| |
|
Nisparaw fuqhom jew inħalluhom jegħrqu? |
|
| |
|
Insejħulhom
b’ħafna ismijiet, Min jgħidilhom klandestini, minn jgħidilhom
immigranti illegali, refuġjati u oħrajn laqqmuhom nies ta’ fuq
id-dgħajjes. Xejn ma jimporta kif insibuhom. Dan il- fenomenu
ta’ miljuni ta’ nies li jridu jfittxu futur aħjar għalihom u
għal uliedhom qiegħed ikun ta’ wġigħ ta’ ras għal ħafna
mill-pajjiżi tad-dinja daqs kemm kienet is-sabta għal mewt li
ħadet l-ekonomija Amerikana ma’ l-aħħar żminijiet tal-
presidenza ta’ George W. Bush.

Hekk kif dawn l-imsejkna nies jitfaċċaw fl-orizzont fuq inġenji
tal-baħar li waslu fl- aħħar żminijiet tagħhom, ikunu ġejjin
minn fejn ikunu ġejjin jitfgħuk f’diversi diffikultajiet. X’se
tagħmel bihom? Ma nistgħux naċċettaw l-għajta anti-kristjana ta’
xi wħud li b’sobgħa kbira nisamgħuh spiss jgħidu “Sparaw fuqhom,
ħallihom jegħrqu”.

Mhux hekk, għax barra l-obbligazzjonijiet morali u umanitarji,
kull pajjiż għadu ukoll obbligazzjonijiet internazzjonali. Wara
kollox, jekk neżaminaw minn fejn huma ġejjin dawn l-izfortunati
nsibu li t-tort hu, ħafna drabi tal-pajjiżi sinjuri li wara li
selħu u sfruttaw ir-risorsi ta’ pajjiżi żgħar ħallew lill-istess
poplu fil-faqar, f’disperazzjoni u mingħajr tama għall- futur.
Ħallew, f’kelma waħda dinja sproporzjonata bejn il-pajjiżi
sinjuri u dawk foqra, f’ħafna każijiet faqar tal- waħx.

Malta bħala l-Awstralja hija gżira u mdawwra b’dawn il-pajjiżi
li huma mikula bil-faqar. Ħafna drabi wkoll issir deċiżjoni biex
xi pajjiż jew ieħor jiġi invadut, jiftħulu l-kanuni fuqu jew
ixewwxu xi rvellijiet b’riżultat li jwassal biex eluf mill-poplu
li jsofri barra il-faqar il-kruha tal-gwerra, ikun irid jaħrab
lejn dawk il-pajjiżi fejn jaħseb li jista’ jsib il-ħobż u
s-sigurtą.
Il-problema tal-immigranti illegali, għax ma nistgħux
insejħulhom refuġjati qabel ma jiġu pproċessati skond ir-regoli
aċċettati mill-UN mhix waħda li tista’ tiġi rimedjata minn
pajjiż wieħed waħdu. Hija l-istess bħar-reċessjoni riċenti.
Fenomenu globali li jrid soluzzjoni globali kkordinata.

Il-Gvern Awstraljan f’dawn l-aħħar xhur interċetta ħafna
vapuretti illegali, u xeħithom lejn Christmas Island, post
isolat ħdejn Western Australia li qam $400 miljun.. F’dan iċ-ċentru
li jakkomoda biss 1200 diġą hemm madwar 900
persuna. Tant qed jaslu |
|
 |
 |
|
immigranti li dan il-post ma
jistgħax jakkomoda iktar.
Il-ġimgħa l-oħra l-Prim Ministru Awstraljan, Kevin Rudd ċempel
lill- President ta’ l-Indoneżja, Susilo Bambang Yudhoyono u qalu
li għandu informazzjoni li vapurett b’260 persuna ta’ nisel Sri
Lanka jinsab fi triqtu lejn l- Awstralja u talbu biex n-navy
Indoneżjana twaqqafhom u treġġagħhom lura.
Dan l-intervent diplomatiku rnexxa u qiegħed jiġi ppreżentat
bħala eżempju kif jistgħu jiżviluppaw relazzjonijiet sodi bejn
il-pajjiżi, jiġifieri bejn dawk il-pajjiżi li jirċievu u dawk li
minnhom jitilqu dawk li jkunu qegħdin ifittxu kenn u refuġju
f’pajjiż ieħor.
Il-Partit Laburista Awstraljan fil-Gvern qiegħed jiġi akkużat li
l-politika umanitarja tiegħu lejn il-moviment ta’ persuni
jfittxu refuġju hija waħda ftit u xejn laxka. Il-Gvern ta’ qabel
kien jiġi akkużat li jopera kontra dak mistenni minnu
min-Nazzjonijiet Magħquda bil- mod li kien jittratta ma’ dawk li
jaslu bla invit fix-xtut Awstraljani.
Fl-aħħar tal-Gvern Liberali jiġifieri fis-sena finanzjarja
2007-08 waslu biss tlett dgħajjes li fuqhom kien hemm 25
persuna. Minn Awissu 2008 waslu 41 vettura tal-baħar b’madwar
1988 fuqhom. Il-Gvern Laburista jisħaq li qiegħed jipproteġi
sewwa l-ixtut Awstraljani tant li n-navy twaqqaf
kważi kull vettura tal- |
|
baħar li tipprova tidħol
fl-ibħra Awstraljani. Iżda l-Gvern Awstraljan ma jistgħax
iwaqqaf it-tluq ta’ dawn id-dgħajjes minn pajjiżi oħra u
għalhekk qiegħed jitlob ko-operazzjoni mhux biss fil-kliem iżda
bil- fatti.

Din il-ġimgħa beda l-forum l-Asian Pacific Economic
Co-Operation (APEC) f’Singapore u fuq nett fuq l-agenda se jkun
hemm kif dawn il-pajjiżi jkunu jistgħu flimkien jaħdmu aħjar
biex jikkontrollaw l-eluf ta’ persuni li jaħarbu minn Sri Lanka,
Afganistan u Lvant Nofsani.
Skond l-UN, fid-dinja hawn madwar 42 miljun persuna jfixxu kenn
f’pajjiżi oħra iżda minn dawn madwar 15-il miljun huma
klassifikati bħala refuġjati. L-uġigħ ta’ ras għal kull Gvern
huwa wieħed politiku wkoll għax il-wasla ta’ dawn in- nies
illegali jqanqlu ħafna emozzjonijiet u opinjonijiet volatili li
jistgħu jissossaw Gvern speċjalment qrib xi elezzjoni ġenerali.
Sakemm il-moviment ta’ dawn id- “displaced persons” ikun
ikkordinat u approvat mill-pajjiżi involuti u sa kemm
in-nazzjonijiet jagħrfu sewwa l- obbligazzjonijiet tagħhom
internazzjonali l-affarijiet jimxu skond l-ordni iżda meta ma
jkunx hemm ko-operazzjoni kompleta bejn il-pajjiżi l-moviment
ta’ dawn in-nies l-iżvinturati nies iqanqal ħafna nkwiet u ħafna
drabi anke mibegħda fuq bażi razzjali.. |
|
|
|
| |
|
|
| |
|
|
| |
|
Waħda
mill-iktar għaqdiet li qed turi progress f’kull qasam u dejjem
tikber hi l- Maltese Bowlers Social Group (NSW). Dan l-aħħar
kellhom il-Laqgħa Ġenerali Annwali fejn jidher li l-kumitat ftit
kellu taqlib. Dan jawgura tajjeb għall-futur. Il- President reġa’
ġie elett Victor Fenech waqt li s-segretarju Tony Pace-Feraud u
l-Kaxxier John Sciberras ukoll żammew posthom. Membri oħra
eletti kienu: Bowls Organiser: Lina Role, Social organiser: Mary
Nicholson, PRO Mary Pace-Feraud, Membri oħra Michael Vassallo u
Paul Sammut. Fir-ritratt mix- xellug fuq jidhru: Lina Role’, Mary
Nicholson, Mary
Pace-Feraud, Paul Sammut. Taħt mix-xellug
jidhru: Joe Micallef, Victor Fenech, Tony Pace Feraud u John
Sciberras. |
|
 |
|
| |
|
|
| |
|
|
| |
|
140
sena ilu twieled Mahatma Gandhi li d-dinja saret tikkunsidrah
bħala simbolu tal-Paċi. Il-Gandhi Peace Centre ftit ilu kellhom
okkażjoni biex ifakkru lil dan l-iStatista quddiem it-Town Hall
ta’ Parramatta (NSW). Ħabat ukoll l- International Day of Non-Violance
kif iddikjarat mill-UN. Kien hemm wirja sħiħ
dwar ix-xogħol ta’ studenti dwar il- ħajja ta’ Gandhi. Attendew
ħafna rappreżentanti tal-komunitajiet etniċi fost il-Maltin.
Erba’ Maltin, Eddie Busuttil, Maria DeCarlo, Nancy Borg-Serg u
Mark Caruana rċevew ċertifikat għax xogħol tagħhom fil-komunitą
u ż-żamma tal- paċi.

Il-kantant Joe Galea rrappreżenta
lill- Maltin ukoll billi kanta għadd ta’ kanzunetti fosthom “The
Maltese Centenary Song”. L-okkażjoni attrattat għadd mhux ħażin
ta’ nies kif ukoll Kunsillieri, is-Segretarju Parlamentari
għall-Affarijiet Multikulturali, Laurie Ferguson u Anthony
Roberts MP. |
|
 |
|
Joe Galea jkanta
quddiem Parramatta Town Hall. |
|
|
| |
|
|
| |
|
|
|
|
|
Nifirħu mill-qalb lil Sam E.
Vella minn Blacktown NSW li ismu ġie inkluż fil-FFA Football
Hall of Fame, nhar il-Ħamis 22 ta’ Ottubru 09, f’ċerimonja li
saret f’Melbourne. Dettalji iktar tard. |
|
|
|
|
|
|
|
Nieħdu gost jekk tibgħatuli
aħbarijiet mill-komunitą biex indaħħluhom f’din il-website li
tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 1500 qarrejja
fil-ġimgħa.
Ibgħatu lil
lawdimech@optusnet.com.au |
|
|
|
|
|
Jekk trid taqra
l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|