Aħbarijiet mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.

Għal aktar aħbarijiet mill-Awstralja aqraw The Maltese Herald
li toħroġ fl-Awstralja kollha kull nhar ta' Tlieta.

 
 

It-Tnejn, 25 ta' Jannar 2010

 
 

 Ismi Joseph jew Ġużeppe, Doris jew Dolores!

 

Il-ħajja mimlija problemi u diffikultajiet li jolqtu lil kulħadd. Għadna dritt nippretendu li l-Gvernijiet li nelegu għandhom jagħmlulna ħajjitna iktar faċli u fejn hu possibbli jtaffulna l-ħafna diffikultajiet li joħolqu huma stess kaġun ta’ burokrazija żejda jew aħjar nuqqas ta’ sens komun u prattikalita’.
 
Ħafna mill-ismijiet tagħna l-Maltin, almenu fi żminijiet mgħoddija kienu sempliċi u kważi kollha assoċjati ma’ xi qaddis jew qaddisa. Daż-żmien x’aktarx nieħdu l-ismijiet tat-tfal tagħna minn xi programm tat-televixin jew minn xi magazine. Spiċċaw il-familji fejn Joe, Mary, Maria u Karmenu kienu l-popolari u aċċettati. Niftakar sewwa meta l- kappillan ma kienx jaċċetta ismijiet jekk ma jkunux relatati ma’ xi isem ta’ qaddis jew qaddisa.

Fl-antik ukoll meta Malta kienet italjanizzata, ħafna mill-ismijiet kienu jitniżżlu fid-dokument tat-twelid miktuba la Taljana. Per eżempju ismi ġie mniżżell bħala Lorenzo, imbagħad sirt Wenzu. Meta emigrajt lejn l-Awstralja malajr sirt Laurie u Lawrence. Waħda mill-ħafna diffikultajiet li nħabbtu wiċċna magħhom f’dan il-pajjiż meta niġu biex napplikaw għall-passport Malti, la issa għandna wkoll ċittadinanza doppja hija dwar dawk l-ismijiet li jinbidlu minħabba neċessitą.
 
L-awtoritajiet Maltin jinsistu li l-isem fuq il-passaport Malti għandu jkun eżatt dak u kif ġie miktub fiċ-ċertifikat tat-twelid. Din ir-regola sintendi tapplika wkoll għal dawk iċ-ċittadini Maltin li jgħixu f’pajjiż barra minn Malta u kellhom jirranġaw xi ftit isimhom biex ikunu jistgħu jintegraw aħjar fil-komunitajiet fejn jgħixu illum, fejn ilhom jgħixu għal dawn l-aħħar 20-50 sena u fejn il-lingwa hija differenti.

Iltqajt ma ħafna każi fl-Awstralja fejn Evaristu sar Christopher. Serafino sar Sam, Celeste, Karmenu, Carmel sar Charles u anke Lino. Ġużeppe sar Joe jew Joseph, Ġannmari sar Jim jew James, Leone sar Leo.

Xi ngħidu mbagħad għan-nisa? Dolores saret  Doris,  Lorenza  saret Lorranie jew

 

Laura, Marialina saret Marlene, Vincenza saret Vivian u każijiet oħra simili. Dan it- tibdiliet ma sarx b’kapriċ f’ambjent Awstraljan iżda sar għal bżonn, speċjalment lura fil-ħamsinijiet u s- sittinijiet meta l-multikulturaliżmu ftit kien moda.
 
Biex l-affari titħabbel iżjed, l-awtoritajiet Awstraljani jaċċettaw evidenza ċara u li saħħet tul iż-żmien li ismek minn Dolores sar Doris jew minn Ġużeppe sar Joseph. Ma hemmx dħul fil-Qorti jew tibdil ta’ l-isem uffiċjalment. Jistgħu wkoll joħorġulek passaport jew ċertifikat ta’ ċittadinanza Awstraljan bl-isem li int magħruf bih fl-Awstralja. Sens komun u prattikalita’ tirbaħ fuq burokrazija stretta u inflessibilita’.

Jiġri għalhekk. per eżempju li fuq il- passaport Malti jkollha Dolores Gatt u fuq il-passaport Awstralja jkollha Doris Gatt. Meta jkun hemm bżonn taż-żewġ passaporti jinqala’ ħafna tfixkiel Niftakar każ li ġara fil-preżenza tiegħi fl-ajruport ta’ Malta meta mara li kellha żewġ passaporti b’ismijiet ta’ Dolores u Doris kellha inkwiet kbir biex ħallewha titla’ għax qalulha li mhix l-“istess persuna”.
 
Jista’ jkun hemm każijiet fejn għalkemm l-isem tal-passaport joħroġ bl-isem Dolores iżda fuq il-paġna ta’ ġewwa jkun hemm li “magħrufa wkoll bħal Doris”. Dan f’ħafna każijiet jgħin u jnaqqas id- diffikultajiet iżda mhux f’kull ajruport, speċjalment daż-żmienijiet fejn kollox isir b’iktar reqqa anzi f’xi ajruporti dan joħloq iktar suspett.

Naħseb li wasal iż-żmien li l-awtoritajiet Maltin jifhmu aħjar li ħafna eluf ta’ ċittadini Maltin ma jgħixux iżjed f’Malta. Niftakru li hemm Malta Akbar ‘l hinn mix-xtut Maltin. Nifhem li għad hemm argumenti legali fejn l-ismijiet kif inkitbu oriġinalment għandhom jiġu ppreservati minħabba xi wirt ecc iżda dawn huma każijiet ferm iktar rarissmu mill-isem fuq il-passaport li jiġi mitlub spiss.

Tkun ħaġa aħjar jekk l-isem li bih sirt magħruf bih għal ħafna snin u li tiegħu għandek  evidenza  qawwija  (dejjem  fejn

 
 

hu diminjutiv ta’ l-isem oriġinali) jiġi għalhekk miktub bħala l-isem ewlieni tal- passaport Malti.
 
Jekk hemm bżonn u jekk dan ikun mitlub mill-applikant meta l-isem, ikun f’ħafna każi ħareġ naturali mill-isem oriġinali kif il-Kappillan (speċjalment dawk l-antiki) fettilu jikteb fuq il-karta tat-twelid jew magħmudija jista’ jiġi mmarkat ukoll fuq il-paġni ta’ ġewwa tal-passport iżda l- isem li mhux iżjed użat ma għandux ikun fuq quddiem tal-passaport.
 
Jekk jien fuq iċ-ċertifikat tat-twelid għandi Ġużeppe jew Lorenzo fuq il-passaport Malti li għandi bżonn fl-Awstralja, ismi għandu jitniżżel bħala Joseph jew Lawrence, l-istess fil-każ ta’ Doris u Dolores. Infakkru li fl-Awstralja ma hawx ID bħal Malta u għalhekk il-passaport huwa wżat bħala identitą f’ħafna iktar każi.
 
Hawn nies li jdumu xhur sħaħ jillotjaw ma’ l-awtoritajiet, li ħafna drabi ma huma xejn flessibbli. Irrid nagħmilha ċara li jien mhux qiegħed nirreferi għal ismijiet li nbidlu totalment u ma għandhom l-ebda similarita’ ma’ l-ismijiet oriġinali bħal per eżempju l-isem lil minn Emanuel sar Bill jew fejn jinbidel il-kunjom.

 
 

 Ħarsa lejn South Australia

 

Nixtieq neħodkhom lejn South Australia fejn għad hemm komunitą li għalkemm mhux kbira fin-numru iżda hija ferm attiva. Skond l-aħħar ċensiment uffiċjali f’dan l-istat hemm 1,800 Malti imwielda f’Malta jew 3.8% tal-Maltin fl- Awstralja. Il-Gvern Malti għandu żewġ Konslijiet Onorarji f’dan l-iStat. Dan l- aħħar kelli l-okkażjoni nitkellem ma’ Joseph Briffa, is-segretarju tal-Maltese Guild ta’ South Australia, imwieled iż- Żurrieq u ilu l-Awstralja mill-1952, Miżżewweġ lil Carmen miż-Żejtun ukoll. Serva f’Malta ma’ RMA. Dilettant u għandu l-liċenzja għal Amateur Radio. Joseph Briffa ilu attiva fil-komunitą għal dawn l-aħħar 10 snin.

Qalli li l-Guild ilha mwaqqfa madwar 60 sena. Jidher li ħadet l-isem tagħha minn għaqda simili mwaqqfa dak iż-żmien mill- Maġġur Edgar Mercieca li kien l-ewwel Migration Attache f’NSW tal-Gvern Malti.

Il-Maltese Guild ta’ SA imexxu dak li llum hu magħruf bħala l-Maltese Cultural Centre iżda huma wkoll il-propjetarji tal- post  bl-art b’kollox liema bini kien knisja

 

Fir-ritratt jidhru mil-lemin: Membri tal-kumitat għas-sena 2010 Charlie Vassallo, Philip Catania, il-Kaxxier Gus Vella, l-Viċi President John Mangion, il-President Joe Vella, is-Segretarju Joseph Briffa, l-Assistenti Segretarju Vince Abela, l-Assistant Teżoriera Ġuża Vella, Carmen Briffa u Dora Vella.

li llum hija heritage listed. Fost l- attivitajiet li jsiru f’dan iċ-Ċentru Kulturali li jinsab f’6 Jeanes Street Beverley SA 5009 Tel: 82430868 hija laqgħa li ssir kull nhar ta’ Tlieta mid-9 am sat-3 pm fejn jiltaqgħu  l-anzjani  b’atmosfera soċjali. Il-

 

Maltese Guild ta’ SA jiċċelebra wkoll il- festa tat-8 ta’ Settembru , il-festa ta’ Santa Maria u l-festi tal-Milied u l-aħħar tas-sena. Iċ-Ċentru jiġi wżat ukoll minn għaqdiet tagħhom għal attivitajiet vari tul is-sena kollha.

Joseph Briffa

 

Membri li attendew għad-dinner dance tal-aħħar tas-sena fiċ-Ċentru f’Beverley SA.

 
 

 L-aħħar tislima

 

Għadd ta' persuni  nġabru fil- Parramatta Bowling Club biex jagħtu l- aħħar tislima lil Annamaria Bonnici li wara biss sentejn irriżenjat mill-kariga ta’ Konslu Ġenerali f’NSW biex tibda karriera oħra fi Brussell ma’ EU. Il-laqgħa kienet organizzata mill-Kunsill ta’ Komunitą Maltija u għaliha ġie ukoll apposta minn Canberra l-Kummissarju Għoli Francis Tabone. Kien mistieden Charles Sultana, l-assistant Kummissarju Għoli li wkoll se jħalli Canberra għaċ-Ċina iżda dan ma setgħax jattendi.
 
L-Onor John Aquilina tkellem dwar ix- xogħol siewi li wettqet din il-Konslu Ġenerali speċjalment l-attentati tagħna maż-żgħażagħ. Tkellmu oħrajn ukoll u kollha kellhom tifħir għax-xogħol tagħha fost il-komunitą Maltija. Il-Kummissarju Għoli Tabone qal li s-servizz li tat fl-aħħar sentejn kien mill-aħjar.
 
Fl-aħħar Annamaria Bonnici rringrazzjat lil kulħadd għall-ko-operazzjoni li rċeviet mill-komunitą  Maltija u spjegat li għażlet

 

l-offerta li saritilha biex tmur Brussell għax taħseb li dan kien pass aħjar għall-futur u l-karriera tagħha. Annamaria Bonnici kienet l-iżgħar’ fl-eta’ u t-tieni Konslu Ġenerali mara li kellna fl-iStat ta’ NSW.   L-ewwel  rappreżentat  ta’  Malta

 

f’NSW beda xogħolu fl-1951 waqt li Christopher Mercieca li se jidħol flok Annamaria Bonnici se jkun il-ħames Konslu Ġenerali f’NSW minn mindu dan l-uffiċċju ġie elevat minn Konslu għal Konslu Ġenerali fl-1997.

 
 

Nieħdu gost jekk tibgħatuli aħbarijiet mill-komunitą biex indaħħluhom f’din il-website li tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 1500 qarrejja fil-ġimgħa.
Ibgħatu lil
lawdimech@optusnet.com.au

 

 

Jekk trid taqra l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn

 

 
 
 

 

 

 

Għal iktar aħbarijiet aqraw

toħroġ ma' l-Awstralja kollha
kull nhar ta' Tlieta

 
 

 
 

Home  |  Maltese Għana  |  Maltese Folklore  |  General Section  |  Malta Related Links

 

Copyright © 2010 allmalta.com. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com