar 2020. Sena oħra The Maltese Herald ser tagħlaq 50 sena ta’ pubblikazzjoni kontinwa rekord li żgur qatt ma rajna bħalu barra minn Malta fl-ebda post tad-dinja.

Fejn hu l-appoġġ taż-żagħżagħ għal din il-gazzetta? Jgħidulek “imma ma hemmx xejn ta’ interess għalina! Biex ikun hemm affarijiet ta’ interess għalik trid tħammeġ ftit idejk u mhux ilsinek. Fl-editorjal ta TMH taħt is-ras.

 

“L-ikbar wirt li ħallejna liż-żgħażagħ”

 

Inkiteb hekk: “Min żmien għal żmien il-kwistjoni tal- parteċipazzjoni taż-żagħżagħ fil-komunitą Maltija fl-Awstralja terfa’ rasha. Dawk li mhux midħla sewwa tal-komunitą Maltija u dawk li jagħtu ħarsa mgħaġġla lejn il-komunitą l-iktar issib li għandhom vuċi qawwija dwar kif u għaliex it-tfal ta’ l-emigranti ma nteressawx ruħhom, sintendi fil-maġġoranza tagħhom fl- attivitajiet tal-komunitą Maltija
 
Ħafna jgħidulek li kontra komunitajiet etniċi oħra, it-tfal tagħna ħadu rotta oħra u sabu n-niċċa tagħhom u donnhom ma għandhomx bżonn l-użu tal-komunitą bħala krozza kif kellhom jagħmlu dawk li waslu hawn ħamsin u sittin sena ilu.
 
Ħafna jitkellmu wkoll dwar l-ewwel ġenerazzjoni, jiġifieri t-tfal ta’ l-emigranti li twieldu fl-Awstralja. Illum fil-maġġoranza tagħhom dawn ċertament ma għadhomx “żgħażagħ”. Ħafna minnhom qabżu l-erbgħin sena u jekk mhux iktar.

 

Dan ifisser li dħalna fit-tielet ġenerazzjoni ta’ żgħażagħ. Tisma’ ħafna jargumentaw li l-għaqdiet Maltin huma kkontrollati minn persuni mdaħħla fi-żmien. Naħseb li l-maġġoranza ta’ l- għaqdiet Awstraljani u anke f’Malta l-maġġoranza ta’ l-għaqdiet huma mmexxija minn nies avvanzati fl-eta’ u li għandhom esperjenza tal-ħajja.
 
Ħafna jargumentaw ukoll li dawk li jmexxu l-għaqdiet ma jridux jagħtu ċans liż-żgħażagħ. Jista’ jkun dan, iżda mill-esperjenza tagħna dawn huma każijiet iżolati. Sa fejn nafu aħna l-għaqdiet Maltin   kollha  huma  mmexxija  b’mod  demokratiku  fejn  kull membru għandu d-dritt tal-vot u wisq iktar id-dritt li jservi fil- kumitat jekk ikollu l-appoġġ tal-membri.
 
Iva, din hija d-demokrazija li ngħixu fiha. Ma jfissirx li għax tippretendi li int “żagħżugħ” allura għandek tikkmanda u int biss għandek monopolju fuq l-“għerf”. Kulħadd, f’atmosfera demokratika għandu jagħmel l-apprentistat tiegħu. Jekk int persistenti u ta’ rieda tajba u għandek x’toffri b’mod pożittiv żgur li ħadd mhux se jirrifjuta l-għajnuna tiegħek. Dawk li jgħidu bil-kuntrarju ħafna drabi, l-argument tagħhom huwa zopp.
 
L-ikbar rigal li l-komunitą attiva Maltin ħalliet bħal wirt kbir u importanti lil dawk li ġew warajna hija l-kruċjata konsistenti għal dawn l-aħħar kważi erbgħin sena biex akkwistajna mill- Gvern ta’ Malta ċ-ċittadinanza doppja mhux għalina biss iżda għat-tfal tagħna u għall-ġenerazzjonijiet ta’ wara wkoll”.
 
L-editorjali kien itwal u qed nikkwota parti minnu għax naf li ħafna mill-bulijiet tal-komunitą mank jixtru din il-gazzetta u forsi xi ħadd issa jgħaddilhom dawn il-kummenti b’emejl.
 
Ma rridux li jkun hemm qasma bejn iż-żgħażagħ u x-xjuħ. Irridu li dawn jimxu flimkien, fejn l-entużjażmu, ideat ġodda u l-esperjenza jaħdmu id f’id. Min jipprova jaqsam jista’ jkollu mottivi oħra. Naf ħafna Maltin li joffru ħafna opinjoni u jgħidulek b’ħafna elokwenza għaliex ma jridux jindaħlu iżda meta tanalizza dak li jgħidu, tinduna li dawn fil-fatt ma jridux iħammġu idejhom bi ftit xogħol attwali fil-komunitą anke meta xi wħud minnhom approfittaw ħafna mill-komunitą Maltija.

 
 

Nieħdu gost jekk tibgħatuli aħbarijiet mill-komunitą biex indaħħluhom f’din il-website li tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 2000 qarrejja fil-ġimgħa.
Ibgħatu lil
lawdimech@optusnet.com.au

 

 

Jekk trid taqra l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn

 

 
 
 

 

 

 

Għal iktar aħbarijiet aqraw

toħroġ ma' l-Awstralja kollha
kull nhar ta' Tlieta

 
 

 
 

Home  |  Maltese Għana  |  Maltese Folklore  |  General Section  |  Malta Related Links

 

Copyright © 2010 allmalta.com. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com