|
Nagħtu rigal xieraq lill-Papa meta jiġi Malta |
|
| |
|
|
|
 |
|
Il-bust ta' San Ġorġ Preca
f'St Patrick's Cathedral ta' Melbourne |
| |
|
l-appoġġ tagħhom kien, kif
jgħidu jtarxek. Forsi għax Malta xejn ma hu abjad u iswed.

Din hija deċiżjoni li ma għandiex bżonn l- approvazzjoni tal-Vatikan,
tal-Papa jew xi istituzzjoni oħra. Hi deċiżjoni li nistgħu
nieħdu aħna l-Maltin, deċiżjoni li għandha tgħaqqad lill-poplu
Kattoliku Malti li tant feraħ, iċċelebra u bl-ikbar qima u
solennitą għolla lil Dun Ġorġ fuq l-ogħla pedestal tal-Knisja
tant għażiża tagħna l- Maltin.
Dan hu l-ikbar rigal li nistgħu nagħtu lil Papa bħala
ringrazzjament li tana l- ewwel qaddis Malti. Mur ara kemm jieħu
gost il-Papa meta jasal fl-ajruport ta’ Malta u forsi wkoll ibus
l-art kif kien jagħmel ta’ qablu, ngħidulu li se nsemmu l-ikbar
u l-aħjar sptar li qatt kellha Malta għal San Ġorġ Preca. |
|
|
| |
|
|
| |
|
L-istorja moħbija tal-gays f’Malta |
|
| |
|
L-avukat
Joseph Chetcuti huwa magħruf sewwa għall-attivitajiet tiegħu
mal-gays kemm fl-Awstralja u anke f’Malta. Huwa kiteb l-ewwel
ktieb bil-Malti dwar l- omosesswalitą bl-isem ta’ The Pink Book.
Issa kiteb ktieb ieħor Queer Mediterranean Memories
fejn jidħol sewwa fl-istorja tal-gays
u kif kienu jaħdmu fl-antik minn taħt kif ukoll dwar l-attentati
tagħhom fil-preżent biex jakkwistaw ugwalitą fis-soċjetą.
Queer Mediterranean Memories ġie deskritt f’artiklu li deher
fil-MCV Insight bħala storja mżewwqa b’numru ta’ artikli li
jġgħaluk tispekola dwar il-ħajja moħbija ta’ għadd ta’
personalitajiet magħrufa Maltin. Il-ktieb huwa wkoll gwida dwar
il-kultura Maltija hekk magħrufa bħala “camp”.
Dan l-avukat minn Melbourne, iben il-mejjet poeta Ġorġ Chetcuti
fil-ktieb tiegħu jipponta subgħajh lejn ħafna persuni prominenti
kemm ta’ nisel Malti u anke dawk Ingliżi li kellhom konnessjoni
ma’ Malta u jgħid li setgħu kienu gays. L-awtur ma jeskludi lil
ħadd u jsemmi ismijiet ta’ qaddisin, nies sinjuri u ta’ negozju,
saċerdoti u anke politiċi.
L-avukat Chetcuti jinnota wkoll li għalkemm Malta daħlet membru
tal-EU fl-2004 xi liġijiet Maltin dwar l-omosesswalitą jistgħu
jmorru kontra l-konvenzjoni internazzjonali. Il-ktieb fih ħafna
ritratti sa anke parti fejn jgħid kif jitkellmu bil-Malti il-gays. L-istoriku Dr Graham Willett li kiteb l-introduzzjoni tal-ktieb
stqarr li x-xogħol ta l-avukat Chetcuti huma “passion &
scholarship”. Għal iktar tagħrif tektek
www.queermalta.com. |
|
 |
|
L-avukat Joseph Chetcuti |
|
|
| |
|
|
| |
|
Donazzjonijiet għall-Monument Anzacs |
|
| |
|
Saru
diversi għotjiet għat-twaqqif tal- Monument f’ġieħ l-ANZACS li
huwa ppjanata għall-Ġnien ta’ l-Argotti l- Furjana.
Fost dawn l-għotjiet kien hemm dik tal- Maltese Community
Council ta’ NSW. Il- preżentazzjoni ta’ din id-donazzjoni saret
lill-Kumitat tal-Anzacs Memorial mill-Viċi President tal-Maltese
Community Council of NSW, Lawrence Dimech.
Min-naħa tagħhom is-sur Charles Mifsud u s-sur Victor Buttigieg,
President u Kaxxier tal-Maltese Cultural Association ta’ NSW
ippreżentaw donazzjoni wkoll f’isem l-Għaqda tagħhom.
Għal dawn il-preżentazzjonijiet kien hemm ukoll preżenti
s-Sinjura Marlene Dimech li hija membru tal-Kunsill u l- Għaqda
Kulturali. Dawn il- preżentazzjonijiet saru fil-każin tal-British
Legion fil-belt Valletta ftit ġimgħa ilu. |
|
 |
|
Sadanittant, barra
għotjiet oħra, il- Kumitat ta’ l-Anzacs Memorial,
irċeviet ukoll is-somma ta’ $A2040 mill-Maltese
Association of West Australia Inc. Fir- ritratt jidher
il-President tal-Maltese- Australian Association,
Nicholas Bonello |
|
OAM u Lawrence Dimech
bil-wieqfa. Mix- xellug jidhru Victor Buttigieg, Charles
u Jessie Mifsud u Marlene Dimech waqt il- Preżentazzjoni
tal-għotjiet għall- Monument Anzacs fil-British Legion
Club Triq Melita fil-belt Valletta. |
|
|
|
| |
|
|
| |
|
|
|
|
|
Kienet
sorpriża kbira meta Lucy Stewart, il-President tal-Maltese
Australian Association ta’ Queensland attendiet għas-soltu
laqgħa ta’ kull xahar li tieħu forma ta’ piknik. Mingħajr ma
qalulha xejn il-kumitat organizza ikla fl-okkażjoni ta’ l-għeluq
it-70 sena mit-twelid tagħha. Membri tal-famalja tagħha attendew
flimkien ma’ numru sabiħ ta’ membri antiki biex barra li
jiċċelebraw għeluq żmienha jirringrazzjawha għax-xogħol fejjiedi
tagħha fost il-komunitą Maltija tan-naħat ta’ Brisbane. Inqrat
ukoll ittra mill- Kummissarju Għoli għal Malta fl-Awstralja,
l-ET Francis Tabone fejn ferħilha u xtaqilha għomor twil.
Ingħataw wkoll xi rigali. |
 |
 |
|
 |
|
Il-grupp li ltaqgħu biex
jifirħu lil Lucy Steward fi Brisbane |
|
Lucy Steward (lemin) u
Margaret Fenech |
|
|
|
|
|
|
|
|
Nieħdu gost jekk tibgħatuli
aħbarijiet mill-komunitą biex indaħħluhom f’din il-website li
tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 1500 qarrejja
fil-ġimgħa.
Ibgħatu lil
lawdimech@optusnet.com.au |
|
|
|
|
|
Jekk trid taqra
l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn |
|
|
|
|
|