Aħbarijiet mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.

Għal aktar aħbarijiet mill-Awstralja aqraw The Maltese Herald
li toħroġ fl-Awstralja kollha kull nhar ta' Tlieta.

 
 

It-Tnejn, 14 ta' Diċembru 2009

 
 

 Ħanut tal-ħelu f’Melbourne

 

Il-familja Għawdxija bil-laqam tal-Lingi huma magħrufa għall- konnessjonijiet tagħhom ma’ l-industrija ta’ l-ikel u l-ospitalitą. Mill-gżira t’Għawdex ġew ukoll l-Awstralja fejn rajna lil Joe (it- tifel tal-Lingi) u martu Miriam Portelli jiftħu l-Valletta Café fil- qalba kummerċjali ta’ Sydney liema restaurant tant kien sar popolari mal-Maltin.

Minn dan il-lokal, Joe u Miriam ħadu restaurant li jispeċjalizza fil-ħut fin-naħat ta’ The Spit Mosman fejn issa dan waqa’ taħt id-direzzjoni ta’ Miriam. L-entużjażmu ta’ Joe Portelli biex ikompli jaħdem fil-qasam li jispeċjalizza fih bħala pasterie cook ħadu  f’Melbourne  fejn  flimkien  ma’  Michael Apap akkwistaw

Joe Portelli ma' oħrajn fuq ġewwa

 

Il-faċċata tal-ħanut Melita Pastries

f’idejhom, minn Ottubru 2009 il-ħanut Melita Pastries li jinsab f’216 Main Road St Albans Victoria, Tel: 9367 1981. Joe qalli li xorta se jkomplu jaħdmu u jqassmu l-pastizzi u ravjul taħt l- isem ta’ Falzon & Sons. Barra dan Michael Apap se jkompli jaħdem il-qaq ta’ l-għasel, biskuttini tal-lewż, galletti u mqaret li tant kien magħruf għalihom mill-ħanut Melita Pastries li issa jinsab miftuħ għall-Maltin kollha ta’ Melbourne.

Il-fama tal-Lingi hija biżżejjed biex dawn il-prodotti jkomplu jiġu maħduma mill-aqwa ingredjenti u produzzjoni ta’ l-ogħla kwalitą.

 
 

 Ħatriet konsulari

 

Il-Kummissjoni Għolja ta’ Malta fl- Awstralja għadhom kemm ħabbru li Charles Mifsud ġie maħtur bħala l-Konslu Ġenerali ta’ Malta għall-Istat tal-Victoria mill-1 ta’ Diċembru 2009. Il-Kummissjoni Għolja ta’ Malta ħabbret ukoll li Annamaria Bonnici, il-Konslu Ġenerali fi NSW ser tispiċċa l-kariga tagħha f’Jannar 2010. Għadu ma ntqalx min se jieħu din il-kariga.
 
Charles Mifsud twieled l-Imsida fis-6 ta’ Ġunju 1953. Ħa l-edukazzjoni tiegħu fl- Iskola Primarja ta’ l-Imsida, l-Iskola Sekondarja Teknika tan-Naxxar u fl- Iskola Sekondarja Teknika San Ġużepp f’Raħal Ġdid. Bejn l-1979 u l-1983, huwa segwa l-kors tal-Baċċelerat fl- Amministrazzjoni Pubblika fl-Universita’ ta’ Malta. Fis-sena 2003, huwa ħa l- ‘Masters’ fil-‘Business Administration” mill-Kulleġġ Henley fir-Renju Unit. Charles Mifsud daħal fis-Servizz Pubbliku ta’  Malta  fl-1976  wara  li  ġie  it-tieni fis-

 

selezzjoni nazzjonali. Huwa ħadem f’diversi dipartimenti u Ministeri fosthom f’dak ta’ l-Edukazzjoni, Taxxi Interni, Posta u Telekomunikazzjoni, Kummerċ u fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin. Fis- sena 2002, Charles Mifsud ġie maħtur bħala d-Direttur għas-Servizzi Korporattivi fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin b’responsabbiltą għall-amministrazzjoni ġenerali tal-Ministeru u l-Ambaxxati. Huwa nkarigat ukoll mill-finanzi u riżorsi umani.
 
Il-ħidma tiegħu ħaditu f’diversi pajjiżi fejn Malta għandha rappreżentanza diplomatika u fforma parti wkoll minn delegazzjonijiet uffiċċjali fiċ-Ċina, Stati Uniti u f’għadd ta’ pajjiżi Ewropej. Charles Mifsud huwa dilettant tal- mudellar ta’ ajruplani fuq skala, avjazzjoni, fotografija kif ukoll l-istorja u l- wirt Malti. Huwa ġie maħtur bħala l- Konslu Ġenerali ta’ Malta għall-Istat tal- Victoria   mill-1   ta’   Diċembru  2009.  Il-

 

Charles Mifsud

Konslu-Ġenerali l-ġdid iżżewweġ lil Anna Maria fl-1980 u għandhom tifel ta’ 26 sena, Bernard Charles.

 
 

 Djaknu kantant

 

Il-magħruf kantant Robert Galea ma’ għandux seminarista. F’ċerimonja mpressjonanti fil-Katidral tal-Qalb ta’ Ġesł f’Bendigo, Victoria mimli b’madwar elf persuna, Robert ġie ordnat Djaknu mill-Isqof Malti ta’ Sandhurst, Mons Joseph Angelo Grech mgħejun minn madwar 50 saċerdot. Għal din l- okkażjoni ġew apposta minn Malta, Anne u Paul il-ġenituri ta’ Robert kif ukoll l-evanġelista Dr John Bonnici Mallia. Attendew ħafna qraba u ħbieb fosthom minn Sydney, il-koppja ta’ Alec u Carmen Exton u Joe u Carmen Zammit.
 
Il-Prim Ċelebrat Mons Grech fl-omelija tiegħu tkellem dwar id- dmir li għandu d-djaknu lejn il-liturġija li jwassal il-messaġġ tal- Mulej, jassisti u jgħin fis-servizz tal-Ewkaristija u jservi lil dawk li jkollhom bżonn l-għajnuna tiegħu.

Anna u Paul, il-ġenituri tad-Djaknu Robert Galea

 

Robert Galea flimkien mal-Isqof ta' Sandhurst, Mons Joseph A. Grech

 

Id-djaknu Galea qalilna li wara seba’ snin formazzjoni issa baqalu madwar sentejn oħra qabel jirritorna f’Malta u jkompli l- istudji tiegħu fl-Universitą. Sa dan it-tant se jservi fil-parroċċi ta’ Kerang u Benalla f’Country Victoria. Mistenni li jsir saċerdot f’Ottubru 2010.
 
Id-djaknu Robert Galea għandu don speċjali tal-kant u kien wieħed mill-ewlenin fil-World Youth Day 08 meta kanta mas- soprano Maltija Amelia Farrugia quddiem il-Papa Benedittu. Huwa rrekordja diversi cd u jekk tridu aktar informazzjoni idħlu f’Robert Galea the Blog. The Singing Deacon aċċetta stedina biex ikanta fil-Quiet Achievers - Night of Recognition f’Annunciation Hall (St Dominics Hostel) Blacktown, nhar l- Erbgħa, 24 ta’ Marzu 2010.

 
 

 Il-qawwa tan-Nisa

 

Tony Abbot MP ġie maħtur Kap tal- Partit Liberali fl-Awstralja flok Malcolm Turnbull wara li nqalet kwistjoni kbira dwar l-Emission Trading Scheme fi ħdan il-partiti konservattivi.
 
Fix-xena Statali ta’ NSW. Nathan Rees li kien għadu 15-il xahar biss kap tal-Gvern Laburista f’NSW ġie mwarrab biex issa għandna lil Kristina Keneally (Twieldet l- Amerika u ilha tgħix l-Awstralja 15-il sena), l-ewwel mara Premier ta’ NSW.
 
Mela, f’dan l-iStat issa għandna Gvernatur, Premier, Deputat Premier u Lord Mayor tal-Belt ta’ Sydney kollha nisa. Il-Premier ta’ Queensland ukoll hija mara waqt li l-Gvernatur Ġenerali u d- Deputat Prim Ministru huma nisa wkoll.

 

Kristina Keneally

 

Tony Abbot MP

 
 

Nieħdu gost jekk tibgħatuli aħbarijiet mill-komunitą biex indaħħluhom f’din il-website li tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 1500 qarrejja fil-ġimgħa.
Ibgħatu lil
lawdimech@optusnet.com.au

 

 

Jekk trid taqra l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn

 

 
 
 

 

 

 

Għal iktar aħbarijiet aqraw

toħroġ ma' l-Awstralja kollha
kull nhar ta' Tlieta

 

 
 
 

Kartolina tal-Milied

Ibgħat kartolina lil ħbieb tiegħek

Tektek hawn

 

 

 

Home  |  Maltese Għana  |  Maltese Folklore  |  General Section  |  Malta Related Links

 

Copyright © 2009 allmalta.com. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com