|
Il-Gvern
Federali Awstraljan permezz tal-Ministru Jenny Macklin
ħabbar li wara li eżamina r-rapporti “Righting the
Record” dwar il-mod kif ġew ittrattati it- tfal li ntbagħatu l-Awstralja bl-iskema taċ-Child Migration u
oħrajn li trabbew f’istitutzzjonijiet, iddeċieda li
joħorġu apoloġija pubblika għall-aħħar ta’ din is- sena.

Hemm żewġ rapporti differenti, dak li nkiteb fis-sena
2001 dwar l-emigrazzjoni sfurzata tat-tfal u l-ieħor
miktub fis-sena 2004 dwar it-tfal li ġew imrobbija
fl- istituzzjonijiet.

Il-Ġimgħa l-oħra l-Premier ta’ NSW, Nathan Rees ukoll
għamel apoloġija pubblika għan-nom ta’ l-iStat ta’ NSW
dwar il-mod kif dan l-iStat ġab ruħu ma’ dawk il-madwar
200,000 li kienu fil-kura ta’ istituzzjonijiet statali
bħala orfanatrofji etc.

Illi nikteb dwar l-emigrazzjoni sfurzata tat-tfal għal
żmien twil kif għamlu oħrajn bħali li ħassew dieqa kbira
meta saru jafu sewwa kif ġew ittrattati ħafna mit-tfal
żvantaġġjati li qalftuhom ‘l hemm minn xtutna bejn
1950-60 bit-tama jsibu ħajja aħjar taħt il-kura tal-kattoliċi
Awstraljani.

Kif tgħidilna sewwa l-istorja rrinfurzata mill-fatti,
numru sewwa mill-259 subien u 52 bniet
Maltin li bl-approvazzjoni sħiħa tal-Knisja u l-Gvern
Malti sifruhom lejn l-Awstralja sfaw abbużati,
psikoloġikament, mentalment u anke sesswalment. Oħrajn
sabu ruħhom bħal skjavi f’ambjent xejn uman kif titlob
il-fidi kattolika u n-normal fejn jidħlu d-drittijiet
ta’ l-individwu.

Fejn tidħol l-istorja mqanqla u ħafna drabi krudili ta’
dawn it-tfal, il-Knisja Maltija dejjem żammet lura minn
kull responsabbiltà u qatt ma riedet tagħmel apoloġija
għax dejjem insistiet li bħala Knisja tat
l-appoġġ tagħha biex toffri lil |
|
Il-Gvern Malti minn
naħa l-oħra kellu sehem kbira fit-tluq ta’ dawn it-311
tifel u tifla vunerabbli u l-istess bħala Knisja ftit
taw każ biex ikunu jafu x’sar minnhom u kif inhuma
sejrin fl-istituti Kattoliċi fl- Awstralja.

Fl-2003 tfaċċa grupp f’Western Australia bl-isem ta’
“Child Migrants of Malta” jew
C-MOM biex iqajjem kuxjenza dwar dan l-episodju iswed u
baqgħu jinsistu biex il- Gvern u l-Knisja Maltija jagħmlu
apoloġija jew sogħba sinċiera għal mod kif ġew
ittrattati dawn it-tfal kif kienu diġà għamlu l-Ingliżi,
Irlandiżi u l-Kanadiżi (aqra l- artiku f’l-orizzont 29
ta’ Frar 2008).

Fis-sena 2002 kien inqala’ inċident li qajjem
kontroversja meta skond rapport li qatt ma ġie miċħud,
Ives DeBarro, il- Kummissarju Għoli għal Malta
fl- Awstralja ta’ dak iż-żmien (illum qiegħed jiġi
akkużat li kien spija għall-Ingliżi meta kien iservi
fl-Ambaxxata Maltija fi Tripli) ma aċċettax mill-Gvern
Statali ta’ Western Australia tapes ta’ rikordju li
jfissru sewwa dak li ġara f’dawk l-istituti kattoliċi
għax skond ir-rappreżentanti tal- Gvern Malti “din
il-kwistjoni hija politika sensittiva”.

Fi żmien meta Dr Joe Borg kien Ministru ta’ l-Affarijiet
Barranin kien wiegħed lil
C-MOM li se jwaħħlilhom plakka, iżda f’daqqa waħda kemm
il-plakka u anke l- apoloġija twarrbu. F’Ġunju 2006,
il-Prim Ministru, Dr Lawrence Gonzi ħabbar li se jiġi
mibni monument mhux biex ifakkar l- emigrazzjoni globali
minn Malta għall- Awstralja iżda ta’ parti żgħir biss,
fejn jidħlu fl-istorja dawn l-311 tfal.

Bdew ukoll diskussjonijiet jaħarqu fuq l- iskrizzjoni li
għandha tinkiteb fuq dan il- monument biex la l-knisja u
wisq iktar il- Gvern ma jiġux offenduti jew jeħlu bil-ħtija
ta’ dak li ġara.

Biex tkompli l-ironija ta’ dan l-episodju li |