Għal aktar aħbarijiet mill-Awstralja
aqraw The Maltese Herald
li toħroġ fl-Awstralja kollha kull nhar ta' Tlieta.
It-Tnejn, 30 ta' Novembru 2009
Boroż tas-Studju lill-istudenti tal-Malti
Fis-sala
taċ-Ċentru Malti f’Parkville fil- Vittorja ftit ilu saret
l-għotja ta’ Boroż ta’ Studju lill-istudenti li qegħdin
jistudjaw il- Malti fl-iskola tal-VSL ġewwa Taylors Lakes jew
fil-klassijiet taċ-Ċentru Malti ta’ Parkville. Din il-lejla ġiet
organizzata għas-sitt sena mill-kumitat tal-Għaqda Storika
Maltija tal-Vittorja. L-għan ta’ din il-lejla huwa li
l-istudenti jiġu mħeġġa biex ikomplu jistudjaw il- Malti u
jżommu ħajja l-lingwa u l-kultura Maltija f’dan il- pajjiż.
Din is-sena l-istudenti li ġew ippremjati huma; Mill-VSL
f’livell primarju, Christine Stellini talli ġiet l-ewwel
fil-klassi, Zachariah Attard talli wera titjib fil-lingwa.
Mill-VSL f’livell sekondarju, Roberta Lia talli ġiet l-ewwel
fil-klassi, Elaine Calleja talli wriet titjib fil-lingwa.
Mill-klassijiet tal- MCCV, Bernadette Bezzina u Peter Magee ġew
mogħtija kotba fuq Malta bħala apprezzament u inkoraġġiment biex
ikomplu jitgħallmu l-Malti.
Il-President tal-Għaqda Storika Maltija Frances Bonnici
ferħet lil dawn l- istudenti u rringrazzjat lill-isponsors
Fir-ritratt jidhru
(mix-xellug fuq wara) Bernadette Bezzina, Peter Magee, l-avukat
Victor Borg President tal- MCCV, Roberta Lia, Claudia Zammit
minn Signature Travel u Rosemary Attard mill- Għaqda Letteratura
Maltija. Fuq quddiem jidhru Zachariah Attard, Christine
Stellini, Elaine Calleja u Frances Bonnici president tal-Għaqda
Storika Maltija.
'Bank of Valletta’, l-Għaqda
Letteratura Maltija u Signature Travel
li lkoll taw
donazzjoni biex dawn il-boroż
jibqgħu jiġu mgħotija lil studenti oħra fil-futur.
Tifkira għal dawn li servew fil-gwerra
Il-fergħa
Maltin tal-RSL fil-Jum Annwali ta’ Tifkira organizzaw quddiesa u
servizz speċjali fil-kappella tal-MSSP f’De Piro House, 19
Stanley Street, East Sydney, bħala qima u tifkira għall-dawk li
mietu fis-servizz ta’ pajjiżna. Inqraw l-ismijiet li l-Fergħa
Maltija irnexxielha tiġbor ta' dawk il-Maltin li servew
fis-servizz tul il- gwerer u li ħallew din id-dinja. Kien hemm
lista ta' 29 persuna u kollha kellhom qraba u ħbieb li attendew
għall- quddiesa.
Fost dawk li ssemmew li mietu in action kien hemm iż-żewġ
Maltin li mietu fuq l- HMAS Sydney, wieħed li miet fuq il-kanuni
waqt l-air raids fuq Malta u wieħed li għereq fil-Battle
of Crete. Fil-lista kien hemm Maltin mis-servizzi kollha, l-army,
in-navy u l-Air Force. Wieħed minn dawn kien
it-tabib Paul Boffa li kien Prim Ministru ta' Malta u jiġi
z-ziju tat-tabib Ġorġ Boffa
li kien preżenti
għall- quddiesa.
Fr T arcisio Micallef u Eric
Rizzo waqt l-Il Silenzio
Anthony D'Anastasi, is-segretarju tal- fergħa, akkumpanjat minn
Andrew Magro u Dominic Attard bil-bandieri Maltija u Awstraljana
telgħu quddiem l-Altar u waqt li
l-bandieri tbaxxew, Anthony
D'Anastasi qara t-talba u l-Ode
tal-RSL. Kif spiċċaw telgħu l-Onor John Aquilina u l-Konslu
Ġenerali, Annamaria Bonnici u warajhom Charles Mifsud, biex
qegħdu fjuri u wreath quddiem l-Altar. Eric Rizzo daqq
il-famuża Il-Silenzio fuq
it-
Dehra mill-kappella fejn saret
il-quddiesa ta' tifkira
trumbetta. B'hekk spiċċat iċ-ċerimonja
ta' tifkira mis-Sub Branch.
Qabel ma bdiet il-quddiesa, Alfred Fenech li mexxa din iċ-ċerimonja
fakkar li aħna bħala Kattoliċi u bħala Maltin nitolbu
għall-mejtin tagħna fix-xahar ta' Novembru.
Il-quddiesa offriha Fr Tarcisju Micallef, MSSP akkumpanjat minn
Fr Alfred Cachia. Fil-priedka qasira u effettiva tiegħu, Fr
Tarcisju qal li aħna għandna nagħtu lil Alla għal inqas siegħa
kull ġimgħa meta nisimgħu il-quddies. Il-qari saru mill-Onor
John Aquilina, Joe Ebejer u Cynthia Duca.
Hawn il-president tas-Sub Branch, Charles Mifsud, għamel appell
għal aktar membri u semma li jekk is-Sub Branch ma jkollux
membri biżżejjed ikollu jagħlaq u l-Maltin ma jkunux jistgħu
jimmarċjaw bħala Maltin fl-ANZAC Day. Alfred Fenech spiċċa billi
rringrazzja lil dawk li taw sehem f''din iċ-ċerimonja u quddiesa
b'mod partikolari lil Fr Tarcisju, lill-membri tas-Sub Branch u
lil Eric Rizzo.
Wara l-quddiesa kulħadd kien mistieden għal kikkra tè w kafè,
ippreparati minn dawk li jgħinu kull ġimgħa fil-kappella.
Il-kura tal-għajnejn
Wara
li l-Maltese Welfare (NSW) organizza lejla ta’ tagħrif dwar
il-kura ta’ l-għajnejn f’Lulju 2009 fi Greystanes NSW ġew
mitluba biex ixerdu din l-informazzjoni f’naħa oħra ta’ Sydney
fejn hemm gruppi ta’ Maltin. Lawrence u Nathalie Gatt, membri
tal-Maltese Welfare żaru l-grupp tal-Maltin li jiltaqgħu
f’Belcombe Heights (Baulkham Hills) u anke żaru l-grupp li
jiltaqa’ f’La Valette Centre fi Blacktown immexxi minn Josephine
Bigeni.
Il-kelliema ħadu magħhom materjal utli li għandhom l-Vision
Australia biex ikunu jistgħu jispjegaw aħjar il-kura ta’
l-għajnejn speċjalment lil dawn li jbatu minn nuqqas ta’ vista.
Fiż-żewġ gruppi kien hemm ħafna interess u saru mistoqsijiet
addattati. Il-fatt li d-diskorsi saru bil-Malti kienu ta’
għajnuna wkoll. Il- kelliema ħadu l-opportunità li jitkellmu fuq
ix-xogħol li qegħdin jagħmlu l-Maltese Welfare (NSW) u fakkru
fil-Quiet Achiever Night of Recognition li għandu jsir fil-24
ta’ Marzu 2010 fl- Annunciation Hall Blacktown. Il-kelliema
osservaw ukoll il-mod professjonali li dawn iż-żewġ gruppi (day
care) qed jiġu mmexxija.
Nathalie Gatt, Vici President,
Maltese Welfare
Suċċess għal Malti minn
South Australia
Iben
ta’ ġenituri Maltin minn South Australia nħatar bħala Senior
Project Manager mal-Beaumont Partnership ta’ Bangkok Jeffrey, li
hu iben Harry u Mary Bugeja magħrufa sewwa mal-komunità Maltija
ta’ South Australia, ingħaqad ma’ dik il- kumpanija fis-sena
2001. Dak iż-żmien kienet magħrufa bħala Woods Bagot (Thailand).
Huma kompla jżid l-esperjenza tiegħu fil-qasam ta’ l-ospitalità
kummerċjali u l-iżvilupp residenzjali fl-Awstralja, Dubai,
Londra, l-Afrika u t-Tajlandja.
Skond iċ-CEO tal-kumpanija, Jeffrey Bugeja għandu l-abbiltà li
jaħdem mill-qrib mal- klijenti u f’kull qasam ieħor u għalhekk
jinsabu kuntenti li se jkun fit-tim eżekuttiv ta’ din
il-kumpanija li hija kompletament iffinanzjata mit-Tajlandja.
Jeffrey Bugeja iggradwa mill-Università ta’ South Australia
fl-arkitettura (first-class honors degree) u qabel serva bħala
Senior Project Director ma’ Woods Bagot f’Londra. Il-kumpanija
Beaumont Partnership huma disinjaturi fl-arkitettura ta’ ġewwa u
l-landscaping li rebħu ħafna awards internazzjonali. Għandhom
il-bażi tagħhom f’Bangkok.
Jeffrey Bugeja
Mewt ta’ Ħamruniż
John Chetcuti
Kien
iħobb ħafna lil San Gejtanu u kburi bil-Ħamrun, il-belt li
twieled fih F’Melbourne kien wieħed mill-iktar membri ħabrieka
ta’ kumitat tal-Għaqda San Gejtanu. John Chetcuti ma kienx
joqgħod bogħod minni fin-naħat ta’ dak li aħna l- Ħamruniżi
l-antiki nsejħu mix-xatba l-isfel jiġifieri lejn ir-Radio City u
l-Blata-il-Bajda.
Twieled fit-3 ta’ Marzu 1938 u miet fil-4 ta’
Novembru 2009. Ħalla warajh lil martu Helen u it-tfal tagħhom
Michael, Paul (mejjet) Monica, Ann u Tanja, it-tfal tat-tfal
tagħhom u ħafna qraba u ħbieb.
F’Malta kien attiv ħafna fl-iscouts tal-Ħamrun fejn sar ħabib
ma’ Gejtu Deguara l- President ta’ l-Għaqda San Gejtanu ta’
Melbourne. F’dawn l-aħħar tlett snin kien il- kaxxier ta’ din
il-għaqda. Kien ukoll gowkiper ta’ fama u lagħab anke fl-ewwel
divizzjoni mal-Ħamrun Spartans. John beda l-karriera tiegħu mal-Ħamrun
Eagles u l- Minors ta’ l-iSpartans. F’Melbourne lagħab ukoll
mal-Croatia FC. Kien fanatku fuq il- logħba tas-snooker.
Fil-funeral tiegħu attendew ħafna nies fosthom eks plejers
tal- Ħamrun Spartans. Lil John Chetcuti nsellmulu u nibqgħu
niftakruh bħala persuna dħulija b ‘personalità mimlija
entużjażmu. RIP.
Nieħdu gost jekk tibgħatuli
aħbarijiet mill-komunità biex indaħħluhom f’din il-website li
tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 1500 qarrejja
fil-ġimgħa.
Ibgħatu lil
lawdimech@optusnet.com.au
Jekk trid taqra
l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel Agħfas Hawn
Fis-26
ta’ Ottubru, YAHOO waqqaf is-servizz li
kien joffri bla ħlas lil website
Geocities. Għal ħafna snin, bosta
websites Maltin kienu offruti dan
is-servizz bla ħlas, u issa wara din
id-data, dan is-servizz ser jieqaf.
Dan
ser ikollu konsegwenzi koroh, mhux biss
għal dawk li kienu jqegħdu l-materjal
tagħhom fuq il-website Geocities, iżda
wkoll għal dawk il-webmasters u dawk li
jużaw dan is-servizz permezz ta’ link
ma’ Geocities.
Kif ktibna f’parti oħra,
il-links ma’ allmalta.com jiġu
vverifikati regolarment, u links qodma
jitneħħew. Jekk int kellek website fuq
Geocities.com u issa mort f’website
b’indirizz ġdid, jekk jogħġbok, erġa’
ibgħatilna is-sit tal-website tiegħek,
għax issa dawn m’għadhomx imniżżla aktar
fuq il-Malta Related Links.