|
|
| |
|
Storja
li dehret fis-Daily Telegraph ta’ NSW semmiet żewġt aħwa Maltin
li rebħu unur għalihom fil-Global Student Entrepreneur Awards.
Dawn l-għotjiet li jitmexxu mill- Entrepreneurs Organization
jagħtu għarfien lil dawk l-istudenti li jispikkaw u jilħqu
l-għan tagħhom fin-negozju waqt li jkunu għadhom qed jitgħallmu
biex jiksbu kwalifikazzjonijiet akkademiċi.

Tlett snin ilu l-makna li kien qiegħed juża’ Jamie Xuereb biex
jistampa xi biljetti ma ħadmitlux. Flimkien ma’ huh Jason sabu
makna oħra li mhux biss kienet tajba għad-delizzju li kellhom
iżda ndunaw li setgħet tkun tajba ukoll biex jibdew negozju
żgħir. Jamie Xuereb kellu 18-il sena u kien għadu kemm jispiċċa
Year 12 u fil-bidu ta’ Baċellerat fl-Entrepreneurship fir- Royal
Melbourne Institute of Technology.

Illum Jamie għadu 21 sena u l-inizjattiva tiegħu flimkien ma
l-istudji wasslu biex beda negozju fl-istampar bl-isem ta’
Mediapoint. Is-sena l-oħra kellu madwar $345,000 fi dħul minn
dan in-negozju u b’hekk mhux biss rebaħ l-Global Student
Entrepreneur Award iżda vjaġġ lejn Kansas City USA fejn se
jikkompeti fil-finali ta’ dawn l-awards fuq skala globali. |
|
 |
|
Jamie Xuereb u huh Jason. |
| |
|
Jamie qal li waqt li kien
jattendi l-Universitą u jibni n-negozju tiegħu fl-istess ħin
kellhom it-tajjeb u l-ħażin tagħhom. Ħafna drabi ma kellux ħin
biżżejjed għan-negozju li kemm-il darba laħaq ħadlu madwar 60
jew 80 siegħa fil-ġimgħa. |
|
|
| |
|
|
| |
|
Għadu żgħir iżda b’talent |
|
| |
|
Għalkemm
għad għandu tlett snin biss iżda Ronan Vella mis-subborg ta’
Cecil Hill NSW diġą huwa magħruf bħala stilla. Għadu kemm spiċċa
jaħdem f’film sħiħ flimkien ma’ Ben McKenzie li kien kontestant
fil-kompetizzjoni Australian Idol. Ommu Melissa Xerri-Vella
qalet li ma tistgħax temmen kemm dan it-tifel ta’ tlett snin
tant jikkopera mad-diretturi. Jidher li għandu talenti naturali.
“Meta rebaħ il-parti fil-film qaluli li kienet se tkun xi ħaġa
bħal Elmo u issa Ronan qiegħed jgħid li huwa stilla bħal Elmo”
qaltli ommu.
Il-film bl-isem ta’ Submerge inkiteb u hu dirett minn MacKenzi
li għad għandu 17-il sena. Hu jkanta wkoll il-mużika fl-isfond
ta’ dan il-film. Iċ-ċkejken Ronan għandu l-parti ta’ tifel ta’
mara li nqatlet mis-sieħeb tagħha u fl-aħħar narawh fuq il-pont
iħażżeż bil-kulur fuq pitazz waqt li l-ġenituri tiegħu jidhru
jsalpaw bid-dgħajsa fid-dlam tal-bajja.
Hekk kif ra hekk Ronan beda jkanta row row row your boat
mingħajr ħadd ma qallu. Id-diretturi tant kienu impressjonati li
ħallew ix-xena bil-kant tiegħu fil-film.

Ronan mhux xi novizz fejn jidħol il-palk għax meta kien għandu |
|
 |
|
Ronan Vella ma' ommu |
| |
|
tarbija ħadem fil-King & I u
anke xi produzzjonijiet ta’ Austin Powers. Ommu Melissa
Xerri-Vella tmexxi Action on Cue Performing Arts School
f’Wetherill Park u anke Actors Et Cetera. |
|
|
| |
|
|
| |
|
Film meħud fis-subborgi ta’ Melbourne |
|
| |
|
Lee
Galea qiegħed jinkludi s-subborgi ta’ Melbourne bħala sfond meta
mbarka fuq l-ewwel feature film bl-isem ta’ Less Adolescent li
deher ftit ilu fil-Yarraville Sun Theatre. Lee li għandu 30 sena
kellu biss baġit ta’ $14,000 biex jilħaq l-għan tiegħu u
jispiċċa l-filmat bbażat fuq drama tal-familja. L-iffilmar sar
kollu fis-subborgi ta’ Seddon, Yarraville u Footscray u dam
jittieħed għal 18-il jum. Biex laħaq din il-ħolma tiegħu kellu
jabbanduna x-xogħol regulari tiegħu u dam jiddependi fuq
Centrelink għal madwar sena sa kemm iffilmja, editja u spiċċa
kull ma kien hemm bżonn. Lee Galea tħajjar jiġbed films qosra
meta kien fl-aħħar snin tiegħu fl-iskola u diġą ħa sehem fis-St
Kilda Film Festival. San Francisco International Gay and Lesbian
Film Festival and Vancouver Queer Film & Video Festival. Huwa
jħobb jaħdem għar-rasu biex ikun jista’ jagħmel deċiżjonijiet
kreattivi u jaħdem skond l-iskeda tiegħu stess u ma jkunx
ikkontrollat minn xi korporazzjoni kbira. |
|
 |
|
Lee Galea |
|
|
| |
|
|
| |
|
|
|
|
|
Nifirħu
tassew lil żewġ persunaġġi li jgħixu Malta li ġew onorati bil-midalja
ta’ l-Order of Australia (OAM). Dawn huma Nicholas Bonello li
joqgħod Birkirkara, il-President tal-Maltese-Australian
Association u Tony Cutajar minn San Ġwann li hu l-President tal-Friends
of Australia Association li jopera minn Dar l-Emigrant
f’Kastilja.
Nicholas Bonello dam ħafna emigrat f’Sydney, kien assoċjat
mal-Melita Eagles FC u referee prominenti. Serva wkoll bħal
Kummissarju Għoli għal Malta fl-Awstralja (mhux residenti bejn
l-1986/87). Tony Cutajar li sa fejn nafu aħna qatt ma kien
emigrat ilu President mill-1977; u kittieb prolifiku speċjalment
fil-qasam ta’ l-edukazzjoni.
Nittamma’ li dan l-unur iwassal biex dawn iż-żewġ għaqdiet
f’Malta jersqu iktar lejn xulxin għax ma nistgħax nifhem kif
għandna bżonn żewġ għaqdiet ta’ din ix-xorta f’Malta. Iż-żewġ
għaqdiet qed jikkoperaw biex jinbena l-Anzac Monument
fl-Argotti. |
| |
|
|
| |
|
|
| |
|
Sarah
DeBono ta’ 17-il sena minn Sunshine West rebħet il-
kompetizzjoni tal-Highpoint’s 21 Star Search. Għal din
il- kompetizzjoni daħlu xejn inqas minn 200 kontestanti
iżda kienet Sara DeBono li saħħret lill-ġurija meta
kantat il-kanzunetta klassika ta’ Whitney Houston “The
greatest love of all”. Din kienet ir-raba’ darba li
Sara, li tattendi bħala studenta fl-Essendon Keilor
Collage daħlet għal dan il-kuntest għalkemm fl-ewwel
sena waslet sal-finali.
Hija qalet li tkun kuntenta meta tkanta u fi ħsiebha
tkompli f’din il-karriera u tikkwalifika wkoll bħala
għalliema tal-mużika. Ta’ min jiftakar li Anthony
Calleja u Venessa Amorosi kienu żewġ kantanti li bdew
il-karriera tagħhom bħala rebbieħa ta’ dan il-kuntest. |
| |
|
|
|
 |
|
Sarah DeBono |
|
|
| |
|
|
| |
|
Il-festa tal-Bambina f’Wollongong |
|
| |
|
George
Bartolo, il-ħabib tagħna minn naħat ta’ Wollongong bgħatilna
rapport dwar il-ċelebrazzjonijiet li saru fin-naħat ta’
Warrawong u Cringila fl-okkażjoni tal-festa tal-Vitorja. Jidher
li kien jum b’riħ qawwi għax l-organizzaturi ddeċidew li l-
purċissjoni bil-vara tal-Madonna ssir ġewwa l-knisja tal-
parroċċa ta’ San Franġisk t’Assisi f’Warrawong u mhux barra.
Fil-purċissjoni, kif jidher f’dan ir-ritratt ħadu sehem numru
ta’ tfal libsin bil-kostumi antiki ta’ żmien il-kavallieri.
Fr Leonard Testa ofm kien iċ-ċelebrant waqt quddiesa mimlija
kant għad-unur ta’ Maria Bambina.. Il-kor kien imexxi minn
Sandra Briscoe u Lucy Bonanno mexxiet l-organizzazzjoni tal-
funzjoni fil-knisja.
Wara l-festa ta’ ġewwa l-knisja kulħadd mar lejn l-George Cross
Falcons Club li jinsab fis-subborg l-ieħor ta’ Cringila li
malajr intela’ bin-nies, uħud minnhom ġew minn naħat ta’ Sydney.
Il-kumitat ta’ dan il-klabb kellhom kollox ippreparat
għall-okkażjoni u prominenti kien l-ikel Malti bħal ħobż biż-żejt
u kunserva, tonn, żebbuġ, pastizzi, qassatat, bigilla u lażanja.
Il-briju fil-klabb tal-GCF baqa’ sejjer għal ħames siegħat bid-
daqq ta’ l-aħwa Joe u Garry Xuereb meta daqqew u kantaw ħafna
kanzunetti popolari bil-Malti speċjalment dawk antiki fejn qajmu
ħafna nostalġija.
Fil-foyer tal-klabb kien hemm ukoll esibizzjoni organizzata minn
Fr Testa bl-għajnuna ta’ Lucy Bonanno, Helen u John Zammit u
Anna Barnett. L-esibizzjoni kienet interessanti ħafna għax
kienet tikkonsisti f’kotba u fuljetti ta’ interess kulturali fuq
Malta. Kien hemm wkoll ritratti ta’
okkażjonijiet soċjali li saru |
 |
 |
|
Il-wirja li kien hemm
fil-foyer tal-klabb GCF. |
|
|
 |
|
L-istatwa tal-bambina ħierġa
fuq l-ispallejn. |
 |
|
It-tfal li ħadu sehem
fil-purċissjoni f'Wollongong: Caitlyn u Laura Calleja, Haley u
Ashley Mallia, Kyle Testa u Angus Barnett, Lucy Bonanno fuq
ix-xellug u Jessica Calleja u Helen Zammit fuq il-lemin. |
 |
|
snin ilu u oħrajn riċenti.
Kien hemm wkoll ritratti li kienu ttieħdu meta l-emigranti
Maltin bdew jaslu f’Wollongong mil-1948 u meta fil-ħamsinijiet
bikrin l-Arċisqof ta’ Malta, Mikiel Gonzi kien għamel żjara
fl-Awstralja u żar Wollongong wkoll. Ta’ interess wkoll kienu
muniti ta’ żmien il-Kavallieri.

Prosit lil kull minn ħadem biex din il-festa tirnexxi
speċjalment Louis Parnis il-President tal-G.C.F.C. u
lill-kumitat tiegħu li flimkien mal-voluntieri li ħadmu ħafna
biex jissodisfaw lil dawk kollha li ġew fil-klabb biex ikomplu
jiċċelebraw din il-festa tal- Maltin. |
|
|
| |
|
|
| |
|
|
| |
|
F’dawn
in-naħat tad-dinja dħalna fi żmien is-sajf: Beda d-Daylight
Saving Time fl iStati ta’ NSW, Victoria, South Australia,
Tasmania u l-Australian Capital Territory. Jiġifieri l-arloġġ
mar siegħa ‘l quddiem (EST). Għalhekk f’dawn l-istati li
semmejna beda l-ħin tas-sajf minn nhar il-Ħadd, 4 ta’ Ottubru
2009 u jispiċċa fl-ewwel Ħadd ta’ April 2010. Western Australia,
Queensland u Northern Territory ma josservawx il-ħin tas-sajf. |
|
|
|
|
|
|
|
Nieħdu gost jekk tibgħatuli
aħbarijiet mill-komunitą biex indaħħluhom f’din il-website li
tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 1500 qarrejja
fil-ġimgħa.
Ibgħatu lil
lawdimech@optusnet.com.au |
|
|
|
|
|
Jekk trid taqra
l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn |
|
|
|
|
|