Aħbarijiet mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.

Għal aktar aħbarijiet mill-Awstralja aqraw The Maltese Herald
li toħroġ fl-Awstralja kollha kull nhar ta' Tlieta.

 
 

It-Tnejn, 18 ta' Jannar 2010

 
 

 Programm tat-TV ma jasalx

 

Ħafna jgħidu li bdejna s-sena ħażin. Dawk li nhar il-Ħadd, 3 ta’ Jannar 2010 fetħu l-SBSTV biex filgħodu jaraw is-soltu segment minn Malta ġew iddiżappuntati għax dan il-programm ma deherx. Fis- snin l-imgħoddija konna nsofru ħafna minn programmi li ma jaslux fil-ħin. Kien ilu ma jkollna xi każ simili mis-17 ta’ Awissu 2008. Kemm-il darba pprotestajna dwar dawn in-nuqqasijiet. Il- Kummissarju Għoli, Francis Tabone ħadem ħafna u deher li kien solva dan in-nuqqas u t-taħwid li kien ikun hemm bejn l-PBS (Malta) u l-SBSTV (Sydney).
 
Dwar in-nuqqas ta’ l-ewwel programm tas-sena li ma wasalx skoprejt li għal darba oħra kien hemm is-soltu nuqqas ta’ ko-ordinazzjoni.
 
Il-Kummissjoni Għolja Maltija f’Canberra, fi stqarrija għall-istampa qalet li minħabba l-btajjel tal-Milied u l-għeluq ta’ ċertu servizzi f’dawk iż-żminijiet huma għamlu   arranġamenti   minn  qabel  ma’

 

PBS (Malta) biex dawn jittrasferu l- programmi via l-internet kemm għal Ħadd 3 ta’ Jannar u anke tal-Ħadd 10 ta’ Jannar 2010. Dan sar l-Ħamis 24 ta’ Diċembru.

L-istqarrija tal-Kummissjoni Għolja tkompli tfisser li minħabba li kellhom jitnizzlu żewġ programmi u jinbidlu minn DVD għas-sistema Beta, skond ma jitolbu l-SBSTV, dan ix-xogħol dam isir iktar mis-soltu u t-tape wasal fl-uffiċini ta’ l-SBS wara l-ħin ta’ l-uffiċju jiġifieri il- Ħamis 24 ta’ Diċembru (lejlet il-Milied). Sfortunatament ġara li dawn it-tapes ġew

 

mibgħuta lil SBSTV fis-soltu sistema tal- courier iżda f’naħa żbaljata u ma ġew innutati mill-SBSTV qabel ma daħlu xi ilmenti nhar il-Hadd,.3 ta’ Jannar 2010.
 
Dan fil-fatt ġie ikkonfermat lili mid- diriġenti ta’ l-SBSTV. Dawn qaluli li hija dejjem ix-xewqa ta’ l-SBS li ttrassmetti programmi kurrenti u għalhekk tħalli l- FTP-transfers lejn Sydney sa l-aħħar mumenti,  iżda  li  twassal  programmi fis-shut-down season tal-Milied hija strateġija mimlija riskji u għandha tiġi evitat kemm jista’ jkun.
 
Kienet mossa ta’ min ifaħħarha li din id-darba l-Kummissjoni Għolja Maltija f’Canberra ħarġet għall-ewwel darba stqarrija, ħaġa li qatt ma saret qabel meta kien ikun hemm nuqqasijiet simili. Il-Kummissjoni Għolja għamlet apoloġija lill-komunitą Maltija dwar in-nuqqas ta’ trażmissjoni għax taf kemm huma popolari dawn il-programmi mal-komunitą Maltija.

 
 

 Grotta tal-Madonna fi Greystanes

 

Mario Borg ilu l-Awstralja mill-1958. Għamel ħafna żmien joqgħod lejn in-naħat ta’ Matraville NSW iżda kemm ilu li ġie joqgħod lejn in-naħat ta’ Greystanes dejjem kellu x-xewqa li juri l-imħabba tiegħu lejn il-Madonna ta’ Lourdes b’xi mod iktar dirett u pożittiv.
 
Dawn l-aħħar xhur irnexxilu jispiċċa id-dar ġdida li bena hu stess f’Ettalong Road Greystanes. Fuq wara fil-ġnien, b‘sengħa u irranġar dettaljat irnexxilu jibni grotta sabiħa dedikata lill- Madonna ta’ Lourdes, Sa anke, mal-Madonna hemm statwa oħra  tat-tfajla Bernardetta għarkubbteha. Mario Borg ġab minn Malta l-istatwa tal-Madonna bl-ajru u qalli li qamitlu kemxa mhux ħażin u ħafna tħabit biex ħariġa mid-dwana.
 
Nhar il-Ħadd quddiem ħafna mill-qraba u ħbieb tiegħu stieden lil ħabib  tiegħi,  Fr Ben  Bezzina  li  bħal  Mario t-tnejn huma mir-

Fr B. Bezzina jidher qieghed ibierek il-grotta.

 

Mario Borg jidher ħdejn il-grotta tal-Madonna li bena fil-ġnien tiegħu.

 

raħal Għargħur biex iberiklu din il-grotta maħduma b’tant dettall. Bil-lejl isaħħrek bid-dwal sbieħ li jagħtuha iktar ħajja. Il-  grotta qalgħet tifħir minn kull min ra għax barra li hija mibnija bil-galbu u minn id delikata tirrifletti l-imħabba ta’ Mario Borg u l-familja tiegħu lejn il-Madonna u tfisser ukoll xewqa mitmuma.

 
 

 Ħafna tibdil fl-uffiċini tal-gvern Malti

 

F’dawn l-aħħar xhur kellna tibdil enormi fl-uffiċini tal-Kummissjoni Għolja f’Canberra u fiż-żewġ Konsulati-Ġenerali ta’ Melbourne u Sydney. L-ewwel rajna lil Angele Azzopardi tispiċċa minn Konslu Ġenerali fl-Istat ta’ Victoria u flokha jidħol Charles Mifsud u fl-Istat ta’ NSW kellna r-riżenja tal-Konslu Ġenerali, Annamaria Bonnici li wara sentejn biss iddeċidiet li tħalli din il-kariga biex tumor taħdem fi Brussell.

F”Canberra rajna wkoll it-tmien tal-kariga ta’ Charles Sultana fil-15 ta’ Jannar wara li kien ilu f’Canberra għal erba’ snin. Hu ġie ttrasferit għall-Ambaxxata ta’ Malta f'Beijing fiċ-Ċina.

Il-Konslu    Ġenerali    l-ġdid    stazzjonat

Annamaria Bonnici

 

f’Sydney se jkun Christopher Mercieca (l- aħħar tnejn kienu nisa) li daħal fis- Servizz Pubbliku Malti fl-1980 u ġie maħtur bħala Viċi Rappreżentant Permanenti għall-Ġnus Magħquda u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra f’Ġinevra, l-Isvizzera f’April 2006. Mill- 2004 sa l-2006, hu kien “Chef de Cabinet” fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin fejn hu kien dejjem jakkumpanja l-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin f’diversi laqgħat internazzjonali. Hu kien involut f’xogħol relatat ma’ l-UE u CHOGM. Għen ukoll biex il-Ministeru jiġi ristrutturat. Bejn l-1995 u l-2003, Christopher Mercieca ħadem bħala konsulent ma’ għadd ta’ kumpaniji u ħadem  f’diversi  oqsma  kemm  fis-settur

Charles Sultana

 

Christopher Mercieca

 

pubbliku u f’dak privat. Barra minn hekk, bejn l-1988 u l-1994, huwa kien “manager” ma’ Dowty Seals Ltd u Uniroyal Chemical Inc UK.
 
Il-Konslu Ġenerali ġdid twieled fl-24 ta’ Jannar 1958. Huwa ggradwa bil-B.Sc. mill-Universitą ta’ Malta u M.Sc. mill- “Queens University” fil-Kanada. Huwa għandu wkoll ċertifikat ACCA fil-”Cost Accountancy”, “Management” u Liġi. Jitkellem bil-Malti u l-Ingliż u jaf ukoll it- Taljan u l-Franċiż. Hu miżżewweġ u għandu tlett itfal.

Lil dawk li ħallewna nirringrazzjawhom u lil dawk ġodda f’fostna nagħtuhom merħba.

 
 

 Ftakru f’dawn id-dati

 

Avvenimenti importanti li se jkollna dalwaqt li ninsab żgur
li l-qarrejja jieħdu gost ikunu jafu bihom.
 

“Jien it-Triq, il-Veritą u l-Ħajja” Musical tal-passjoni spettakulari nhar il-Ħadd 21 ta’ Marzu fil-Good Shepherd Hall Plumpton u se ssir ukoll fis-Central Coast u Wollongong. Ċemplu 02 9633 2350.
 

Freddie Portelli in Concert fil-Marconi Club nhar is-Sibt 20 ta’ Frar.
Ċemplu C. Curmi 9897 3548 or 0414 989 735.

 

Australia  Day  Celebration  mill-Kunsill  Malti  ta’  NSW  fil-Parramatta  Town  Hall  31  ta’  Jannar fil-5.30pm. Dħul b’xejn. Ċemplu: 02 9519 7026.
 

It-Tlieta, 16 ta’ Frar  “Telqu għal għonq it-Triq” Book 2 launch, Greystanes Church Hall 7.30 pm mill-Onor Chris Bowen, Ministru Federali.
 

Quiet Achievers Night of Recognition 2010, l-Erbgħa 24 ta’ Marzu Annunciation Hall Blacktown 7.30 pm.
 

 
 

Nieħdu gost jekk tibgħatuli aħbarijiet mill-komunitą biex indaħħluhom f’din il-website li tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 1500 qarrejja fil-ġimgħa.
Ibgħatu lil
lawdimech@optusnet.com.au

 

 

Jekk trid taqra l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn

 

 
 
 

 

 

 

Għal iktar aħbarijiet aqraw

toħroġ ma' l-Awstralja kollha
kull nhar ta' Tlieta

 
 

 
 

Home  |  Maltese Għana  |  Maltese Folklore  |  General Section  |  Malta Related Links

 

Copyright © 2010 allmalta.com. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com