| |
|
|
| |
|
Ma
hemm l-ebda dubju li Mary Dimech ħalliet impatt kbir mhux biss
fuq il- komunità Maltija f’NSW iżda fuq il- komunità
multikulturali fl-Awstralja.
Mary Dimech twieldet fin-naħat ta’ San Pawl il-Baħar fis-27 ta’
Ġunju 1951 u ħalliet din id-dinja wara marda qalila fit-3 ta’
Novembru 2009 fl-eta ta’ 58 sena. Hija ġiet l-Awstralja
mal-familja tagħha meta kellha biss sena.
Trabiet f’ambjent ta’ familja Maltija fi Queensland, Tasmania u
Wentworthville NSW bid-diffikultajiet kollha li sabu ma’
wiċċhom. Mary bdiet l-edukazzjoni terzjarja tagħha fil-qasam tal-mużika
tant li attendiet il-Konservatorjum tal-Mużika f’Sydney iżda,
wara ħasset ġibda għall- karriera differenti tant l-iggradwat mill- |
 |
 |
|
Mary Dimech f'żgħożita' |
|
|
Università ta’ NSW bħala
Social Worker. Din il-linja li qabdet kienet libsa tal-qies tal-karattru
tagħha. Persuna ġentili, soda fit-twemmin tagħha, metikoluża u
ġeneruża għal aħħar. Għamlet żmien ukoll taħdem Londra.
Il-Maltin f’NSW għandhom ikunu grati lejn Mary Dimech għax
kienet hi l-pediment li fuqha nbena s-settur tal-welfare
fis-snin sebgħin. Kienet għalliema f’kull qasam u esperta kif
jaħdmu d-Dipartimenti tal- Gvern biex setgħet tidderieġi
l-komunità tagħna lejn diversi għotjiet li kien hemm
għall-komunitajiet etniċi. Fil-fatt kien bis- saħħa tagħha li
tħaddmu għall-ewwel darba żewġ health-care interpreters Maltin u
wara, health-care worker għall- Maltin.

Kienet instrumentali fil-waqfien tal- Maltese Welfare Group
fis-sena 1977 u baqgħet taħdem magħna sas-sena 1980. Il-pariri
tagħha dejjem kienu professjonali u ta’ mitqlu deheb. Iżda
t-talenti ta’ din il- Maltija kienu bżonnjużi u meħtieġa mhux
biss għall-komunità Maltija iżda fil- komunità ġenerali. Mary
ħadmet kemm mal-Gvern Statali u anke Federali u anke ma’
entitajiet mhux tal-Gvern bħal Good neighbour Council of NSW, u
l-Ethnic Communities Council of NSW.
Fl-1987 hija ngħaqdet mal-Community Cultural Development Board
ta’ l- Australia Council fejn damet hemm għaxar snin. Mary saret
magħrufa bħala avukata akkanita għal kull grupp fil- minoranza speċjalment gruppi etniċi. Hija biddlet kompletament il-fisonomija
ta’ l-Australia Council u daħlet il- kontribuzzjoni tal-multikulturaliżmu fil- prattika ta’ l-arti fl-Awstralja. |
|
 |
|
Mary Dimech |
| |
|
Ir-rispett lejn Mary Dimech
deher fil- funeral tagħha f’OLQP fi Greystanes NSW fejn il-knisja
kienet ippakkjata mir- rappreżentanza ta’ tista’ tgħid ta’ kull
kultura u twemmin. Għall-ewwel darba rajt Musulmani libsin
il-velu jew ħijab f’din il-knisja mibnija prinċipalment
mid- donazzjonijiet tal-Maltin.
Iva, Mary Dimech tibqa’ waħda mill-ikoni tal-komunità Maltija
għall-ħidmitha fil-bini ta’ pedamenti sodi tal-komunità tagħna
l- Maltin. Din it-tfajla qsajra b’daħqa ġenjali u personalità li
ssaħħrek għamlet isem għaliha fil-komunità ġenerali.
Mill- Wardija, minn familja ta’ emigranti Maltin saret difensura
qalbieni fil-qasam tad- drittijiet tal-bnedmin fl-Awstralja. |
|
|
| |
|
|
| |
|
Ktieb siewi dwar l-istorja tal-Awstralja |
|
| |
|
Il-kotba
miktuba minn emigranti Maltin dejjem qed jiżdiedu . Ftit ilu
l-ħabib u kollega tiegħi Alfred Fenech introduċa l- ktieb ġdid
tiegħu “L-Istorja tal-Awstralja”. Dan il-ktieb ta’ 176 paġna
huma miktub bil-Malti. L-iskop kien, kif qal l-awtur stess li
l-Maltin fl-Awstralja jkun jistgħu jaqraw bil-lingwa tagħhom
stess l-istorja tal-pajjiż li addottaw
għax skond l- |
 |
 |
|
Alfred Fenech OAM, B.A. |
|
|
esperjenza tiegħu huma ħafna
dawk fil- komunità tagħna li għandhom bżonn tagħrif fil-qosor u
preċiż dwar l-istorja tal- Awstralja.

Dan ix-xogħol ta’ Alfred Fenech OAM, B.A. ħadlu madwar erba’
snin. Tinduna għaliex dam daqstant żmien meta tiftakar kemm hu
attiv Alfred Fenech li fil-preżent jokkupa l-pożizzjoni ta’
President tal-Maltese Community Council ta’ NSW u midħla sewwa
ta’ kull għaqda Maltija li hawn f’NSW. Huwa serva għal ħafna
snin bħala Konslu Kummerċjali Onorarju għall-Gvern Malti f’NSW u
bla dubju hu l- iktar Malti b’esperjenza f’dan il-qasam wara li
kien uffiċjal għoli ta’ l-AusTrade tal-Gvern Federali Awstraljan
għal ħafna snin.

Il-ktieb jirrifletti wkoll kif l-awtur iħares lejn l-avveniment
importanti fl-istorja tal- Awstralja. Huwa qasam dan il-ktieb
fi18- il sezzjoni, mill-Aboriġini, n-nies oriġinali ta’ dan
il-kontinent għall-Awstralja tal-lum pajjiż multikulturali. Ftit
huma dawk il- Maltin f’NSW li jistgħu jiktbu jew jitkellmu fuq
il-komunità Maltija daqs kemm jista’ dan il-Malti. Alfred
Fenech, li huwa l- ewwel Malti ggradwat mill-Università ta’
Sydney iħeġġeġ biex dan il-ktieb jinqara speċjalment minn dawk
li jridu jersqu għall-eżami li llum huwa meħtieġ biex issir
ċittadin Awstraljan. |
|
 |
|
Il-qoxra tal-ktieb |
 |
|
Jien ukoll inħeġġeġ
lill-Maltin kollha anke dawk ta’ Malta biex ikunu jafu aktar
dwar l-istorja tal-pajjiż li tant fetaħ qalbu u ġidu magħna
l-Maltin permezz ta’ dan il- ktieb. Il-ktieb ġie mniedi f’serata
mtella’ mill-Għaqda Kulturali Maltija ta’ NSW fi Greystanes.
Jekk trid takkwista kopja, ċempel lil The Maltese Herald 61 2
9637 9992 jew lill- awtur bl-emejl:
fredfenech@bigpond.com |
|
|
| |
|
|
| |
|
|
| |
|
|
| |
|
Jidher
li l-attivitajiet fost l-anzjani tagħna l-Maltin anke fl-Istat
ta’ South Australia huma numerużi. Dan l-aħħar Alfred Flask u
martu Anna minn Canberra ivjaġġaw lejn il-belt ta’ Adelaide fejn
kellhom laqgħa ma’ l-anzjani li jiltaqgħu fil-Maltese Cultural
Centre, lokal li qabel kien kappella u nbena fl-1891. Kienet
laqgħa pjaċevoli ħafna fejn l-anzjani wrew interess dwar oħrajn
bħalhom fi Stati oħra u fuq kollox wrew interess partikulari
dwar il-kontinwazzjoni tat-tixtrid tal-lingwa u l-kultura
Maltija li tant tħabbtu fi żmienhom biex ipproteġuhom.
Fir-ritratt jidhru xi anzjani jilgħabu l-boċċi u oħrajn jieklu
ikel Malti li dejjem ikun ipprovdut f’dawn il-laqgħat. |
|
|
|
|
| |
|
|
| |
|
|
|
|
|
|
| |
|
Tinsab
il-ħabs iżda mhix maqfula. Fil-fatt il-psikoloġista forensika,
Dr Emma Cassar hija l-ewwel mara li qatt ħadet l-ogħla
pożizzjoni fid-Dame Phyliss Frost Centre f’Deer Park, l-uniku
ħabs ta’ sigurtà massima għan-nisa f’Victoria.
Dan l-aħħar Dr Cassar rebħet il-Marie Claire /Telstra Young
Business Women’s Award 2009 liema kompetizzjoni kienet miftuħa
għal dawk taħt it-35 sena. Din l- għotja tagħti għarfien lil dawk iż-żgħażagħ nisa li jħallu l-marka tagħhom fin-negozju.
Il-ġurija għarfu li Emma kellha tegħleb ħafna ostakoli
fil-pożizzjoni tagħha iżda d- direzzjoni u d-deċiżjonijiet inovattivi tagħha waslu biex tirbaħ ħafna promozzjonijiet sakemm
waslet biex isir Manager Ġenerali tal-ħabs fejn hemm308 ħabsi u
242 staff.
Dr Cassar għandha responsabbiltà ta’ baġit li jilħaq $22.3
miljun. Dan l-award ilu mwaqqaf 15-il sena u madwar 400 nisa ġew
ippremjati. |
|
|
|
|
|
|
 |
|
Dr Emma Cassar |
|
|
| |
|
|
| |
|
|
|
|
 |
|
Natalie Gauci |
|
|
|
|
| |
|
Wara
li rebħet l-Australian Idol u marret tkanta Malta wkoll, ftit
smajna b’Natalie Gauci. Ftit ilu ġiet lura mill-Eġittu u Israel
flimkien mar-raġel tagħha Hamish Cowan wara li kienu żżewġu
f’Marzu. Kien l-għasel il-qamar xi ftit tard. Iżda kif spjegat,
qatt ma sabu l-ħin.
Dan l-aħħar Natalie Gauci saret ukoll personal trainer u wieħed
mill-klijenti tagħha hu proprjament Ian “Dicko” Dickson li
għalkemm meta kien wieħed mill-ġurija fuq Australia Idol kien
jiddetta hu issa jrid joqgħod għalli tgħidlu Natalie li tieħu
ħsiebu waqt l-eżerċizzju fiżiku. Ian kien fil-fatt attenda
ċ-ċeremonja tat-tieġ ta’ Nathalie u talabha biex tkun it-trainer
tiegħu. Għalkemm tinsab kuntenta bħala trainer ikkwalifikata
iżda qabel kollox hija kantanta għalkemm ma għadhiex iktar
mad-ditta Sony.
Hija għandha l-banda tagħha bl-isem ta’ Natalie Gauci and the
Heartbeats. “Il-mużika hija parti minn ħajti u mhux se niċħadha
qatt” qalet Natalie. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nieħdu gost jekk tibgħatuli
aħbarijiet mill-komunità biex indaħħluhom f’din il-website li
tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 1500 qarrejja
fil-ġimgħa.
Ibgħatu lil
lawdimech@optusnet.com.au |
|
|
|
|
|
Jekk trid taqra
l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|