|
Ma’
l-Awstralja kollha għandna programm fuq l-SBS TV ta’ kull nhar
ta’ Ħadd li nirċievu mill-PBS (Malta). Kemm-il darba ħassejt
il-ħtieġa nikkummenta dwar dawn il-programmi. Programmi, li
f’din is-sena li għaddiet tjiebu tassew, qegħdin jaslu regulari
u mingħajr id- dewmien ta’ qabel. Nhar il-Ħadd, 27 ta’ Diċembru
flok is-soltu aħbarijiet kien hemm programm speċjali tul
il-programm kollu dwar il-proġett ġdid u sabiħ ta’ Pjazza San
Ġorġ fil-Belt Valletta. Kien programm ferm informattiv u daħal
fil-fond sa anke semma’ l-arloġġ tal-Main Guard, l-għotja tal-George
Cross u dettalji oħra. Rajna ukoll dawk idoqqu t-tnabar u dawk
mdendla u marbutin mis-sema jaqbżu minn naħa għal oħra.
Ma nafx għaliex, u dawn l-affarijiet iweġġgħuni ħafna, min
ippreżenta dan il- programm naqas serjament li jsemmi li f’din
il-pjazza kien hemm il-monument tas-Sette Guigno
li jfakkar l-unika |
|
rivoluzzjoni li qatt kellha
Malta fis-7 ta’ Ġunju 1919 u l-erba’ eroja qalbiena Maltin li
ġew maqtula mis-suldati Ingliżi. Dan il-monument kien ilu f’din
il- pjazza (ara ritratt) minn Ġunju 1986 jiġifieri 24 sena.
Eżatt fl-inħawi tal-pjazza San Ġorġ (il- Main Guard) miet
Lorenzo Dyer wieħed mil-vittmi ta’ dan l-episodju ikrah
fl-istorja ta’ Malta. Kien għalhekk propju u eżatt li f’din
il-pjazza ġie mwaqqaf dan il- monument li illum sfortunatament
ġie mneħħi u mwarrab minn din il-pjazza, il- post naturali
tiegħu.
Kont taħseb li dawn il-fatti kienu se jissemmew f’dan
il-programm speċjali. Forsi ħasbu li aħna li ngħixu l-Awstralja
ma nafux l-istorja? Ma jafux li f’Sydney niċċelebraw b‘solennitą
kull sena t-tifkira tas-Sette Guigno quddiem il-monument li
għandha f’Pendle Hill, liema monument ġew iżuruħ kull
politiku li ġie minn Malta |
|
|