Aħbarijiet mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.

Għal aktar aħbarijiet mill-Awstralja aqraw The Maltese Herald
li toħroġ fl-Awstralja kollha kull nhar ta' Tlieta.

 
 

It-Tnejn, 26 ta' Ottubru 2009

 
 

 Ringrazzjament annwali lill-anzjani

 

Għas-sittax il-sena nfila reġgħet ġiet organizzata l-Maltese Elderly Thanksgiving Day, dis-sena fir-Red Gum Function Centre ta’ Wentworthville. Il-kumitat li jinkludi fih 12-il mara li jieħdu ħsieb din l-attivitą annwali taħt id-direzzjoni ta’ Sister Maryann Grima ħaqqhom prosit u nkuraġġiment għax irnexxilhom mhux biss jipprovdu ġurnata ta’ talb u divertiment iżda li jiġbru ħafna mill-anzjani tagħna li jgħixu fid-Djar tax-Xjuħ (Aged Care Facilities) jew huma attivi f’Respite Day Care Centres u Active Senior Groups u jġibuhom għal dan il-jum speċjali.
 
Kien hemm preżenti madwar 250 persuna. L-attivitą bdiet b’quddiesa minn Fr Mario Zammit MSSP minn Horsley Park fejn dan tkellem dwar is-sena tas-saċerdoti u r-rwol importanti li

Il-kumitat ta’ voluntieri li jorganizzaw il-Maltese Elderly Thanksgiving Day. Sister Maryann tidher fuq quddiem fuq il-lemin
flimkien ma’ Vanna Zammit.

 

Fir-ritratt jidhru t-tlett l-ixjaħ persuni preżenti, mix-xellug Mary Ann Mallia 92 sena, Josephine Stafrace 92 sena u John Scerri 94 sena.

 

dawn għad għandhom fil-ħajja tal-Maltin. Wara tkellem Dr George Boffa li huwa l-patrun ta’ din l-attivitą kif ukoll l-Onor John Aquilina. It-tnejn faħħru l-organizzaturi. Wara kien hemm anke l-kajk ta’ okkażjoni li ġie maqtugħ mill-ixjaħ tlett persuni preżenti Dawn kienu Mary Ann Mallia, Josephine Stafrace u John Scerri li flimkien għandhom 278 sena.
 
Wara ġie servut l-ikel waqt li fuq il-palk rajna liż-żgħażagħ mill-La Danse Studios, Cheekly Charlie, Tony Fenech u Ronnie Borg u sintendi lil Adam Scicluna li bil-kant addattat għall- okkażjoni tassew ferraħ lil dawk preżenti. Victor Vella kien il- preżentatur u għamel xogħol tassew tajjeb u żamm kollox miexi ħarir.

 
 

 Bliet u rħula Maltin

 

L-Għaqda Kulturali Maltija ta’ NSW niedew serje ta’ lagħqat interessanti fejn qegħdin jintroduċu l-ibliet u l-irħula Maltin. Jidher li dawn il-laqgħat qegħdin ikunu tassew popolari għax għal darba oħra s-sala tal-laqgħat tal-knisja ta’ Greystanes NSW kienet mimlija meta din id-darba l-fokus kien fuq ir-raħal tant popolari tal- Mellieħa.
 
Il-kelliemi ewlieni sintendi kien il-kittieb u għalliem Victor Vella li hu Mellieħi magħruf li żejjen it-taħdita tiegħu b’ħafna slides. Huwa ta’ tagħrif siewi dwar il-Mellieħa kemm ta’ l-imgħoddi kif ukoll ir-raħal tal-lum li sar tant popolari anke mat-turisti. Dan ma setgħax jonqos għax f’dan ir-raħal għandna s-Santwarju tal-Madonna, veduti mill- isbaħ u sintendi l-Bajja ta’ l-Għadira.
 
Il-lejla kienet imżewwqa wkoll bill-kanta tal-kor ta’ l-Għaqda u fl-aħħar kien hemm film dwar Malta. Nittamaw li l-Għaqda tkompli tiffoka fuq l-ibliet u rħula ta’ Malta permess ta’ dawn il-laqgħat popolari. L-ewwel żewġt laqgħat f’din is-sensiela kienu dwar Attard u Birkirkara.

 

Victor Vella

 
 

 Loreto J. York 12/12/18 - 5/10/09

 

Loreto John York, ewwel Sindku Malti ta’  belt  Awstraljana  miet  dan l-aħħar fil-belt kapitali ta’ Canberra fl-eta’ ta’ 91 sena.  Loreto jiġi missier il-magħruf skular  u kittieb ta’ l-istorja, Dr Barry York OAM.

Loreto John York

 

Loreto twieled tas-Sliema fil-14 ta’ Diċembru 1918 minn Salvu (tan-Nassi) Meilak u Loreta (taċ-Ċagu) Mercieca, it- tnejn Għawdxin. Ħutu kollha twieldu Għajnsielem iżda meta twieled Loreto l- familja kien marret toqgħod f’tas-Sliema.
 
Fis-sena 1940 ingħaqad bħala voluntier fir-Royal Air Force u serva f’Malta, l- Eġittu, is-Sudan, il-Libja, Franza u l- Ingilterra. Wara l-gwerra baqa’ l-Ingilterra fir-RAF u biddel ismu minn Meilak għal York Huwa żżewweġ lil Olive Turner, Ingliża mill-Londra fis- sena 1947. Binhom Barry twieled f’Londra fl-1951 u fis-sena 1954 emigraw lejn Melbourne, l- Awstralja.
 
Loreto issa York u mhux Meilak ħadem f’diversi fabbriki u kien attiva anke fl- Unjon ta’ l-iStoremen & Packers. Ġie elett kunsillier tal-belt ta’ Brunswick (Melbourne) u dam iservi għal sitt snin. Ġie elett Sindku mil-1972-73 u mill-ġdid fl-1976-77.
 
Huwa kien attiv ferm fi sferi oħra tal-ħajja. Kien Gvernatur għal għomru tal- Brunswick & Coburg Boys & Girls Club u

 

Loreto York fl-1989

 

wkoll tal-Mount Royal Special Hospital for the Aged in Parkville, Melbourne. Fis- snin sebgħin mexxa wkoll is-Salvation Army u Red Cross Appeals. Fil-1984/85 mexxa wkoll l-150 Anniversarju tal- Victory Celebrations tal-belt ta’ Brunswick . Kien ċermen tal-Brunswick District Boys Scouts għal 16-il sena u Justice of the Peace għal Victoria għal 20 sena.

 
 

 Il-futbol fost il-Maltin

 

Ftit nikteb minn dawn il-kolonni dwar il-futbol għalkemm jien attiv ħafna f’dan il- qasam  u  għal  dawn  l-aħħar  52  sena  reliġjożament appoġġjajt lil Melita Eagles. Il-futbol jew soccer kif jgħidulu fl-Awstralja għadu ferm popolari mal-Maltin speċjalment f’Melbourne fejn għandna żewġ timijiet fil-Premier League, il-Green Gully u l-George Cross.

F’Sydney għandna tim wieħed li nistgħu ngħidu li hu assoċjat mal-Maltin, dak li qabel kien Parramatta Melita Eagles u llum jilgħabu taħt l-isem ta’ PCYC Parramatta Eagles. L-assoċjazzjoni bejn PCYC (Police & Community Youth Clubs) u Parramatta Melita Eagles għal dawn l-aħħar tlett staġuni żammet lit-tim Malti fil-quċċata u għall-aħħar żewġ staġuni spiċċaw darbtejn it-tieni fil-klassifika u daħlu darbtejn wkoll fil-Grand Finali iżda tilfu wkoll darbtejn wara xulxin.
 
Ftit ilu kellhom ukoll il-Presentation Night li għaliha attendew madwar 350 persuni. Il- veteran plejer Malti, Ben Delicata li ilu mat-timijiet tal-Melita minn mindu kellu 13-il sena ġie ppremjat għas-servizz twil tiegħu.

F’dan l-aħħar staġun Parramatta Eagles rebħu wkoll il-Club Championship mhux biss tal-kbar iżda wkoll tal-Juniors. Jidher li għall-istaġun 2010 il-parteċipazzjoni tal-PCYC

Jidhru dawk l-attendew fil-Presentation Night tal-Parramatta Eagles FC f'Lidcombe NSW.

 

Ben Delicata

 

se tonqos iżda l-klabb irnexxilu jakkwista appoġġ sħiħ minn konsorzju qawwi f’NSW li se jiżgura l-futur għal madwar ħames snin oħra.
 
Ħadna gost ukoll naraw li fil-grand final ta’ dan l-istaġun li saret f’ CUA Stadium f’Penrith attendew numru kbir ta’ Maltin u rajna għadd sabiħ ta’ partitarji antiki lura jappoġġjaw il-“Melita”.

 
 

 Għal tagħlim aħjar

 

Inżammet it-Tieni Konferenza Annwali tan-NSW Federation of Community Language Schools f’Epping Boys’ High School, f’Eastwood u għaliha attendew madwar 210 għalliema u ammininistraturi tal-iskejjel tal-lingwi kommunitarji, jirrappreżentaw 28 komunitajiet etniċi nklużi mill-Asia, l-Lvant Nofsani, l-Ewropa u l-America t’Isfel.

Il-Maltin attendew ukoll u kien hemm rappreżentanza ta’ 15 il-persuna. Dawn kienu mill-klassi tal-Malti li hija parti mis- Saturday School of Community Languages f’Seven Hills u miż-żewġ skejjel, il-Maltese Language School of NSW, u l-iSkola Maltija Sydney.
 
Kien hemm ukoll preżenti Cecilia Borg tirrapreżenta l-uffiċċju tal-Konsolat Malti fi NSW. L-attendenza tad-delegati Maltin f’din il-konferenza ġie ffinanzjat mill-Malta High Commission f’Canberra.

Is-Sur Albert Vella, President tan-NSW Federation of Community Language Schools fetaħ din il-konferenza billi ta merħba lill-mistednin speċjali u lill-parteċipanti kollha preżenti. Kompla biex saħaq dwar il-bżonn ta’ servizzi ta’ tagħlim lingwistiku ta’ standard għoli fl- iskejjel tal-lingwi kommunitarji.
 
Il-konferenza infetħet uffiċjalment minn Greg Smith MP, membru Liberali għal Epping u Shadow Attorney General, li tkellem dwar il-kulturi diversi fis-soċjetą tagħna u partikularment fl-erja ta’ Epping.
 
Stefan Ramaniw, Direttur Eżekuttiv tal- Lingwi Kommunitarji fl-Awstralja tkellem ukoll dwar is-sehem important li għandhom l-iskejjel tal-lingwi kommunitarji  fl-Awstralja.  Tkellem  ukoll

 

F”dan ir-ritratt jidhru l-grupp ta’ Maltin li attendew din il-konferenza. Mix-xelluq fuq, Tanya Hemmingway, Maria De Carlo, George Bartolo, Pauline O’Brien, Marthese Caruana, Albert Vella (President NSW FCLS), Cecilia Borg, Antoinette Mascari. Fuq quddiem mix-xellug: Mary Pace- Feraud, Frida Borg, Rhonda Bastow, Charles Galea, Frances Duca, Jane Borg u Anne Cuschieri.

 

 Michael Christodoulou AM u faħħar lil NSW Federation of Community Language Schools għax-xogħol siewi li jagħmlu billi jorganizzaw konferenzi biex iġibu l-komunitajiet flimkien.
 
Dawk kollha li pparteċipaw ħadu l- opportunitą jattendu workshops li ġew organizzati bħala parti minn din il- konferenza. Għall-għalliema tal-lingwa, kien hemm taħriġ dwar metodi varji kif imexxu klassi tal-lingwa u ħafna ideat kif jistgħu jagħmlu l-lezzjonijiet interessanti u adatti għall-livelli varji tal-istudenti. Għall-amministraturi tal-iskejjel tal-lingwi kien  hemm  tagħlim  dwar  kif   imexxu l-finanzi   u  l-amministrazzjoni,  kif  jibnu

 

websajt u kif għandhom jagħmlu ‘community lobbying’.
 
Il-parteċipanti li ġew minn kull naħa ta’ Sydney, Wollongong u Newcastle ħadu din l-opportunitą biex itejbu ħilithom u jiltaqgħu ma’ għalliema oħra minn skejjel ta’ bosta lingwi differenti.
 
Din il-konferenza saret ukoll bl-għajnuna tal-Community Relations Commission for a Multicultural NSW and the DET – Community Language Schools Program.

Dan l-artiklu nkiteb minn Albert Vella bl- Ingliż. Ġie maqlub għal Malti u editjat biex ikun iktar fattwali.

 
 

Nieħdu gost jekk tibgħatuli aħbarijiet mill-komunitą biex indaħħluhom f’din il-website li tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 1500 qarrejja fil-ġimgħa.
Ibgħatu lil
lawdimech@optusnet.com.au

 

 

Jekk trid taqra l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn

 

 
 
 

 

 

 

Għal iktar aħbarijiet aqraw

toħroġ ma' l-Awstralja kollha
kull nhar ta' Tlieta

 

 

 
 
 

Home  |  Maltese Għana  |  Maltese Folklore  |  General Section  |  Malta Related Links

 

Copyright © 2009 allmalta.com. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com