| |
|
It-tieni Konferenza Federali tal-lingwa Maltija |
|
| |
|
Minħabba
li kelli impenji oħra ma stajtx nattendi l-Konferenza li saret
fil- belt ta’ Adelaide organizzata mill- Federazzjoni tal-Maltese
Language School fl-Awstralja. Din fil-fatt kienet it-tieni
konferenza ġenerali għax l-ewwel waħda inawgurali
għall-għalliema u l- amministraturi tal-iskejjel tal-Malti fl-
Awstralja kienet saret f’Canberra f’Ottubru 2008. Il-post
magħżul għal din il-konferenza kien iċ-Ċentru tal-Maltese Guild
fis-subborg ta’ Beverley, ftit il- bogħod mill-belt ta’
Adelaide. Akkwistajt rapport u ħadt xi punti minnu għal din il-
paġna.

Id-delegati attendew għal-Lejla Maltija fiċ- Ċentru tal-Maltese
Guild ta’ SA fejn kien hemm preżenti ukoll numru kbir ta’ nies
membri tal-komunitą Maltija f’Adelaide.

Ħadu sehem numru sabiħ ta’ studenti tal- Iskola tal-Malti ta’
Adelaide. Dawn qraw u kantaw ħafna poeżiji u rakkonti ħelwin bil-Malti
li ġabu nostalġija lil dawk kollha preżenti li kienu jitgħallmu
l-istess rakkonti fi tfulithom f’Malta.
Kien hemm ukoll programm sabiħ ferm mill-Maltese Queen of
Victories Band li tassew taw pjaċir lil kullħadd bil-marċi
ferrieħa li daqqgħu. Din il-banda kienet tikkonsisti f’numru
sabiħ ta’ tfal u żgħażagħ flimkien ma’ dawk li ilhom mal-banda
mill-bidu tagħha, 27 sena ilu.

Il-konferenza annwali kompliet s-Sibt b’laqgħa ġenerali
immexxija mill- President tal-Federation of Maltese Language
Schools, Frank Scicluna. Wara introduzzjoni mid-delegati kollha
preżenti mill-istati ta’ South Australia, New South Wales,
Australian Capital Territory, Mackay u Western Australia, inqara
messaġġ mibgħut mill- Kummissarju Għoli għall-Malta fl-
Awstralja, l-ET Francis Tabone.
F’dan il-messaġġ li ġie moqri mis-Sur John Farrugia, Viċi Konslu
Onorarju f’SA, issemma’ l-bżonn li ngħarfu l-importanza li
nżommu ħaj it-tagħlim tal-lingwa Maltija fl-Awstralja u
l-intoppi li l-iskejjel jiffaċċjaw biex iżommu l-klassijiet
b’konkorrenza soda ta’ studenti Maltin- Awstraljani. Huwa
qal ukoll li hu d- dmir tal-komunitą li
dejjem tħajjar iktar |
|
 |
|
Bil-wieqfa mix-xellug: Josie
Scicluna (SA), JoAnne Conti (NSW), Anna Farrugia (SA), Charles
Mifsud (NSW), Anna Flask (ACT), Mary Pace-Feraud (NSW), Mary
Anne Zammit (NSW), Maria Formosa (WA). Bil-qegħda
mix-xellug: Tony Sciberras (WA), Marthese Caruana (NSW
Secretary), Edwidge Borg (VIC Vice-President), Frank Scicluna
(SA President) Alfred Flask (ACT Treasurer), Maria DeCarlo
(NSW), John Farrugia (Viċi Konslu), Carmel Baretta (Mackay
Queensland). |
| |
|
żgħażagħ jitgħallmu l-lingwa u
l-kultura Maltija fl-Awstralja.

Il-laqgħa tkompliet b’diskussjoni u rapport mid-delegati ta’ kif
sejrin l-iskejjel li huma kienu qegħdin jirrappreżentaw.
Il-Maltese Language School ta’ NSW (l- ikbar skola tal-Malti
fl-Awstralja) kienet rappreżentati minn sitt delegati (tlett
għalliema, żewġ studenti u wieħed mill- eżekuttiv); is-South
Australia minn tlett delegati (kollha għalliema); mill-Mackay,
Queensland attendiet delegata waħda, mill-eżekuttiv; minn
Victoria għalliema waħda; u minn West Australia żewġ għalliema.
L-ACT kienet rappreżentata minn Alfred u Anna Flask.
Iż-żewġ skejjel li ma bgħatux rappreżentanza għal din
il-Konferenza Federali kienu l-Iskola Maltija ta’ Sydney u dik
ta’ Wollongong.

Irriżulta li l-problemi li jinqalgħu biex dawn l-iskejjel
ikomplu jikbru, huma xorta waħda f’kull Stat. Saru ħafna
suġġerimenti kif nistgħu niksbu iktar għajnuna u metodi prattiċi
biex is- sitwazzjoni titjieb.

Saret ukoll għażla għall-pożizzjoni ta’ Segretarja tal-FMLS.
Marthese Caruana, għalliema mal-Maltese Language School of NSW
ġiet magħżula unanimament. |
|
Filgħaxija d-delegati kollha
attendew flimkien għall-quddiesa fir-Rosary Parish Church u wara
ikla fir-restaurant Buckingham Arms Hotel.
L-għada l-Ħadd tkompliet il-konferenza b’introduzzjoni
mill-kelliem mistieden, is- Sur John Farrugia, Viċi Konslu
Onorarju ta’ South Australia, li hu wkoll negozjant magħruf u
mużiċista kapaċi. Is-Sur Farrugia ppreżenta taħdita tassew
interessanti u informattiva dwar l-istorja u l-iżvilupp tal-lingwa
Maltija mal-medda taż-żmien u l-importanza li nibżgħu għaliha.
Din qajmet diskussjoni ferm interessanti li setgħet kompliet
għal tul il- jum kollu.
Il-programm tkompla billi inżammu tlett ‘workshops’ ta’
diskussjonijiet oħra dwar suġġetti li għandhom x’jaqsmu mat-
tmexxija tal-lezzjonijiet tal-Malti. Hawn inqassmu ħafna ideat,
suġġerimenti u eżempji ta’ kif l-għalliema jistgħu joħolqu
lezzjonijiet interessanti u kommunikattivi għal student ta’ kull
livell minn tal-bidu għal dak avvanzat.
Il-konferenza ingħalqet mill-President tal- Federazzjoni bil-għoti
ta’ ċertifikati ta’ attendenza lid-delegati kollha u faħħarhom
għax-xogħol siewi u d- dedikazzjoni tagħhom fl-iskejjel tal-Malti
li qed imexxu b’suċċess. |
|
|
|
| |
|
|
| |
|
Kantanta Maltija fi Brisbane |
|
| |
|
|
 |
|
Il-kantanta
Marisa D’Amato barra li kellha suċċessi fiż-żewġ serati li
organizzawlha l-Għaqda Teatral Ċittadini f’Sydney marret ukoll
fi Brisbane (Qld) bħala l-mistiedna tal-Maltese Australian
Association. Huma organizzaw dinner dance fejn barra dawk minn
Brisbane kien hemm oħrajn mill-Gold Coast u viżitaturi minn
Malta li kienu bi btala. Kien hemm preżenti wkoll il-Konslu
Onorarju George A. Borg Olivier u l-Manager tar-radio 4EB.
Marisa D’Amato li kienet fi Brisbane sentejn u nofs ilu ferħet
lil kulħadd bl-istil country tagħha. Kulħadd żifen u tassew
kienet lejla memorabbli. |
| |
|
|
| |
|
|
| |
 |
|
Charles Portelli |
| |
|
Dan
l-aħħar sirt naf b’ Charles Portelli artist Malti li jgħix fi
Brisbane. Huwa beda l-apprendistat tiegħu fl-iskola teknika San
Ġużepp qabel ma’ emigra mal-familja tiegħu. Għal dawn l-aħħar 40
sena, b’xi waqfien żgħar. Charles dejjem baqa’ jpitter fuq
il-canvas, ħafna drabi x- xogħol tiegħu fuq ż-żejt, acrylic, china u fuħħar kienu jmorru bħala rigali lill-ħbieb.
Fl-1990 daħal għal biċċa xogħol, pittura ta’ 1.8 metru, dehra
tal-baħar li rregala lill-bintu l-kbira. Wara dan ix-xogħol
baqa’ |
|
|
 |
|
Waħda mill-Pitturi ta' Charles Portelli |
| |
|
dejjem ipinġi ħafna drabi bi
ħlas fejn dejjem tidher l-immaġinazzjoni vivida tiegħi f’kull ma
jispiċċa. Huwa wkoll joħloq il-framed canvases għax xogħol
tiegħu li ġeneralment ikunu jew żejt jew acrylic u jħobb ukoll
jesperimenta b’materjal ieħor bħal karta pesta. Fil-website
tiegħu
http://www.chazart.com.au/ isibu ħafna xogħolijiet u kif
tistgħu tordnaw. |
|
|
| |
|
|
| |
|
|
| |
|
Minn
l-aqwa pont u ikona tal-belt ta’ Sydney għal post fejn mawar
6,000 persuna setgħu jieħdu breakfast f’attivitą straordinarja
li saret fuq is-Sydney Harbour Bridge bejn il-ħinijiet ta’ 6.30
u 8.30 fil-għodu. Xeni mill-aqwa waqt li tiekol bajd u bejken.
Kienet parti minn Crave Sydney Festival.

Biex dan kollu seta’ kien possibbli s-sitt lanes tal-pont ġew
miksija b’ 10,000 sq metru kikuyu turf biex jagħti dehra ħadra
ta’ piknik. Sintendi s-Sydney Harbour Bridge li hu arterja
traffikuża mill-iktar użata f’Sydney kellu jiġi magħluq għal xi
siegħat waqt li dawk li ġew magħżula ħadu sehem b’din l-attivitą
tassew innovattiva u avventuruża. |
|
|
 |
|
Fuq is-Sydney Harbour Bridge
għal breakfast |
|
|
| |
|
|
| |
|
Fil-Football Hall of Fame |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nieħdu gost jekk tibgħatuli
aħbarijiet mill-komunitą biex indaħħluhom f’din il-website li
tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 1500 qarrejja
fil-ġimgħa.
Ibgħatu lil
lawdimech@optusnet.com.au |
|
|
|
|
|
Jekk trid taqra
l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|