Aħbarijiet mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.

Għal aktar aħbarijiet mill-Awstralja aqraw The Maltese Herald
li toħroġ fl-Awstralja kollha kull nhar ta' Tlieta.

 
 

It-Tnejn, 5 ta' Ottubru 2009

 

 Jum l-Indipendenza f’Canberra

 

Ħareġ jum mill-aqwa u t-temp fil-belt kapitali għen ferm biex Jum l- Indipendenza  tiġi  ċċelebrat f’Canberra, il-belt kapitali ta’ l-Awstralja fejn jiltaqgħu r-rappreżentanti  diplomatiċi  ta’  kważi l- pajjiżi kollha tad-dinja.

Għal din l-okkażjoni annwali li jorganizza l- Kummissarju Għoli għal Malta fl- Awstralja attendew barra d-diplomatiċi, Membri tal-Parlament, uffiċjali għolja tal- Gvern Awstraljan u għadd mhux ħażin ta’ Maltin mill-ACT u oħrajn li vvjaġġaw minn diversi Stati ta’ l-Awstralja. Kienet okkażjoni xierqa u ta’ unur lill-Malta fejn kulħadd tħallat u anke xorob għad-unur tar-Repubblika tagħna l-Maltin.
 
Saru s-soliti tislimiet liż-żewġ pajjiżi u ndaqqu l-innijiet nazzjonali minn kwartet mużikali preżenti. Imbagħad smajna diskors qasir iżda mqanqal minn Francis Tabone. Barra li ta merħba lil dawk li attendew qal li l-okkażjoni kienet iktar minn waħda għax barra li qegħdin niċċelebraw il-45 anniversarju ta’ l- Indipendenza qegħdin niftakru wkoll it-35 sena meta sirna Repubblika u ħames snin minn meta dħalna fl-Unjoni Ewropea.

 

Qatt ma ntqal li din kienet il-festa nazzjonali għalkemm l-okkażjoni ma kellhiex bżonn ta’ timbru.
 
Il-Kummissarju Għoli Tabone fakkar li għalkemm ir-relazzjonijiet diplomatiċi ma’ l-Awstralja bdew formalment wara l- Indipendenza fl-1964, ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi jmorru lura 180 sena meta wasal fl-Awstralja l-ewwel settler Malti. Fl-1883 mbagħad bdew jaslu l-ħaddiema Maltin fl-għelieqi tal-kannamieli fi Queensland ta’ Fuq.
 
L-emigrazzjoni minn Malta kompliet qal il-Kummissarju Għoli u żvolġiet ferm iktar meta l-Malti sar attiv fin-negozju, politika, trejdunjon u oqsma oħra hekk kif irnexxilu jintegra b’abbiltà taħt ċirkostanzi differenti.
 
Huwa qal li tul is-snin ir-relazzjoni bejn Malta u l-Awstralja kompliet tissaħħaħ fil-kamp politiku għax hemm mira komuni u valuri u interessi simili. “Hija relazzjoni” kompla l-Kummissarju Għoli "magħġuna b’rabta soda bejn il-familji għax tista’ tgħid li ma hemmx familja f’Malta li ma għandhiex xi rabta ma’ l-Awstralja. Kemm  Malta  u  l-Awstralja għandhom l-

Dehra ta' uħud minn dawk li attendew

 

Il-Kummissarju Għoli Francis Tabone jidher flimkien ma' Colin Hill, id-direttur tal-Protocol u l-Ambaxxatur tal-Messiku u d-Dekan tal-Korp Diplomatiku, Martha Ortiz De Rosas

 

istess aspirazzjonijiet fejn tidħol is- sigurtà, prosperità u paċi u ż-żewġ pajjiżi ħadmu id f’id f’istituzzjonijiet multinazzjonali fi ħdan il-Commonwealth u n-Nazzjonijiet Magħquda u kkoperaw f’ħafna inizjattivi. Ma hemmx dubju” spiċċa s-Sur Tabone “li din il-kollaborazzjoni se tkompli”.
 
F’Jum l-Indipendenza, il-Canberra Times ippublikat żewġ faċċati bil-kulur ta’ interess u mimlija informazzjoni dwar Malta. Dan is-supplement kien possibbli bl-għajnuna ta diversi negozjanti Malti li ħallsu għar-riklami li għamlu.
 
Ir-riċeviment f’Jum l-Indipendenza, fir- residenza privata tal-Kummissarju Għoli f’Melbourne Avenue Deakin ACT kienet ukoll sponsorjata minn ditta f’Western Australia, Austal Ships li ftit ilu bnew għal Virtu Ferries vapuri li qegħdin jiġu wżati bejn Malta u Sqallija li qamu $100 miljun u rebħu kuntratt ieħor biex jibnu erba’ patrol boats għall-Armata ta’ Malta li qamu $18.5 miljun.

 
 

 Tislima lil Sam E. Vella OAM

 

F’dawn l-aħħar ġimgħat kellna laqgħa importanti imma ta’ nostalġija meta wieħed mill-kolonni tal-komunità Maltija f’NSW iddeċieda li jwarrab minħabba saħħtu. Sam E. Vella kien ilu kaxxier tal- Maltese Community Council ta’ għal dawn l-aħħar 28 sena sħaħ. Iżda Sammy, kif jafu kulħadd kien iktar minn hekk. Kien jieħu ħsieb il-finanzi tal-Maltese Language Schools of NSW u kien membru attiva tal-kumitat li mexxa l- iskola għal dawn l-aħħar 11-il sena. Kien ukoll imexxi, bħala ko-ordinatur il- programm tar-radju tal-komunità 2GLF FM 89.3 sponserjat mill-Kunsill tal- Komunità Maltija wara li kien ilu xandar għal ħafna snin ukoll.
 
Sam E. Vella kien ukoll il-leħen tal- isports fuq l-programm ta’ l-SBS Radio fejn kellu segment regolari u dan kien ilu jxandru regulari s-snin liema segment kien ferm popolari u informattiv.
 
Ma nistgħax infisser fid-dettall kollu x- xogħol ta’ Sammy f’din il-kolonna għax il- kontribut   tiegħu  f’dawn  l-aħħar  sitta  u ħamsin sena tant kien qawwi li trid spazju ferm itwal minn dawn il-kolonni biex  tfissru.  Bla  dubju  huwa  magħdud

 

bħala “an elder statesman” jew kif isibuh ħafna fil-qasam tas-soccer bħala Mr Melita”
 
Fil-qasam tas-soccer Malti, Sam E. Vella ma għandux min jispikka iktar minnu. Kien wieħed mill-fundaturi tal- Melita SC fl-1953 u imbagħad meta saret l-amalgamazzjoni mal-Malta Eagles fl- 1956. Baqa’ mhux biss attiv iżda serva bħal Tim Manger, Segretarju u anke President fl-istorja glorjuża tal-Melita Eagles FC wieħed l-akbar klabb sportivi li qatt kellna f’NSW.
 
Sam E Vella ġie onorat mill-Gvern Federali Awstralja bl-OAM f'Jannar 1995, għax-xogħol utli tiegħu fil-qasam tas- soccer.
 
Kien għalhekk xieraq li fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Maltese Community Council ta’ NSW, Sam E. Vella, fil- preżenza ta’ martu Myrle u ibnu Alan jiġi mogħti għarfien u ringrazzjament sinċier mhux biss mid-delegati iżda minn diversi membri oħra tal-komunità preżenti li tant japprezzaw ix-xogħol volontarju ta’ dan il- Malti fil-komunità tagħna tul dawn l-aħħar 56 sena.

Sam Vella jidher it-tielet fuq quddiem mix-xellug flimkien mal-membri li attendew il-laqgħa.
Fl-istess filliera fuq ix-xellug fl-ewwel siġġu tidher Josephine Borg.

 

Sam E. Vella OAM

 

Sam E. Vella kien kommoss ħafna u deher għadu mimli bis-saħħa meta tkellem biex jirringrazzja lil dawk kollha li bħalu u miegħu mexxew il-komunità Maltija.

Kellu diversi skossi f’saħħtu li waqfulu l- enerġija, id-determinazzjoni u l-mod metakuluż li bih kien dejjem imexxi iżda b’dan kollox dak li għamel mhux faċli li jintesa. Jistħoqqlu għalhekk li jistrieħ u jikkonċentra l-kumplament ta’ ħajtu mdawwar bil-familja tiegħu u l-ħafna ħbieb li għamel tul ix-xogħol volontarju  li dejjem spikka fih.
 
Fl-istess laqgħa ġenerali rtirat ukoll Josephine Borg li kienet ilha segretarja għal dawn l-aħħar tlett snin. Hija qdiet dmirha u kienet rispettata mill-għaqdiet kollha tax-xogħol siewi li wettqet. Hija ġiet mogħtija ringrazzjament xieraq. Josephine tgħallmet il-Malti fil-livell ta’ HSC mill-Maltese Language School ta’ Horsley Park u minn hemm tħajret tkun attiva fil-komunità Maltija.

 
 

 Fil-Katidral f’Sydney

 

Bħal ma jsir kull sena l-patrijiet ta’ l-Ordni Missjunarja ta’ San Pawl jorganizzaw dimostrazzjoni ta’ fidi fil-Katidral ta’ Santa Maria fil-qalba tal-belt ta’ Sydney fl-okkażjoni tat-twelid tal-Verġni Maria u l-Festa Nazzjonali tat-8 ta’ Settembru. Fil-Katidral kien hemm folla mdaqqsa u hija xhieda tal-fidi qawwija ta’ l-emigranti Maltin li f’din il-laqgħa annwali jkunu hemm l-ikbar għadd ta’ Maltin f’post wieħed. Ikun tajjeb jekk iktar żgħażagħ jibdew jattendu għal din il-“festa” nazzjonali. Fl-aħħar wkoll nirranġaw l-inkonvenjenzi li jinqalghu bla bżonn kull sena fil-postijiet suppost riservati. Fr Tarcisju Micallef għamel l-omelija tal-okkażjoni. Għadd ta’ għaqdiet Maltin ippreżentaw l-istandardi tagħhom waqt il-purċissjoni li ssir madwar in-navi tal-Katidral bl-istatwa ta’ Maria Bambina.

 
 

La Maltija għaż-żgħażagħ

 

Il-Konsulat Ġenerali ta’ Malta f’NSW issa daħal wkoll fil-qasam ta’ l-attivitajiet s-soltu riservat għal xi għaqda komunitarja meta f’dawn l-aħħar tnax il- xahar organizzaw żewġ laqgħat għaż- żgħażagħ l-aħħar waħda kienet fil- Pastizzi Café’ fi Crown Street Darlinghurst fejn ġew servuti pastizzi, qassatat u timpana.. Jidher li kien hemm atmosfera ta’ ħbiberija fejn dawn iż- żgħażagħ ġew imħeġġa biex ikunu jafu iktar dwar l-Assedju tal-1565. Il-Konslu Ġenerali, Annamaria Bonnici ħeġġet biex min irid jattendi jikkomunika magħha.

 

Xi wħud minn dawk li attendew għall-ikla pastizzi

 
 

 Ballu għall-karità

 

Kull sena il-Maltese Past Pupils ta’ Dons Bosco jorganizzaw Ballu Gala għall-karità li dis-sena sar fil- Mediterranean House f’Five Dock .

Bħas-soltu dan il-ballu jżomm livell għoli u kulħadd joħroġ sodisfatt f’lejla mhux biss ta’ divertiment iżda waħda li jafu li l- profitt se jmur kollu għall-karità.

Skond ma kien hemm miktub fuq il-programm pulit li jagħtu lil kull min jattendi jidher li din l-għaqda, sat-30 ta’ Ġunju 2009 ġabru u qassmu $414,289 lill-karità kemm f’Malta u f’naħat oħra tad- dinja missjunarja.

Għal dan il-ballu dis-sena attendew il-Kummissarju Għoli, Francis Tabone u l- Onor John Aquilina MP u martu Ann.

 

Fuq quddiem, Alfred Fenech, Il-Kummissarju Għoli Francis Tabone u Marlene Grech.
Fuq wara: Fr Carmelo Sciberras, Marlene Dimech, John u Ann Aquilina, Lino Vella,
Lawrence Dimech, Josephine Galea, u Victor Grech

 
 

 One TV jitlef programm utli

 

Charles Belli huwa magħruf f’Melbourne bħala bniedem ħabrieki u li dejjem ħadem biex iwassal lit-telespettaturi f’Malta dak li jkun qiegħed jiġri fl-Awstralja. Fuq kollox, dan ilu jagħmlu għal ħafna snin bil-programm tiegħu “Djarju mill-Awstralja” mingħajr qatt ma tħallas ċenteżmu wieħed ta’ ħidmietu. Dejjem ħadem minn qablu u bla interessi ulterjuri. Sirt naf li l- programmi li kien qiegħed jibgħat lis-semmiegħa ta’ Radju Super One u t-telespettaturi ta’ One TV (jiġifieri l-istazzjonijiet tal-Partit Laburista Malti) iltaqa’ ma’ diffikultajiet minħabba xi tibdil drastiku fl-iskeda li applikaw l-amministraturi fil-Marsa.

Charles Belli qalli “Ili nipproduċi għall-istazzjoni Laburista programmi mill-Awstralja, mid-29 ta’ Settembru 2003 għat-TV u mill-1996 għal fuq r-radju dwar dak kollu li għandu x’jaqsam mal-Maltin. Kienu popolari ħafna u kelli ħafna feedback. Kelli nieħu deċiżjoni li niktittni għax ġejt imġiegħel li nieqaf milli nkompli nipproduċi dan il-programm u nħabbat bieb ieħor għax mid-dehra l-programmi ma baqgħux jinżlu tajjeb mad-diriġenti tal-istazzjonijiet tar-radju Super One u ta’ One TV. Jiena għandi l-idejat tiegħi għala ġara dan u lest li nesprimihom meta u jekk ikun il-waqt”.

Għandu raġun Charles Belli jkun irrabjat għal dak li għamlulu d- diriġenti tal-Partit Laburista wara snin kbar ta’ lealtà lejn l- istazzjoni mingħajr qatt ma talab rikompens ta’ l-ispejjeż li għamel. Biex inkun għidt kollox, id-diriġenti qalulu li se jtellgħu l-programm fis-12.30 am u bl-ebda mod ma riedu jiċċaqalqu. Ma hemmx dubju li dan ma kienx ħin aċċettat minn Charles Belli. Dan huwa nuqqas serju minn naħa tal-Partit Laburista lejn l-emigranti u l-familji tagħhom speċjalment meta l-Partit Laburista dejjem sab appoġġ qawwi u anki finanzjarju fost il- komunitajiet ta’ barra speċjalment minn naħat ta’ Melbourne.

Dejjem ikolli kritika meta l-Gvern jonqos lejn l-emigranti. Din id-

 

Charles Belli ma' martu Pauline.

 

darba jmiss tumakka sewwa lid-diriġenti li jmexxu l- komunikazzjoni tal-partit mill-Marsa. Nittamaw li jippruvaw jittrattaw aħjar ma’ dawk li dejjem servew lill-partit mill-qalb u mingħajr interessi jew aspirazzjonijiet.
 
Biex ma jħallix lil ħafna segwaċi tal-programmi tiegħu bla aħbarijiet mill-Awstralja, Charles Belli għamel arranġamenti biex "Djarju Malti mill-Awstralja" jibda jidher fuq FAVORITE CHANNEL, stazzjon privat nhar ta' Sibt fis-6.30 ta' filgħaxija u ripetizzjoni l-għada l-Ħadd fit- 2.45 ta' wara nofs in nhar . Dawn il-programm bdew fit-3 ta' Ottubru u ssibhom ukoll f’http://favouritechannel.tv/ L-unika tweġiba għad-diriġenti ta’ One TV hija meta ħbieb u l-qraba ta’ l-emigranti jkomplu jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-programm “Djarju mill-Awstralja”

 
 

Nieħdu gost jekk tibgħatuli aħbarijiet mill-komunità biex indaħħluhom f’din il-website li tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 1500 qarrejja fil-ġimgħa.
Ibgħatu lil
lawdimech@optusnet.com.au

 

 

Jekk trid taqra l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn

 

 

 

 

 

Għal iktar aħbarijiet aqraw

toħroġ ma' l-Awstralja kollha
kull nhar ta' Tlieta

 

 
 

Żejtun Olive Fest 2009

by
Alfred & Choy Hong (Jasmine) Grech

Żejtun celebrated its annual olive picking season for pressing and preserving olives in a festive atmosphere, advocating its historic and rural heritage.
 
This activity is established in the national cultural calendar, conceived and organized by the Local Council of Żejtun and they deserve a big prosit for a well organized festival.
 
This video shows some of the activities that were held on Saturday evening at the Parish Square.

Click here to view video

 

 

Home  |  Maltese Għana  |  Maltese Folklore  |  General Section  |  Malta Related Links

 

Copyright © 2009 allmalta.com. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com